- X’joffri r-Reġistru Kummerċjali tal-Greċja?
- Liema dokumenti u huma rreġistrati fir-reġistru kummerċjali tal-Greċja?
- Kif tagħmel tfittxija fir-reġistru kummerċjali tal-Greċja?
- L-aċċess għar-Reġistru Kummerċjali tal-Greċja huwa mingħajr ħlas?
- Kif tiġi vverifikata l-awtentiċità ta’ ċertifikati jew kopji uffiċjali maħruġa mir-Reġistru Kummerċjali tal-Greċja?
- Kemm huma affidabbli d-dokumenti tar-Reġistru?
- Hemm xi ħaġa partikolari li għandi nkun naf dwar ir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali tal-Greċja?
Sib informazzjoni għal kull reġjun
- Internazzjonaliii
- Belġjube
- Bulgarijabg
- Repubblika Ċekacz
- Danimarkadk
- Ġermanjade
- Estonjaee
- Irlandaie
- Greċjael
- Spanjaes
- Franzafr
- il-Kroazjahr
- Italjait
- Ċiprucy
- Latvjalv
- Litwanjalt
- Lussemburgulu
- Ungerijahu
- Maltamt
- Olandanl
- Awstrijaat
- Polonjapl
- Portugallpt
- Rumanijaro
- Slovenjasi
- Slovakkjask
- Finlandjafi
- Svezjase
X’joffri r-Reġistru Kummerċjali tal-Greċja?
Ir-Reġistru Kummerċjali tal-Greċja jissejjaħ ir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali (G.E.MI. - abbrevjazzjoni Griega) skont il-Liġi Nru 3419/2005 (Il-Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 297, 6.12.2005.), kif attwalment fis-seħħ. Dan jirreġistra d-divulgazzjonijiet kollha ta’ dokumenti kummerċjali u ta’ kumpaniji b’responsabbiltà limitata u kumpaniji b’membru wieħed. Is-sit web tar-Reġistru Kummerċjali Ġenerali (G.E.MI) iservi bħala l-“Gazzetta Nazzjonali għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni kummerċjali”. Persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew assoċjazzjonijiet ta’ tali persuni, kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) tal-Liġi Nru 3419/2005, huma obbligati jirreġistraw fir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali.
Tista’ tfittex fis-sit web tar-Reġistru għal informazzjoni divulgata mit-tipi ta’ negozji li ġejjin.
a. Persuni fiżiċi li huma kummerċjanti u għandhom post tan-negozju jew stabbiliment fil-Greċja jew li jinnegozjaw permezz ta’ stabbiliment prinċipali jew sekondarju fil-Greċja.
b. Assoċjazzjonijiet ta’ persuni li jinnegozjaw permezz ta’ stabbiliment prinċipali jew sekondarju fil-Greċja, u l-kumpaniji kummerċjali kollha, sakemm dawn ikunu stabbiliti skont il-liġi Griega, kemm sħubijiet ġenerali kif ukoll kumpaniji b’responsabbiltà limitata (b’azzjonisti pubbliċi jew mingħajrhom), kooperattivi rregolati mid-dritt ċivili (li jinkludu assoċjazzjonijiet ta’ assigurazzjoni reċiproka u kooperattivi ta’ kreditu), u kumpaniji privati u pubbliċi b’responsabbiltà limitata - u persuni fiżiċi jew ġuridiċi obbligati li jirrappurtaw skont l-Artikolu 39 tad-Digriet Presidenzjali tas-27.11/tal-14.12.1926.
c. Gruppi Ewropej b’interess ekonomiku, kif previst mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2137/1985 (ĠU L 199, rettifika L 247) li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fil-Greċja.
d. Kumpaniji Ewropej, kif previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 (ĠU L 294) li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fil-Greċja.
e. Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej, kif previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 (ĠU L 207), li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fil-Greċja.
f. Il-partijiet imsemmija hawn fuq li għandhom il-post prinċipali tan-negozju jew il-kwartieri ġenerali tagħhom fil-Greċja jridu jirreġistraw ukoll kwalunkwe fergħa li għandhom fil-Greċja.
g. Il-kumpaniji barranin imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 68/151/KEE (ĠU L 65), kif emendat bl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/58/KE (ĠU L 221), li l-kwartieri ġenerali tagħhom jinsab fi Stat Membru tal-UE, iridu jirreġistraw kwalunkwe fergħa jew aġenzija li għandhom fil-Greċja.
h. Il-kumpaniji barranin li l-kwartieri ġenerali tagħhom jinsab f’pajjiż terz u li għandhom forma ġuridika simili għal dik tal-kumpaniji barranin imsemmija hawn fuq fil-paragrafu (g) iridu jirreġistraw kwalunkwe fergħa jew aġenzija li għandhom fil-Greċja.
i. Persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn jew assoċjazzjonijiet ta’ tali persuni li għandhom il-post prinċipali tan-negozju jew il-kwartieri ġenerali tagħhom f’pajjiż barrani u li ma jaqgħux taħt il-punti (g) jew (h) iridu jirreġistraw kwalunkwe fergħa jew aġenzija li minnha joperaw fil-Greċja.
j. Konsorzji.
k. Kumpaniji tad-dritt ċivili skont l-Artikolu 784 tal-Kodiċi Ċivili, u
l. Persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew assoċjazzjonijiet ta’ tali persuni li jwettqu, jew għandhom l-intenzjoni li jwettqu, attività ekonomika jew professjonali iżda li jkunu għadhom ma rreġistrawx bħala kummerċjanti abbażi ta’ dik l-attività.
Liema dokumenti u huma rreġistrati fir-reġistru kummerċjali tal-Greċja?
L-entrata għal negozju li hu meħtieġ jirreġistra trid tinkludi l-informazzjoni li ġejja.
a. In-numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpanija, tal-fergħa jew tal-aġenzija.
b. L-uffiċċju tar-reġistru jew id-dipartiment li wettaq ir-reġistrazzjoni inizjali jew ir-reġistrazzjoni sussegwenti u l-isem sħiħ tal-uffiċjal responsabbli.
c. In-numru ta’ referenza tal-applikazzjoni tar-reġistrazzjoni u l-kodiċi tar-reġistrazzjoni.
d. Meta l-leġiżlazzjoni fis-seħħ teħtieġ liċenzja kummerċjali, awtorizzazzjoni jew stabbiliment professjonali u permess tal-operat sabiex jiġi stabbilit negozju jew jibda jopera, id-dettalji tad-deċiżjoni meħuda mill-awtorità jew mid-dipartiment kompetenti.
e. Id-deċiżjonijiet tal-qrati li jiddikjaraw il-kumpanija insolventi jew li jqegħduha f’konċiljazzjoni jew fi proċedura kollettiva oħra sabiex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet tal-kredituri tagħha. L-entrata tinkludi wkoll l-isem sħiħ, l-ismijiet sħaħ tal-ġenituri, in-numru tal-karta tal-identità jew tal-passaport, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u l-indirizz residenzjali tal-likwidaturi tal-kumpanija, l-amministraturi obbligatorji, il-fiduċjarji jew il-prattikanti tal-insolvenza.
f. Id-dettalji tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji li jitterminaw, jissospendu jew jirrevokaw is-sitwazzjonijiet legali msemmija hawn fuq fil-punt (e).
g. Id- li għandha tiġi ppubblikata f’konformità mal-liġi tal-insolvenza.
h. Id-dettalji tar-rikorsi pendenti għall-insolvenza jew il-konċiljazzjoni jew għal proċeduri kollettivi oħra.
i. In-numru ta’ fergħat jew aġenziji li l-kumpanija għandha fil-Greċja, u l-indirizz u n-numru ta’ reġistrazzjoni ta’ kull waħda minnhom.
j. In-numru, l-indirizz u d-dettalji tal-fergħat jew l-aġenziji li l-kumpanija għandha f’pajjiż barrani.
k. L-informazzjoni li ġejja tiġi rreġistrata u ppubblikata fir-rigward ta’ kumpaniji bbażati fil-Greċja:
(a) il-memorandum u l-istatut ta’ assoċjazzjoni;
(b) l-emendi tal-att ta’ kostituzzjoni jew tal-istatuti, inkluż l-estensjoni tal-perjodu tal-ħajja tal-kumpanija, u wara kull emenda tal-att ta’ kostituzzjoni jew tal-istatuti, it-test kollu tal-att jew tal-istatuti, kif emendat bil-verżjoni l-ġdida;
(c) il-ħatra, it-terminazzjoni ta’ kariga u d-dettalji tal-persuni li, bħala korp ikkostitwit skont il-liġi jew bħala membri ta’ tali korp:
(i) huma awtorizzati jirrappreżentaw lill-kumpanija f’negozjati ma’ partijiet terzi; (fl-eventwalità li dan jirrigwarda iktar minn persuna waħda, l-entrata rilevanti trid tiddikjara jekk dawn il-persuni jistgħux jaġixxu waħedhom jew jekk iridux jaġixxu flimkien);
(ii) jirrappreżentaw lill-kumpanija quddiem qorti;
(iii) jipparteċipaw fl-amministrazzjoni, is-superviżjoni jew il-kontroll tal-kumpanija;
(d) tal-inqas darba f’sena, l-ammont tal-kapital sottoskritt, fejn l-att ta’ kostituzzjoni jew l-istatuti jsemmu kapital awtorizzat, sakemm kwalunkwe żieda fil-kapital sottoskritt ma tkunx teħtieġ emenda tal-istatuti;
(e) id-dokumenti ta’ kontabbiltà għal kull sena finanzjarja li huma mandatorji skont id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE (ĠU L 222,14.8.1978), 83/349/KEE (ĠU L 193, 18.7.1983), 86/635/KEE (ĠU L 372, 31.12.1986) u 91/674/KEE (ĠU L 374, 31.12.1991);
(f) kwalunkwe bidla fil-kwartieri ġenerali;
(g) l-istralċ tal-kumpanija;
(h) kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ nullità tal-kumpanija mill-qrati;
(i) il-ħatra u d-dettalji tal-likwidaturi;
(j) it-terminazzjoni tal-likwidazzjoni u t-tneħħija mir-reġistru.
ΙΙ. L-informazzjoni li ġejja hija rreġistrata u ppubblikata fir-rigward ta’ kumpaniji barranin imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 68/151/KEE (ĠU L 65), kif emendat bl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/58/KE (ĠU L 221), li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fi Stat Membru tal-UE:
(a) l-indirizz postali jew indirizz ieħor tal-fergħa;
(b) l-indikazzjoni tal-qasam li fih topera l-fergħa;
(c) ir-reġistru tal-Istat Membru li fih jinżamm il-fajl tal-kumpanija u n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpanija f’dak ir-reġistru;
(d) l-isem tal-kumpanija u l-forma ġuridika tagħha, u l-isem tal-fergħa jekk differenti mill-isem tal-kumpanija;
(e) il-ħatra, it-terminazzjoni ta’ kariga u d-dettalji tal-persuni li huma awtorizzati jirrappreżentaw lill-kumpanija f’negozjati ma’ partijiet terzi u fi proċedimenti legali:
(i) jekk huma previsti mil-liġi bħala korpi maniġerjali tal-kumpanija jew bħala membri ta’ tali korp f’konformità ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-kumpanija skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/101/KE (ĠU L 258/1.10.2009);
(ii) bħala rappreżentanti permanenti tal-kumpanija għall-attivitajiet tal-fergħa, bl-indikazzjoni tal-firxa tas-setgħat tagħhom;
(f) l-istralċ tal-kumpanija, il-ħatra u d-dettalji tal-likwidaturi u s-setgħat tagħhom u l-iffinalizzar tal-istralċ, inkluż referenza għar-reġistru tal-Istat Membru, il-proċedimenti ta’ insolvenza, l-arranġamenti, il-kompożizzjonijiet jew kwalunkwe proċediment analogu li għalih tkun soġġetta l-kumpanija;
(g) id-dokumenti ta’ kontabbiltà tal-kumpanija, kif imħejjija, ivverifikati u ppubblikati f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru li tirregola l-kumpanija u f’konformità mad-Direttivi 78/660/KEE (ĠU L 222, 14.8.1978), 83/349/KEE (ĠU L 193, 18.7.1983) u 84/253/KEE (ĠU L 126, 12.5.1984, p.20);
(h) l-għeluq tal-fergħa.
Kif tagħmel tfittxija fir-reġistru kummerċjali tal-Greċja?
Tista’ tfittex kwalunkwe divulgazzjoni kummerċjali fuq is-sit web tar-Reġistru Kummerċjali Ġenerali billi tuża wieħed mill-elementi ta’ informazzjoni li ġejjin dwar il-kumpanija:
- In-numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa (A.F.M. - abbrevjazzjoni Griega) jew
- In-numru tar-Reġistru Kummerċjali Ġenerali (Γ.Ε.ΜI.) jew
- Isem il-kumpanija jew
- l-isem fil-qosor.
L-aċċess għar-Reġistru Kummerċjali tal-Greċja huwa mingħajr ħlas?
Il-membri kollha tal-pubbliku jistgħu jaċċessaw l-entrata ta’ kumpanija fir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali mingħajr ħlas. Tista’ wkoll taħżen b’mod diġitali fit-tagħmir elettroniku tiegħek u tipprintja jew b’mod ieħor tirriproduċi kwalunkwe dokument, informazzjoni jew avviż imtella’ fis-sit web tar-Reġistru għall-konsultazzjoni pubblika mir-Reġistru jew mill-persuni meħtieġa li jagħmlu dan. Jekk tixtieq tikseb ċertifikati uffiċjali (awtentiċi) jew kopji ta’ dokumenti jew data rreġistrata fl-entrata tal-kumpanija fir-Reġistru, tista’ tirreġistra mingħajr ħlas mad-Dipartiment ta’ Kuntatt tar-Reġistru Kummerċjali Ġenerali.
Tista’ tikseb ċertifikati jew kopji uffiċjali ta’ dokumenti u dettalji bi ħlas ta’ tariffa minn qabel permezz tal-applikazzjoni elettronika rilevanti. Iċ-ċertifikati jew il-kopji tad-dokumenti jew tad- rilevanti jintbagħtu b’żewġ modi differenti: b’mod diġitali permezz tal-applikazzjoni ta’ kuntatt tar-Reġistru, jew bil-posta lid-destinatarju, kullimkien fid-dinja.
Kif tiġi vverifikata l-awtentiċità ta’ ċertifikati jew kopji uffiċjali maħruġa mir-Reġistru Kummerċjali tal-Greċja?
L-awtentiċità taċ-ċertifikati jew tal-kopji uffiċjali rilevanti hija vverifikata permezz tar-Reġistru Kummerċjali Ġenerali tal-Greċja.
Jekk timla n-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat jew tal-kopja, in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpanija u d-dipartiment tar-reġistru li ħareġ id-dokument, jidher id-dokument.
Kemm huma affidabbli d-dokumenti tar-Reġistru?
Id-dokumenti elenkati fl-entrati tan-negozji huma affidabbli, għaliex ir-Reġistru huwa l-uniku sit disponibbli għad-divulgazzjoni kummerċjali u jikkostitwixxi l-“Gazzetta Nazzjonali għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni kummerċjali” fis-sens tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2009/101/KE. Ir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali huwa konness mar-reġistri tal-Istati Membri l-oħra msemmija f’dik il-leġiżlazzjoni (ir-reġistri nazzjonali) permezz ta’ sett ċentralizzat ta’ għodda tal-IT (“il-pjattaforma ċentrali Ewropea”) bħala parti mis-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri skont id-Direttiva 2012/17/UE. Id-dokumenti u d- jiġu rreġistrati fir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali wara verifika mwettqa mill-persunal tar-Reġistru fir-rigward tal-legalità, l-akkuratezza, iċ-ċarezza u l-kompletezza tagħhom u fir-rigward ta’ jekk tħallsux it-tariffi rilevanti kollha previsti mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Sakemm din il-verifika ma turix xi ħaġa li tista’ tipprevjeni r-reġistrazzjoni, id-dipartiment tar-Reġistru responsabbli jdaħħal l-informazzjoni rilevanti għan-negozju fir-Reġistru. Jekk l-applikazzjoni, id-dokumenti sottomessi jew dokumenti ta’ sostenn oħra ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-liġi jew ma jkunux akkurati u kompluti, id-dipartiment responsabbli jitolbok, bil-miktub, bil-fax jew bl-email, tagħmel l-ispjegazzjonijiet, il-korrezzjonijiet u ż-żidiet neċessarji fl-applikazzjoni, fid-dokumenti ta’ sostenn u fid-dokumenti ta’ akkumpanjament, fi żmien 5 ijiem ta’ xogħol mill-irċevuta tat-talba. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż sa xahar, jekk dan ikun meħtieġ miċ-ċirkustanzi u t-tip ta’ li għandha tiġi rreġistrata. Terminu ta’ dan it-tip jestendi kwalunkwe terminu legali ieħor sabiex tiddaħħal informazzjoni fir-Reġistru. Jekk ma jkun hemm ebda risposta fit-terminu ta’ 5 ijiem jew kwalunkwe estensjoni mogħtija, jew jekk l-informazzjoni sottomessa ma tkunx ikkunsidrata li tissodisfa r-rekwiżiti legali jew ma tkunx akkurata u kompluta, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tiġi miċħuda permezz ta’ deċiżjoni motivata u tingħata rifużjoni tat-tariffi tar-reġistrazzjoni. Għal sħubijiet ġenerali u sħubijiet b’responsabbiltà limitata, kumpaniji pubbliċi u privati b’responsabbiltà limitata, kooperattivi rregolati mid-dritt ċivili, gruppi Ewropej ta’ interess ekonomiku previsti mir-Regolament Nru 2137/1985/KEE (ĠU L 199, rettifika L 247) ibbażati fil-Greċja, kumpaniji Ewropej previsti mir-Regolament 2157/2001/KE (ĠU L 294) ibbażati fil-Greċja, soċjetajiet kooperattivi Ewropej previsti mir-Regolament Nru 1435/2003/KE (ĠU L 207) ibbażati fil-Greċja, u kumpaniji tad-dritt ċivili msemmija fl-Artikolu 784 tal-Kodiċi Ċivili, ir-reġistrazzjoni tal-fatti, id-dikjarazzjonijiet, id-dokumenti u informazzjoni oħra fir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali Elettroniku jkollha l-effetti li ġejjin:
a. Il-persuni ġuridiċi tat-tipi msemmija hawn fuq li jinsabu fil-proċess li jiġu stabbiliti jiksbu personalità ġuridika.
b. Soġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-leġiżlazzjoni attwali li tirregola l-konverżjoni ta’ kumpaniji, in-negozji li jirreġistraw konverżjoni jiġu b’hekk konvertiti f’kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata, kumpaniji privati b’responsabbiltà limitata, kooperattivi rregolati mid-dritt ċivili, gruppi Ewropej b’interess ekonomiku, kumpaniji Ewropej jew kooperattivi Ewropej, kif applikabbli.
c. L-att ta’ kostituzzjoni jew l-istatuti tan-negozju jiġu emendati.
d. Isseħħ fużjoni jew diviżjoni, soġġett biss għal reġistrazzjoni u qabel t-tneħħija mir-reġistru tal-kumpanija assorbita jew diviża.
e. In-negozju jiġi stralċat, wara deċiżjoni tas-sħab jew wara l-ħruġ tal-att amministrattiv rilevanti.
f. Negozju jingħata l-ħajja mill-ġdid.
Finalment, skont id-dispożizzjoni espressa tal-paragrafu 4 tal-Liġi Nru 3419/2005, l-entrati rilevanti fir-Reġistru huma preżunti li huma legali u korretti.
Hemm xi ħaġa partikolari li għandi nkun naf dwar ir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali tal-Greċja?
Is-sit web tar-Reġistru Kummerċjali Ġenerali (G.E.MI.) iservi bħala l-“Gazzetta Nazzjonali elettronika Griega” għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni kummerċjali skont l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2009/101/KE tas-16.09.2009 (ĠU L 258). Id-direttorju ġenerali tal-ismijiet tal-kumpaniji, l-entrata u l-informazzjoni l-oħra kollha meħtieġa għall-użu pubbliku tar-Reġistru huma ppubblikati fis-sit web tar-Reġistru. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandha d-dritt ta’ aċċess għar-Reġistru mingħajr ħlas. Tista’ wkoll taħżen b’mod diġitali fit-tagħmir elettroniku tiegħek u tipprintja jew b’mod ieħor tirriproduċi kwalunkwe dokument, jew avviż imtella’ fis-sit web tal-G.E.MI. għall-konsultazzjoni pubblika mid-dipartiment tar-Reġistru jew mill-persuni meħtieġa li jagħmlu dan.
Bħala parti mis-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri, ir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali: (a) jikkomunika bl-email mar-reġistri nazzjonali l-oħra u (i) jirċievi informazzjoni dwar data maħżuna f’reġistru nazzjonali ieħor li tirrigwarda kumpaniji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom f’wieħed mill-Istati Membri u fergħat fi Stat Membru tal-UE ieħor u (ii) jipprovdi informazzjoni dwar data msemmija fl-Artikolu 6(2) u (2b) tal-Liġi Nru 3419/2005 dwar kumpaniji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat jew fergħat tagħhom fil-Greċja kif imsemmi fl-Artikolu 1(g) tal-istess liġi; u (b) iwieġeb mistoqsijiet sottomessi minn utenti individwali lill-punt uniku ta’ aċċess elettroniku Ewropew tas-sistema ta’ interkonnessjoni ta’ reġistri (il-portal) rigward l-informazzjoni msemmija fil-punt (a)(i).
Id-Dipartiment tal-Kumpaniji u tar-Reġistru tad-Direttorat Ġenerali tas-Swieq (is-Segretarjat Ġenerali tal-Kummerċ u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Iżvilupp u t-Turiżmu) huwa responsabbli sabiex iwieġeb għal mistoqsijiet sottomessi permezz tal-portal elettroniku Ewropew dwar id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2a) u (2b) tal-Liġi Nru 3419/2005 għal kumpaniji li l-ishma tagħhom huma kkwotati fil-Borża ta’ Ateni, fil-banek u l-fergħat ta’ banek fl-Istati Membri tal-UE u pajjiżi terzi, kumpaniji pubbliċi tal-assigurazzjoni b’responsabbiltà limitata u fergħat ta’ kumpaniji tal-assigurazzjoni fl-Istati Membri tal-UE u pajjiżi terzi, fondi ta’ investimenti pubbliċi b’responsabbiltà limitata, kumpaniji pubbliċi ta’ ġestjoni ta’ fondi reċiproki b’responsabbiltà limitata, kumpaniji pubbliċi ta’ ġestjoni ta’ fondi reċiproki b’responsabbiltà limitata għal proprjetà immobbli, fondi ta’ investimenti pubbliċi b’responsabbiltà limitata għal proprjetà immobbli, kumpaniji pubbliċi ta’ ġestjoni ta’ assi u responsabbiltajiet b’responsabbiltà limitata, ditti ta’ investiment pubbliċi b’responsabbiltà limitata u kumpaniji pubbliċi sportivi (futbol u basketball) b’responsabbiltà limitata.
Barra minn hekk, dipartiment tar-Reġistru jopera għal kull kamra tal-kummerċ fil-Greċja, u huwa responsabbli, fost affarijiet oħra, sabiex iwieġeb għal mistoqsijiet sottomessi permezz tal-portal elettroniku Ewropew dwar id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2a) u 2(b) tal-Liġi Nru 3419/2005 dwar il-forom ġuridiċi kollha ta’ kumpanija minbarra dawk imsemmija hawn fuq.
Nota bene: L-informazzjoni pprovduta hawn fuq hija biss ħarsa ġenerali maħsuba sabiex tinforma lill-persuni kkonċernati dwar l-interkonnessjoni bejn ir-Reġistru tal-Greċja, jiġifieri ir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali (G.E.MI.) u r-reġistri nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra. Tista’ ssib informazzjoni iktar dettaljata dwar il-qafas legali fis-sit web tar-Reġistru Kummerċjali Ġenerali (G.E.MI.).
Links relatati
Pubblikazzjoni Elettronika mir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali
Reġistrazzjoni ta’ negozji fir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali (G.E.MI.)
Verifika tal-awtentiċità taċ-ċertifikati u l-kopji maħruġa mir-Reġistru Kummerċjali Ġenerali
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.