Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE

Irlanda

Din it-taqsima tipprovdik b’ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru kummerċjali tal-Irlanda.

Il-kontenut ipprovdut minn
Irlanda

X’għandu x’joffri r-reġistru kummerċjali Irlandiż?

Ir-Reġistru tal-Kumpaniji jżomm ċerti dokumenti li huma miżmuma u maħżuna mill- Uffiċċju għar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji skont l-obbligi ta' sottomissjoni tal-kumpaniji skont u minħabba l-Att dwar il-Kumpaniji, 1963-2012.  Ir-reġistru jipprovdi informazzjoni bażika fuq il-kumpanija, bħal:

  • L-indirizz,
  • Id-data ta’ inkorporazzjoni
  • Data tal-aħħar dħul annwali ppreżentat

Id-dokumenti kollha sottomessi minn kumpaniji skont l- Att dwar il-Kumpaniji huma aċċessibbli għall-pubbliku. Profil tal-kumpaniji jista’ jinxtara. Dan jipprovdi estratt tal-informazzjoni fir-reġistru, inklużi l-uffiċjali tal-kumpanija, l-imposti u lista tad-dokumenti ppreżentati.

L-aċċess għar-reġistru tal-kumpaniji Irlandiż huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għal informazzjoni bażika dwar il-kumpaniji hija mingħajr ħlas. Madankollu, titħallas tariffa għall-irkupru ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra.

Kif issir tiftixa fir-reġistru tal-kumpaniji Irlandiż u ismijiet kummerċjali?

It-tiftix jista’ jsir permezz ta’ numru jew isem tal-kumpanija/negozju. Hemm erba’ tipi ta' tiftix bl-isem possibbli:

  • Tiftix tat-tip ‘Fiha dawn il-kelmiet kollha” għal ismijiet li fihom dawn il-kelmiet (rakkomandat)
  • Tiftix tat-tip "Jibda b’din il-frażi" għal ismijiet li jibdew b’din il-frażi
  • Tiftix tat-tip "Fiha din il-frażi" għal ismijiet li fihom din il-frażi.
  • Din hija sekwenza alphasort hija maħluqa permezz tat-tneħħija ta’ kliem komuni bħal “l-Irlanda”, “Ristretti”, “The”, “U”, eċċ. u billi jitneħħew sinkijiet, spazji, virgoli eċċ. mill-isem tal-kumpanija. Biex twettaq tiftixa alphasort għandek tagħmel l-istess.

It-tiftix bl-isem jista’ jiġi ristrett billi jiġi nkluż l-indirizz.

Kemm huma affidabbli d-dokumenti fir-reġistru?

L-Uffiċċju għar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji (CRO) huwa r-repożitorju ċentrali għall-informazzjoni statutorja pubblika dwar il-kumpaniji fl-Irlanda. L-Att dwar il-Kumpaniji 2014, u leġiżlazzjoni relatata huma l-bażi statutorja li permezz tagħha l-kumpaniji huma obbligati jipprovdu informazzjoni lis-CRO għar-reġistrazzjoni u l-pubblikazzjoni.

L-informazzjoni fir-reġistru tal-kumpaniji hija fornuta lis-CRO minn partijiet terzi, skont obbligu statutorju, inkluż l-obbligu li ma tingħatax informazzjoni falza xjentement jew bi traskuraġni lill-CRO. L-CRO ma jistax u m’għandux ikun responsabbli għall-korrettezza tal-informazzjoni li ġiet ipprovduta lilu minn terzi.

F’dak li għandu x’jaqsam mat-tressiq ta’ ċerti dokumenti u dettalji, hemm rekwiżit statutorju li l-persuna li qiegħda tagħmel is-sottomissjoni għandha tiffirma dikjarazzjoni solenni li hija temmen li d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa ġew sottomessi b’mod xieraq. Skont l-Att dwar id-Dikjarazzjonijiet Statutorji tal-1938 kif emendat, kull persuna li xjentement tagħmel dikjarazzjoni statutorja falza jew qarrieqa hija soġġetta għall-prosekuzzjoni u, wara kundanna, għal multa jew priġunerija, jew għat-tnejn li huma.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 876 tal-Att dwar il-Kumpaniji tal-2014, huwa reat kriminali li wieħed xjentement jew bi traskuraġni jinnotifika informazzjoni falza lill-CRO fuq il-forom statutorji.

L-istorja tar-reġistru tal-kumpaniji Irlandiż

Id-dejta elettronika dwar ir-reġistru hija kompluta fir-rigward tal-kumpanniji kollha bi status normali.

Ħoloq relatati

Is-sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS)

L-aħħar aġġornament: 16/04/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.