Sib informazzjoni għal kull reġjun
- Internazzjonaliii
- Belġjube
- Bulgarijabg
- Repubblika Ċekacz
- Danimarkadk
- Ġermanjade
- Estonjaee
- Irlandaie
- Greċjael
- Spanjaes
- Franzafr
- il-Kroazjahr
- Italjait
- Ċiprucy
- Latvjalv
- Litwanjalt
- Lussemburgulu
- Ungerijahu
- Maltamt
- Olandanl
- Awstrijaat
- Polonjapl
- Portugallpt
- Rumanijaro
- Slovenjasi
- Slovakkjask
- Finlandjafi
- Svezjase
Liem informazzjoni tista' tinsab fir-reġistru Litwan tal-persuni ġuridiċi?
Id-dejta fir-reġistru Litwan tal-persuni ġuridiċi (Lietuvos juridinių asmenų registras), id-dokumenti maħżuna fir-reġistru u kull informazzjoni oħra mogħtija lir-reġistru huma pubbliċi. Id-dejta u d-dokumenti dwar persuni ġuridiċi privati u pubbliċi jinħażnu fir-reġistru ta' persuni ġuridiċi. B'kollox, jidhru 26 tip differenti ta' persuna ġuridika fir-reġistru.
L-informazzjoni li ġejja tiġi rrekordjata fir-reġistru: isem il-persuna ġuridika; il-kodiċi; il-forma ġuridika; l-istatus ġuridiku; l-uffiċċju reġistrat tal-persuna ġuridika; il-korpi tal-persuna ġuridika; il-membri tal-korpi li jirregolawha (l-isem, il-kunjom, in-numru ta' identità, il-post tar-residenza) u s-sħab awtorizzati li jidħlu f'kuntratt f'isem il-persuna ġuridika u sa fejn iwasslu d-drittijiet tagħhom; fergħat u rappreżentanti; restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tal-persuna ġuridika; l-iskadenza tat-terminu stabbilit għall-persuna ġuridika; is-sena finanzjarja; id-dati li fihom sar tibdil f'dokumenti u dejta fir-reġistru; informazzjoni dwar persuni ġuridiċi li huma kapaċi jidħlu f'kuntratt f'isem il-persuna ġuridika u dejta oħra prevista mil-liġi.
Ir-reġistru tal-persuni ġuridiċi jinkludi wkoll: dokumenti dwar l-istabbiliment ta' persuni ġuridiċi, deċiżjonijiet tal-korpi tal-persuna ġuridika, settijiet ta' rapporti finanzjarji annwali ppreżentati minn kumpaniji u dokumenti oħrajn previsti mil-liġi.
Ir-reġistru Litwan tal-persuni ġuridiċi huwa mmaniġġjat u miżmum mill-intrapriża tal-Istat Registrų centras (Ċentru tar-Reġistru).
L-aċċess għar-reġistru Litwan tal-persuni ġuridiċi huwa mingħajr ħlas?
Jista' jsir tiftix għal persuni ġuridiċi fir-reġistru mingħajr ħlas. L-informazzjoni li ġejja dwar il-persuna ġuridika tiġi pprovduta mingħajr ħlas:
- il-kodiċi
- l-isem
- l-uffiċċju reġistrat
- il-forma ġuridika
- l-istatus ġuridiku.
Jinżamm ħlas għal tagħrif iktar dettaljat dwar persuni ġuridiċi, li jingħata jekk:
- jiġi ffirmat kuntratt għall-għoti ta' servizzi bħala utent reġistrat;
- tintuża s-sistema self-service taċ-Ċentru tar-Reġistru;
- issir talba lill-maniġer tar-reġistru.
Ir-reġistru Litwan tal-persuni ġuridiċi joffri l-possibbiltà li jiġi vverifikat, mingħajr ħlas, jekk isem huwiex identiku għal ismijiet li jintużaw minn persuni ġuridiċi, fergħat jew rappreżentanti oħra, jew ismijiet li ġew imniżżla temporanjament fir-reġistru.
Kemm huma affidabbli d-dokumenti fir-reġistru?
Ladarba l-maniġer tar-reġistru jkun daħħal tibdil fid-dejta jew l-informazzjoni dwar persuni ġuridiċi fir-reġistru, dan it-tibdil jiġi ppubblikat mhux iktar tard mill-ġurnata tax-xogħol li jmiss, u d-data li fiha jkunu ġew reġistrati tiġi ppubblikata fil-bulettin ta' informazzjoni elettroniku.
Meta l-maniġer tar-reġistru jippubblika estratti ta' informazzjoni jew dejta jew kopji ta' dokumenti mir-reġistru, dan jindika li, mal-ewwel daqqa t'għajn, ikunu validi.
Kif tfittex fir-reġistru Litwan tal-persuni ġuridiċi
Jista' jsir tiftix għal persuni ġuridiċi fir-reġistru bl-użu tal-kriterji tat-tiftix li ġejjin:
- il-kodiċi
- l-isem
- l-isem storiku.
Utenti reġistrati li jkunu ffirmaw kuntratt għall-għoti ta' servizzi jistgħu jagħmlu tiftix bil-kriterji li ġejjin: kodiċi, isem, persuna fiżika, persuna ġuridika jew persuna ġuridika barranija.
Is-sistema self-service tippermetti li jsir tiftix għal persuna ġuridika permezz tal-kodiċi, l-isem u l-isem storiku (għal persuni ġuridiċi li jkunu bidlu isimhom).
L-istorja tar-reġistru Litwan tal-persuni ġuridiċi
Ir-reġistru tal-persuni ġuridiċi nħoloq fl-2004, għalkemm id-dejta dwar il-persuni ġuridiċi minn sistemi ta' informazzjoni preċedenti kienet qed tiġi trasferita awtomatikament mill-1990.
Ħoloq relatati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.