Sib informazzjoni għal kull reġjun
- Internazzjonaliii
- Belġjube
- Bulgarijabg
- Repubblika Ċekacz
- Danimarkadk
- Ġermanjade
- Estonjaee
- Irlandaie
- Greċjael
- Spanjaes
- Franzafr
- il-Kroazjahr
- Italjait
- Ċiprucy
- Latvjalv
- Litwanjalt
- Lussemburgulu
- Ungerijahu
- Maltamt
- Olandanl
- Awstrijaat
- Polonjapl
- Portugallpt
- Rumanijaro
- Slovenjasi
- Slovakkjask
- Finlandjafi
- Svezjase
Ir-reġistru tan-negozji Pollakk x'joffri?
Ir-reġistru tan-negozji Pollakk (Ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali) huwa operat u mmaniġġjat mill-Ministeru tal-Ġustizzja Pollakk.https://www.ms.gov.pl/en/about-the-ministry-of-justice/
Dan jagħti tagħrif dwar kumpaniji, fondazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u entitajiet oħrajn.
B'mod iktar speċifiku, ir-reġistru fih bosta tipi ta' informazzjoni marbuta ma' dawn l-entitajiet:
- In-numru tar-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali (in-numru KRS)
- In-Numru REGON (in-numru fil-lista tal-attività ekonomika ċentrali)
- Isem
- Karattru u status ġuridiku
- Id-data tar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali
- Dettalji dwar l-indirizz
- Dati importanti (dati ta' dħul u tneħħija)
- Awtoritajiet kompetenti
- Persuni intitolati għar-rappreżentazzjoni.
L-aċċess għar-reġistru tan-negozji Pollakk huwa mingħajr ħlas?
Iva, l-aċċess għar-reġistru huwa b'xejn.
Kif tfittex fir-reġistru tan-negozji Pollakk
Tista' tfittex fir-reġistru tan-negozji Pollakk billi tuża t-termini ta' tiftix li ġejjin:
- In-numru tar-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali (in-numru KRS), jew
- Isem l-entità.
Kemm huma affidabbli d-dokumenti li hemm fir-reġistru?
Skont il-liġi Pollakka, il-kwistjoni tal-protezzjoni ta' partijiet terzi b'rabta mal-għoti ta' informazzjoni u dokumenti koperti mid-Direttiva 2009/101/KE hija regolata fl-Att tal-20 ta' Awwissu 1997 dwar ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2013, numru1203).
B'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att tal-20 ta' Awwissu 1997 dwar ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2013, numru 1203):
Artikolu 12.
1. Id-dejta li tinsab fir-reġistru ma tistax titneħħa sakemm il-liġi ma tgħidx mod ieħor.
2. Jekk jidher li hemm entrata fir-reġistru li fiha żbalji evidenti jew nuqqas ta’ konformità mal-inġunzjoni, il-qorti awtomatikament tirranġa l-entrata.
3. Jekk ir-reġistru jkun fih dejta li mhijiex ammissibbli fit-termini tal-liġi, il-qorti tar-reġistru, wara li tkun semgħet lill-persuni kkonċernati f'laqgħa jew wara li tkun ordnatilhom jippreżentaw dikjarazzjoni bil-miktub, awtomatikament tneħħi d-dejta.
Artikolu 13.
1. L-entrati tar-reġistru jkunu soġġetti għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Ekonomiku u tal-Qorti, sakemm il-liġi ma tgħidx mod ieħor.
Artikolu 14.
Entità li hija meħtieġa tressaq applikazzjoni biex tiddaħal fir-reġistru ma tistax, kontra partijiet terzi b'bona fede, tinvoka dejta li ma tkunx iddaħħlet jew tkun tneħħiet mir-reġistru.
Artikolu 15.
1. Mid-data tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Ekonomiku u tal-Qorti, ħadd ma jista' jgħid li ma jafx dwar entrati ppubblikati. Madankollu, fir-rispett ta' atti li jkunu saru qabel is-sittax-il jum wara l-pubblikazzjoni, l-entità mdaħħla fir-reġistru ma tistax tinvoka l-entrata kontra parti terza jekk din tal-aħħar turi li ma setgħetx tkun taf bil-kontenut tal-entrata.
2. Fil-każ ta' diskrepanzi bejn l-entrata fir-reġistru u l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Ekonomiku u tal-Qorti, l-entrata fir-reġistru għandha tkun legalment vinkolanti. Madankollu, parti terza tista' tinvoka l-kontenut ippubblikat fil-Ġurnal Ekonomiku u tal-Qorti, sakemm l-entità reġistrata ma turix li l-parti terza kienet konxja mill-kontenut tal-entrata fir-reġistru.
3. Parti terza tista' tinvoka dokumenti u dejta li għalihom l-obbligu tal-pubblikazzjoni jkun għadu ma ġiex issodisfat, bil-kundizzjoni li n-nuqqas ta' pubblikazzjoni ma jċaħħadhomx mill-effett legali.
Artikolu 17.
1. Għandu jkun preżunt li d-dejta fir-reġistru hija korretta.
2. Jekk id-dejta mdaħħla fir-reġistru ma tikkonformax mal-applikazzjoni tal-entità, jew jekk ma jkunx hemm applikazzjoni, l-entità ma tkunx tista' tiddikjara, kontra parti terza b'bona fede, li d-dejta hija skorretta jekk hi tkun naqset milli tressaq mill-ewwel applikazzjoni biex temenda, tissupplementa jew tħassar l-entrata."
L-istorja tar-reġistru tan-negozji Pollakk
Ir-reġistru ilu jaħdem minn Jannar 2007.
Ħoloq utli
L-Att tal-20 ta' Awwissu 1997 dwar ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.