Sib informazzjoni għal kull reġjun
- Internazzjonaliii
- Belġjube
- Bulgarijabg
- Repubblika Ċekacz
- Danimarkadk
- Ġermanjade
- Estonjaee
- Irlandaie
- Greċjael
- Spanjaes
- Franzafr
- il-Kroazjahr
- Italjait
- Ċiprucy
- Latvjalv
- Litwanjalt
- Lussemburgulu
- Ungerijahu
- Maltamt
- Olandanl
- Awstrijaat
- Polonjapl
- Portugallpt
- Rumanijaro
- Slovenjasi
- Slovakkjask
- Finlandjafi
- Svezjase
L-istorja tal-istabbiliment tar-reġistru nazzjonali
Meta ġie stabbilit?
Ir-Reġistru tal-Kummerċ twaqqaf fl-1990, skont il-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tal-Kummerċ.
Skont l-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 129 tal-10 ta’ Ottubru 2002 li temenda l-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-reġistru tal-kummerċ u l-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 76/2001 dwar is-simplifikazzjoni ta’ ċerti formalitajiet amministrattivi għar-reġistrazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet imwettqa mill-kummerċjanti, l-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ fir-Rumanija huwa korp pubbliku b’personalità ġuridika, taħt l-awtorità tal-Ministeru għall-Ġustizzja. L-Uffiċċju huwa responsabbli għaż-żamma, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tar-reġistru diġitali ċentrali tal-kummerċ.
Hemm għadd ta' uffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ taħt l-awtorità tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ, f'Bucharest u f'kull waħda mill-41 kontea fir-Rumanija. Dawn huma responsabbli għaż-żamma, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tar-reġistri tal-kummerċ lokali.
Meta ġie ddiġitalizzat?
Fit-tieni nofs tal-2011 ġie varat portal apposta li jipprovdi servizzi ġodda online lill-komunità kummerċjali u lil persuni interessati oħrajn.
L-għanijiet tal- Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ:
- li jinforma lill-komunità kummerċjali, il-korpi pubbliċi, il-mezzi tax-xandir u persuni interessati oħrajn dwar l-operazzjonijiet fir-Reġistru tal-Kummerċ;
- li jnaqqas il-ħin meħtieġ għall-aċċess tal-informazzjoni;
- li jnaqqas il-konġestjoni fl-uffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ;
- li jnaqqas il-ħin meħtieġ biex jiġu ppreżentati d-dokumenti ta' reġistrazzjoni lir-Reġistru tal-Kummerċ;
- li jissimplifika l-proċeduri għar-reġistrazzjoni ta' professjonisti, għall-għoti ta' informazzjoni finanzjarja, u għal talbiet għal informazzjoni u dokumenti;
- li jipprovdi lill-applikanti online b'informazzjoni f'ħin reali dwar data fir-Reġistru tal-Kummerċ.
X’inhi l-leġiżlazzjoni applikabbli bħalissa?
L-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 116 tal-2009
L-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 44/2008
Ir-regoli ta’ implimentazzjoni tal-10 ta’ Ottubru 2008 dwar iż-żamma ta’ reġistri tal-kummerċ
X’informazzjoni joffri r-reġistru kummerċjali?
Min għandu d-dritt li jaċċessa r-reġistru?
►L-aċċess għall-informazzjoni ppubblikata fuq is-sit web tal-ONRC huwa mingħajr ħlas għal kwalunkwe persuna interessata u huwa pprovdut 24 siegħa kuljum. Is-sit web https://www.onrc.ro jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar:
- il-formoli u d-dokumenti meħtieġa biex jiddaħħlu r-rekords fir-Reġistru tal-Kummerċ u fir-Reġistru Ċentrali tas-Sjieda Benefiċjarja;
- il-formoli meħtieġa u l-mezzi biex jinħarġu ċ-ċertifikati, kif tinkiseb informazzjoni, il-kopji/il-kopji ċċertifikati, id-duplikati;
- informazzjoni ġenerali għal persuni interessati li jwettqu ċerti attivitajiet irregolati, kif applikabbli (professjonisti, persuni fiżiċi, persuni ġuridiċi, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet, eċċ);
- il-leġiżlazzjoni applikabbli għar-Reġistru tal-Kummerċ/ir-Reġistru Ċentrali tas-Sjieda Benefiċjarja;
- informazzjoni ta’ interess pubbliku;
- komunikazzjonijiet/stqarrijiet għall-istampa, avvenimenti;
- informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-data personali;
- id-dettalji ta’ kuntatt tal-ONRC/ORCT [l-uffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ annessi mat-tribunali] (l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat, l-indirizz elettroniku, in-numru tat-telefown/tal-faks).
Is-sit tar-Reġistru tal-Kummerċ jipprovdi dan li ġej:
- dokumenti;
- informazzjoni u servizzi organizzati f’taqsimiet u servizzi;
- informazzjoni relatata mal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ u l-uffiċċji tar-Reġistri tal-Kummerċ annessi mat-tribunali;
- diversi punti ta’ informazzjoni pubblika – aċċess bla ħlas;
- formoli użati mill-istituzzjoni;
- formalitajiet għad-dħul ta’ rekords fir-Reġistru tal-Kummerċ għal kull kategorija ta’ professjonisti u operazzjonijiet;
- formalitajiet għad-dħul ta’ rekords fir-Reġistru tas-Sjieda Benefiċjarja miżmum mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ għal persuni ġuridiċi li huma meħtieġa japplikaw biex jiġu elenkati fir-Reġistru tal-Kummerċ, ħlief għal korporazzjonijiet pubbliċi kif ukoll intrapriżi nazzjonali u kumpaniji nazzjonali;
- data statistika dwar l-operazzjonijiet irreġistrati.
- l-istorja tal-istituzzjoni
- in-network tal-ORC [l-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ]
- formoli (għall-professjonisti, eċċ.) u formalitajiet
- ħlasijiet u tariffi oħra għas-servizzi tal-ONRC [l-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ]
- servizzi
- leġiżlazzjoni
- data statistika
- media
►L-aċċess għall-informazzjoni dwar il-portal tas-servizzi elettroniċi tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ huwa mingħajr ħlas, 24 siegħa kuljum, u jingħata wara r-reġistrazzjoni bla ħlas bħala utent (billi jinħoloq identifikatur tal-utent u password).
L-informazzjoni dwar il-portal tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ hija organizzata f’servizzi pprovduti mingħajr ħlas jew bi ħlas skont il-liġi fis-seħħ.
Ir-Reġistru tal-Kummerċ jirreġistra d-dokumenti, l-atti u r-referenzi kollha u l-identità tal-professjonisti kkonċernati, li r-reġistrazzjoni tagħhom hija meħtieġa mil-liġi, u kull att jew dokument ieħor previst espressament mil-liġi.
Is-servizzi online ipprovduti mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ huma disponibbli fuq il-portal tas-servizzi elettroniċi tiegħu, li ġie żviluppat taħt il-Programm Operazzjonali Settorjali “Żieda fil-Kompetittività Ekonomika”, “Investimenti għall-futur tiegħek!”, taħt il-proġett “Servizzi online (Gvern elettroniku) ipprovduti mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ lill-komunità kummerċjali permezz ta’ portal iddedikat”.
Is-servizzi online ipprovduti mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ permezz tal-portal tas-servizzi elettroniċi jinkludu dan li ġej:
- Infocert;
- Recom online;
- verifika tad-disponibbiltà tal-isem tal-kumpanija u prenotazzjoni online tal-isem tal-kumpanija;
- kontrolli preliminari (disponibbiltà u/jew prenotazzjoni ta’ isem/logo għal persuni ġuridiċi/fiżiċi, impriżi individwali/negozji tal-familja);
- reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kummerċ u l-awtorizzazzjoni ta’ persuni ġuridiċi;
- aġġornament tad-dettalji ta’ kuntatt tal-kumpaniji rreġistrati fir-Reġistru tal-Kummerċ;
- il-ksib ta’ informazzjoni aġġornata dwar l-attivitajiet tal-kumpanija fil-passat, data statistika;
- ħruġ ta’ dokumenti (ċertifikati);
- l-istatus tal-każ;
- notifika tal-applikazzjonijiet ippreżentati lir-Reġistru tal-Kummerċ;
- deċiżjonijiet ta’ posponiment tal-applikazzjonijiet ippreżentati lir-Reġistru tal-Kummerċ;
- pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar id-diversi sitwazzjonijiet ta’ persuni ġuridiċi fil-Bullettin Elettroniku tar-Reġistru tal-Kummerċ [Buletinul Electronic al Registrului Comerțului - BERC];
- data statistika (operazzjonijiet fir-reġistru ċentrali tal-kummerċ, kumpaniji b’kapital barrani);
- formola offline tar-Reġistru tal-Kummerċ;
- ir-reġistrazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar is-sid benefiċjarju tal-persuna ġuridika;
- l-għoti ta’ informazzjoni mir-Reġistru Ċentrali tas-Sjieda Benefiċjarja.
Is-servizz “Recom online”, li huwa komponent ibbażat fuq l-abbonament, huwa aċċessibbli wara li jiġi konkluż kuntratt mas-sid benefiċjarju, 24 siegħa kuljum, u jipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar il-professjonisti, bi ħlas:
- l-isem u l-forma tal-organizzazzjoni;
- informazzjoni ta’ identifikazzjoni (in-numru tal-ordni fir-Reġistru tal-Kummerċ, l-Identifikatur Uniku Ewropew, il-Kodiċi ta’ Reġistrazzjoni Uniku, l-uffiċċju rreġistrat/l-indirizz tan-negozju, id-dettalji ta’ kuntatt tal-kumpanija (telefown, faks);
- l-uffiċċju/in-negozju rreġistrat (ċertifikazzjoni tal-uffiċċju rreġistrat, id-data minn meta l-prova tal-uffiċċju rreġistrat hija valida, id-data tal-iskadenza tal-prova tal-uffiċċju rreġistrat, it-tul ta’ żmien tal-uffiċċju rreġistrat);
- il-kapital imħallas u sottoskritt;
- l-attività ewlenija tal-professjonist iddikjarat/awtorizzat;
- l-attivitajiet sekondarji tal-professjonist iddikjarat/awtorizzat;
- data dwar l-identifikazzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi assoċjati;
- data dwar l-identifikazzjoni tad-diretturi;
- data dwar il-logos;
- data dwar il-fergħat/is-sussidjarji/is-sottodiviżjonijiet (l-uffiċċju rreġistrat, it-telefown);
- data dwar l-uffiċċji sekondarji/il-postijiet tax-xogħol (l-uffiċċju rreġistrat, it-telefown);
- data dwar uffiċċji rreġistrati u/jew attivitajiet awtorizzati skont l-Artikolu 15 tal-Liġi Nru 359/2004;
- data dwar is-sjieda;
- data dwar arranġamenti mal-kredituri;
- data dwar fatti koperti mill-Artikolu 21(e) sa (h) tal-Liġi Nru 26/1990;
- data dwar ir-referenzi l-oħrajn;
- data dwar il-karta tal-bilanċi (il-fatturat, l-għadd medju ta’ impjegati, il-profitt gross), meta din l-informazzjoni tkun ġiet ipprovduta mill-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi.
Is-servizzi disponibbli mingħajr ħlas jinkludu:
- Recom online – il-komponent bla ħlas tas-servizz;
- formoli elettroniċi;
- l-applikazzjoni online li għandha tiġi elenkata fir-reġistru kummerċjali tal-professjonisti;
- ir-reġistrazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji ta’ persuni ġuridiċi;
- aċċess online għall-informazzjoni fir-Reġistru Ċentrali tas-Sjieda Benefiċjarja (għall-awtoritajiet/l-istituzzjonijiet b’setgħat superviżorji/ta’ kontroll u għall-entitajiet li jirrapportaw meta japplikaw miżuri ta’ Kun Af lill-Klijent Tiegħek);
- verifika tad-disponibbiltà tal-isem tal-kumpanija u prenotazzjoni online tal-isem tal-kumpanija;
- informazzjoni dwar l-istatus tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kummerċ;
- konsultazzjoni tat-taqsima dwar id-deċiżjonijiet biex jiġi pospost it-trattament tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kummerċ;
- aċċess għal ċerta informazzjoni pubblika (rapporti finanzjarji, xoljimenti volontarji, xoljimenti statutorji, eċċ.) permezz tal-Bullettin Elettroniku tar-Reġistru tal-Kummerċ (BERC).
Is-servizzi ewlenin ipprovduti mill-Bullettin Elettroniku tar-Reġistru tal-Kummerċ huma:
- Konsultazzjoni ta’ artikli tal-professjonisti ppubblikati
- Konsultazzjoni ta’ bullettini fejn jiġu ppubblikati l-artikli tal-professjonisti
- Ħruġ tad-dokument li jiċċertifika l-pubblikazzjoni ta’ artiklu (prova tal-pubblikazzjoni)
- Il-wasla tan-notifika dwar l-artikli ppubblikati
- Il-forniment ta’ rapporti ta’ interess
IMPORTANTI: It-taqsimiet kollha tas-sit web u tal-portal jistgħu jiġu aċċessati mingħajr ħlas, 24 siegħa kuljum.
► Aċċess għall-informazzjoni rreġistrata fir-Reġistru tal-Kummerċ
L-informazzjoni rreġistrata fir-Reġistru tal-Kummerċ hija pprovduta u l-kopji tad-dokumenti relatati jinħarġu f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tal-Kummerċ, kif ippubblikat mill-ġdid, kif sussegwentement emendat u ssupplimentat:
- Ir-Reġistru tal-Kummerċ huwa disponibbli għall-pubbliku.
- L-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ irid jipprovdi, għall-ispejjeż tal-persuna li tressaq it-talba, informazzjoni, siltiet mir-reġistru u ċertifikati li jirrigwardaw l-entrati fir-Reġistru tal-Kummerċ u ċertifikati li jikkonfermaw jekk dokument jew att partikolari ġiex irreġistrat jew le, kopji u kopji ċċertifikati tal-entrati fir-reġistru u ta’ rekords mid-dokumenti ppreżentati, bi ħlas.
- Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu (2) jistgħu jintalbu u jinħarġu wkoll bil-posta.
- Id-dokumenti elenkati fil-paragrafu 2, f’format elettroniku, b’firma elettronika estiża inkluża, mehmuża jew marbuta, jistgħu jintalbu u jinħarġu b’mezzi elettroniċi permezz tal-portal tas-servizzi elettroniċi tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ. Jistgħu jintalbu wkoll permezz tal-Punt ta’ Kuntatt Uniku (PSC) elettroniku, f’konformità mal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 49/2009 dwar il-libertà tal-istabbiliment tal-fornituri tas-servizzi u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fir-Rumanija, approvat kif emendat u ssupplimentat bil-Liġi Nru 68/2010.
- It-tariffi mitluba għall-ħruġ ta’ kopji u/jew informazzjoni, irrispettivament mill-metodu tal-ħruġ, ma jistgħux jaqbżu l-ispejjeż amministrattivi mġarrba biex jinħarġu.
L-Artikolu 41
- Kopji elettroniċi tad-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 għandhom ikunu disponibbli wkoll għall-pubbliku permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri tal-kummerċ, a spejjeż tal-applikant.
- It-tariffi mitluba biex jinħarġu kopji u/jew informazzjoni mir-Reġistru tal-Kummerċ permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri tal-kummerċ m’għandhomx jaqbżu l-ispejjeż amministrattivi relatati.
X’informazzjoni fih ir-reġistru?
Liema tipi ta’ data huma maħżuna (entitajiet imdaħħla fir-reġistru pubbliku, informazzjoni dwar l-insolvenza, rapporti finanzjarji…)?
Skont il-Liġi Nru 26/1990, ir-Reġistru tal-Kummerċ fih informazzjoni relatata mal-professjonisti rreġistrati, kif ġej:
- kumpaniji;
- kumpaniji nazzjonali;
- intrapriżi nazzjonali;
- korporazzjonijiet pubbliċi;
- kumpaniji kooperattivi;
- organizzazzjonijiet kooperattivi;
- gruppi b’interess ekonomiku;
- gruppi Ewropej b’interess ekonomiku;
- kumpaniji Ewropej;
- kumpaniji kooperattivi Ewropej;
- kummerċjanti waħdiena;
- impriżi individwali;
- negozji tal-familja, u
- persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn previsti mil-liġi.
Ir-Reġistru tal-Kummerċ jirreġistra d-dokumenti, l-atti u r-referenzi kollha u l-identità tal-professjonisti kkonċernati, li r-reġistrazzjoni tagħhom hija meħtieġa mil-liġi, u kull att jew dokument ieħor previst espressament mil-liġi.
Il-persuni ġuridiċi elenkati fir-Reġistru tal-Kummerċ jew, fejn applikabbli, il-persuni interessati jridu jissottomettu d-dokumenti li ġejjin lill-ORCT bħala entrati fir-Reġistru tal-Kummerċ:
- il-prospett tal-ħruġ ta’ ekwità bil-ħsieb li tiġi stabbilita l-kumpanija b’ishma konġunti permezz ta’ sottoskrizzjoni pubblika u li l-pubblikazzjoni tiegħu tiġi awtorizzata mid-Direttur tal-ORCT/mill-persuna maħtura tal-ORCT, kif ukoll kwalunkwe emenda għalih;
- il-prospett tal-ħruġ ta’ ekwità bil-ħsieb li jiżdied il-kapital azzjonarju ta’ kumpaniji b’ishma konġunti permezz ta’ sottoskrizzjoni pubblika u li l-pubblikazzjoni tiegħu tiġi awtorizzata mid-Direttur tal-ORCT/mill-persuna maħtura tal-ORCT, kif ukoll kwalunkwe emenda għalih;
- id-deċiżjoni tal-korp maniġerjali, meta d-dħul ta’ tali informazzjoni fir-Reġistru tal-Kummerċ u l-pubblikazzjoni jkunu obbligatorji skont il-liġi;
- prova tal-estensjoni tal-limitu ta’ żmien għaż-żamma legali tal-bini tal-uffiċċju rreġistrat u/jew sekondarju;
- dikjarazzjonijiet finali ta’ likwidazzjoni u ta’ distribuzzjoni tal-assi u, fejn applikabbli, rapport dwar ix-xogħol ta’ ġestjoni magħmul mill-amministraturi u mill-membri tal-bord, jekk waħda jew aktar minn dawn il-persuni jkunu maħtura bħala likwidaturi;
- id-dokumenti relatati mal-operazzjonijiet tan-negozju;
- ir-reġistri u d-dokumenti tal-persuna ġuridika mneħħija mir-reġistru, meta ma jkunx hemm aktar kumpaniji assoċjati/azzjonisti/membri jew meta jirrifjutaw li jżommuhom;
- id-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tal-kumpaniji assoċjati/azzjonisti dwar l-akkwist mill-kumpanija ta’ assi minn fundatur jew azzjonist, meta tali entrata tkun obbligatorja skont il-liġi dwar il-kumpaniji;
- l-ilment kontra r-riżoluzzjoni tad-direttur/tal-persuna maħtura tal-ORCT;
- l-oppożizzjoni ppreżentata kontra l-laqgħa ġenerali tal-kumpaniji assoċjati/azzjonisti u l-oppożizzjoni ppreżentata kontra atti oħra previsti b’mod espliċitu mil-liġi;
- l-abbozz ta’ fużjoni jew diviżjoni;
- il-firma kampjun;
- l-applikazzjoni għat-tneħħija mir-reġistru ppreżentata mill-persuna li tqis lilha nnifisha leża, billi jkollha entrati miżjuda mar-Reġistru tal-Kummerċ;
- kwalunkwe dokument ieħor previst mil-liġi li għandu jiddaħħal b’mod obbligatorju fir-Reġistru tal-Kummerċ.
Il-persuni interessati li jissottomettu entrati fir-Reġistru tal-Kummerċ fir-rigward ta’ dokumenti li l-pubblikazzjoni tagħhom ma hijiex obbligatorja skont il-liġi għandhom jimlew, għal dawn il-finijiet, l-applikazzjoni tat-tip, u jehmżu magħha d-dokumenti kkonċernati u l-prova tal-ħlas tat-tariffa applikabbli.
Dawn li ġejjin għandhom jiġu rreġistrati fir-Reġistru tal-Kummerċ:
- ir-rapport tal-amministratur tal-insolvenza jew, fejn applikabbli, tal-likwidatur, li jiddikjara l-kawżi u ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-insolvenza tad-debitur;
- in-notifika mill-amministratur tal-insolvenza dwar il-bidu tal-proċedura ta’ insolvenza;
- il-kopja tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni propost;
- in-notifika mil-likwidatur dwar il-bidu ta’ proċedimenti ta’ falliment skont il-proċedura ġenerali ta’ insolvenza u l-proċedura simplifikata ta’ insolvenza;
- is-sentenza finali tal-qorti li żżomm lill-amministratur statutorju responsabbli li jħallas kumpens;
- proċedimenti quddiem il-qorti u notifika tal-arranġament mal-kredituri offrut;
- l-arranġament mal-kredituri approvat;
- sentenzi tal-qorti mogħtija skont il-proċedura ta’ insolvenza, li jiġu kkomunikati lill-ORCT skont il-liġi;
- dokumenti oħra maħruġa mill-qrati jew mill-amministratur tal-insolvenza jew mil-likwidatur skont il-liġi.
L-entrati li ġejjin għandhom jiġu rreġistrati fir-Reġistru tal-Kummerċ, abbażi tad-dokumenti msemmija hawn fuq, fir-rigward tal-professjonisti rreġistrati fir-Reġistru tal-Kummerċ, li huma suġġetti għall-arranġament mal-kredituri jew għall-proċedura ta’ insolvenza:
- il-bidu tal-proċedura ta’ insolvenza;
- falliment;
- il-fatt li d-debitur ġie mċaħħad mid-dritt tiegħu li jmexxi n-negozju;
- il-fatt li l-amministratur statutorju jkun inżamm responsabbli biex iħallas kumpens;
- id-deżinjazzjoni tal-amministratur tal-insolvenza jew tal-likwidatur, meta jkun applikabbli;
- il-ħatra tal-amministratur speċjali;
- is-sostituzzjoni tal-amministratur tal-insolvenza jew tal-likwidatur, meta jkun applikabbli;
- l-għeluq tal-proċedura ta’ insolvenza;
- it-tneħħija tad-debitur mir-reġistru;
- l-emenda tal-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tad-debitur bħala persuna ġuridika, fuq talba tal-amministratur tal-insolvenza, skont is-sentenza finali tal-qorti li taċċerta l-pjan ta’ riorganizzazzjoni;
- is-sottomissjoni tal-arranġament mal-kredituri offrut;
- l-approvazzjoni tal-arranġament mal-kredituri;
- referenzi oħra meħtieġa mil-liġi, għad-debituri elenkati fir-Reġistru tal-Kummerċ, li l-proċedura ta’ insolvenza tapplika għalihom.
Ir-Reġistru Ċentrali tas-Sjieda Benefiċjarja
Mid-data effettiva tal-Liġi Nru 129/2019 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda u tissupplimenta ċerti atti leġiżlattivi, kif sussegwentement emendati u ssupplimentati, l-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ kellu l-obbligu li jżomm ir-Reġistru Ċentrali tas-Sjieda Benefiċjarja, li jelenka s-sidien benefiċjarji ta’ persuni ġuridiċi li jridu japplikaw biex jiġu rreġistrati fir-Reġistru tal-Kummerċ, ħlief għall-korporazzjonijiet pubbliċi kif ukoll għall-intrapriżi nazzjonali u l-kumpaniji nazzjonali.
L-aċċess għar-Reġistru Ċentrali tas-Sjieda Benefiċjarja jingħata, f’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali, lil:
- awtoritajiet b’setgħat superviżorji u ta’ kontroll, korpi ġudizzjarji, f’konformità mal-Liġi Nru 135/2010 dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, kif sussegwentement emendata u ssupplimentata, u lill-Uffiċċju, fil-ħin, mingħajr ebda restrizzjoni u mingħajr ma tiġi informata l-persuna kkonċernata;
- l-entitajiet li jirrapportaw meta japplikaw miżuri ta’ Kun Af lill-Klijent Tiegħek;
- kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika (bi ħlas).
Liema dokumenti qed jiġu arkivjati/maħżuna (fajls, kotba ta’ dokumenti, statuti, minuti tal-laqgħat ġenerali ...)?
Ir-reġistrazzjoni ta’ persuni ġuridiċi, kummerċjanti waħdiena, impriżi individwali u negozji tal-familja li jwettqu attivitajiet ekonomiċi u li jkollhom l-uffiċċju/in-negozju rreġistrat li jinsab fil-ġuriżdizzjoni tat-tribunal tinvolvi li r-Reġistru tal-Kummerċ iżomm rekords tad-dokumenti ta’ reġistrazzjoni tal-persuni li jkunu qed jiġu rreġistrati u tal-arkivju uffiċjali tal-inkorporazzjoni jew tad-dokumenti ta’ emenda relatati u ta’ dokumenti oħra previsti b’mod espliċitu mil-liġi.
L-arkivjar ta’ dokumenti li jissostanzjaw l-entrati fir-Reġistru tal-Kummerċ jikkonsisti fiż-żamma u l-preservazzjoni, fuq karta u/jew f’format elettroniku, ta’ dawn id-dokumenti kollha, kif ukoll tad-dokumenti li jagħtu prova tal-entrati magħmula minn persuni rreġistrati, ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapport u, meta jkun applikabbli, ir-rapport konsolidat tal-bord maniġerjali u tal-bord tad-diretturi, rispettivament, ir-rapport tal-awditur jew ir-rapport tal-awditur finanzjarju, meta jkun applikabbli, ir-rapporti finanzjarji annwali kkonsolidati u r-reġistri tal-persuni ġuridiċi, li jiġu ppreżentati lir-Reġistru tal-Kummerċ.
Il-fajl ta’ kull professjonist elenkat fir-Reġistru tal-Kummerċ jinkludi d-dokumenti kollha ppreżentati b’rabta mar-reġistrazzjoni jew ma’ kwalunkwe operazzjoni li hija elenkata fir-Reġistru tal-Kummerċ skont il-liġi u d-dokumenti li jagħtu prova tar-reġistrazzjoni. Id-dokumenti elenkati fir-Reġistru tal-Kummerċ bil-għan li jitwettqu ċerti proċeduri ta’ qabel ir-reġistrazzjoni meħtieġa mil-liġi jinżammu f’folder separat. Wara r-reġistrazzjoni, dawn ikunu mehmuża fil-folder tal-professjonist rilevanti.
Id-dokumenti tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi elenkati fir-Reġistru tal-Kummerċ huma arkivjati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nazzjonali dwar l-Arkivjar Nru 16/1996, kif ippubblikata mill-ġdid.
Kif nista’ nagħmel tfittxija (u x’inhuma l-kriterji ta’ tfittxija disponibbli)?
Fuq is-sit web tar-reġistru
Il-persuna interessata tista’ tfittex informazzjoni fuq is-sit web tal-ONRC billi tittajpja kelma ewlenija fil-kaxxa tat-tiftix.
X’inhuma l-kriterji ta’ tfittxija disponibbli?
Wieħed jista’ jfittex l-informazzjoni disponibbli mingħajr ħlas permezz tas-servizz Recom online billi juża l-kriterji li ġejjin:
- isem il-professjonist;
- in-numru tar-Reġistru tal-Kummerċ;
- in-numru ta’ referenza tat-taxxa;
- il-kontea fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat/in-negozju.
L-informazzjoni ġenerali għall-persuni interessati, disponibbli bla ħlas mis-servizz Recom online tinkludi:
- isem il-professjonist irreġistrat fir-Reġistru tal-Kummerċ;
- in-numru tar-Reġistru tal-Kummerċ;
- l-Identifikatur Uniku Ewropew (EUID);
- in-numru ta’ referenza tat-taxxa;
- l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat/tan-negozju;
- l-istat tan-negozju (eż. attiv, xolt, likwidat, fallut, imneħħi mir-reġistru u oħrajn);
Kif nista’ nikseb id-dokumenti?
Mingħajr ħlas?
L-informazzjoni u d-dokumenti li jikkonċernaw il-professjonisti elenkati fir-Reġistru tal-Kummerċ jinħarġu mingħajr ħlas lill-awtoritajiet u lill-istituzzjonijiet pubbliċi, bl-eċċezzjoni ta’ dawk kompletament iffinanzjati minn dħul proprju, lill-qrati u lill-uffiċċji tal-prosekutur annessi magħhom, u lil missjonijiet diplomatiċi akkreditati u lil persuni ġuridiċi oħra skont il-liġi.
L-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ u l-uffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ annessi mat-tribunali joħorġu informazzjoni speċifika rreġistrata fir-Reġistru tal-Kummerċ, mingħajr ħlas, lill-ġurnalisti u lir-rappreżentanti tal-media tal-massa. L-informazzjoni rilaxxata lill-ġurnalisti u lir-rappreżentanti tal-media tal-massa tista’ tintuża biss biex tinforma l-opinjoni pubblika.
Bi ħlas?
L-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ joħroġ, a spejjeż tal-persuna li tressaq it-talba, informazzjoni, siltiet mir-reġistru u ċertifikati li jirrigwardaw l-entrati fir-Reġistru tal-Kummerċ u ċertifikati li jikkonfermaw jekk dokument jew att partikolari ġiex irreġistrat jew le, kopji u kopji ċċertifikati tal-entrati fir-reġistru u ta’ rekords mid-dokumenti ppreżentati, bi ħlas. Id-dokumenti kkonċernati jistgħu jintalbu u jinħarġu wkoll bil-posta.
Kif nista’ nikseb silta mir-reġistru, kopja attestata jew traskrizzjoni tad-dokumenti?
Mezzi għall-aċċess tal-informazzjoni:
- online, billi wieħed jaċċessa s-servizz InfoCert (ma hijiex meħtieġa firma elettronika; il-ħlas isir biss bil-kard)
- online, permezz tal-portal tal-ONRC, hawnhekk (hija meħtieġa firma elettronika; il-ħlas isir permezz ta’ kard jew money order)
- indirizz tal-posta elettronika: onrc@onrc.ro (ħlas permezz ta’ money order jew lill-kaxxier)
- Nru tal-faks +40 213160829 (ħlas permezz ta’ money order jew lill-kaxxier)
- bil-posta (ħlas permezz ta’ money order; tiġi imposta t-tariffa addizzjonali ta’ RON 7.68)
- mal-front desk – uffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ annessi mat-tribunali.
►Is-servizz ta’ InfoCert jippermetti l-ħruġ ta’ ċertifikati online u/jew l-għoti ta’ informazzjoni mir-Reġistru tal-Kummerċ. Is-servizz jista’ jiġi aċċessat permezz tal-portal tal-ONRC, fit-taqsima tal-Informazzjoni (Informații) - Ċertifikati (Certificate constatatoare) jew Informazzjoni tar-Reġistru tal-Kummerċ u kopji taċ-ċertifikati (Informații RC și copii certificate), u l-ħlas isir online bil-Visa jew bil-Mastercard. Is-servizz elettroniku ta’ InfoCert jiġbor awtomatikament dokumenti b’firma elettronika, mingħajr l-azzjoni tal-kontrollur, 24 siegħa kuljum, il-ġimgħa kollha, u l-ħlas isir b’mod elettroniku bil-kard, u wara dan min jagħmel it-talba jirċievi fattura elettronika u ma jkun jeħtieġ l-ebda firma elettronika għal dan il-għan.
► Permezz tas-servizz online ta’ Recom, li huwa l-komponent ibbażat fuq abbonament, aċċessibbli wara l-konklużjoni ta’ kuntratt mal-benefiċjarju, 24 siegħa kuljum, ċertifikati u/jew informazzjoni mir-Reġistru tal-Kummerċ jistgħu jinkisbu online.
Kif tikseb kopja ta’ dokument mill-arkivju:
- mal-front desk – uffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ annessi mat-trbunalihttps://www.onrc.ro/index.php/ro/onrc-contact?id=67.
- bil-posta;
- online (firma elettronika meħtieġa).
Mezzi biex jinkisbu duplikati taċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni u/jew taċ-ċertifikati li juru s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjonijiet fuq l-unur għall-awtorizzazzjoni tan-negozju
- mal-front desk – uffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ annessi mat-tribunali.
- bil-posta.
Il-proċedura ta’ reġistrazzjoni
Kif nista’ nibda l-proċedura ta’ reġistrazzjoni (kif nippreżenta applikazzjonijiet lir-reġistru, kif niċċertifika d-dokumenti, it-tip ta’ dokumenti li jridu jkunu mehmuża)?
Personalment
L-applikazzjoni għal entrati, id-dokumenti meħtieġa fl-oriġinal jew f’kopja ċċertifikata mill-parti interessata, kif previst mil-liġi, u, meta jkun applikabbli, prova tal-ħlas tat-tariffi legali, li huma kollha numerati, għandhom jiġu sottomessi mill-applikant direttament lill-front desk jew ikkonsenjati bil-posta/bil-kurrier jew b’mezzi elettroniċi.
L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ persuna ġuridika fir-Reġistru tal-Kummerċ tiġi ffirmata mir-rappreżentant legali ta’ dik il-persuna, li jkun maħtur skont id-dokument ta’ inkorporazzjoni, jew mill-aġent tagħha, taħt prokura jew setgħa speċjali/ġenerali awtentika jew minn kwalunkwe membru tal-kumpanija assoċjata/azzjonist/membru tal-bord jew l-aġent tiegħu.
L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sussidjarja ta’ persuna ġuridika, li tinsab ir-Rumanija jew barra mill-pajjiż, tiġi ffirmata mir-rappreżentant tal-persuna ġuridika, li tmexxi direttament in-negozju tas-sussidjarja, personalment jew mill-aġent tagħha, bi prokura jew setgħa speċjali/ġenerali awtentika.
L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ kummerċjant waħdieni u impriża individwali tiġi ppreżentata mill-persuna fiżika li tapplika għar-reġistrazzjoni bħala kummerċjant waħdieni jew detentur tal-impriża individwali, personalment jew mill-aġent tagħha, bi prokura speċjali/ġenerali awtentika, jew mill-avukat, bi prokura.
It-talba għar-reġistrazzjoni ta’ negozju tal-familja tiġi ppreżentata mir-rappreżentant maħtur skont id-dokument ta’ inkorporazzjoni jew mill-aġent tiegħu, bi prokura speċjali/ġenerali awtentika, jew mill-avukat, bi prokura.
Id-dokumenti li jridu jiġu rreġistrati, irreġistrati b’referenzi u, meta jkun applikabbli, ippubblikati mill-ORCT għandhom jiġu ttajpjati mill-applikant bir-Rumen, ikunu jinqraw sew, mingħajr tħassir jew żidiet, inkella l-applikazzjoni tiġi miċħuda.
Id-dokumenti meħtieġa biex jissostanzjaw l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, li huma kklassifikati bħala atti uffiċjali, għandhom jiġu ppreżentati fl-oriġinal jew f’kopji debitament iċċertifikati skont il-liġi.
Online
L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u d-dokumenti meħtieġa mil-liġi jistgħu jintbagħtu b’mod elettroniku, jiġifieri permezz tal-portal tas-servizz elettroniku jew permezz tal-posta elettronika, b’firma elettronika kwalifikata inkluża, mehmuża jew illinkjata.
Kif jiġu rrieżaminati l-applikazzjonijiet sottomessi?
L-applikazzjonijiet reġistrati għandhom jiġu ttrattati mid-direttur/persuna maħtura tal-ORCT jew, fejn applikabbli, mill-qrati.
Jekk id-direttur/il-persuna maħtura tal-ORCT tqis li, sabiex tiġi ttrattata l-applikazzjoni, ikunu meħtieġa dokumenti addizzjonali u/jew rapporti ta’ esperti, jew isibu li ċerti dokumenti sottomessi b’appoġġ għall-applikazzjoni ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti legali fis-sustanza jew fil-forma, jew li ċerti dokumenti ta’ aċċertament ikunu nieqsa jew it-tariffi statutorji tal-pubblikazzjoni ma jkunux tħallsu, dawn jistgħu jistabbilixxu limitu ta’ żmien ġdid għat-trattament tal-applikazzjoni sabiex l-applikazzjoni tiġi ssupplimentata kif xieraq, skont l-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 116/2009 li tistabbilixxi ċerti miżuri għat-twettiq tal-operazzjonijiet tar-Reġistru tal-Kummerċ, kif approvat, kif emendat u ssupplimentat bil-Liġi Nru 84/2010, kif emendata sussegwentement.
L-iskadenza għat-trattament u l-ħruġ ta’ dokumenti li jiċċertifikaw ir-reġistrazzjoni għandha tiġi estiża kif xieraq bil-perjodu approvat mid-direttur/mill-persuna maħtura tal-ORCT biex l-applikant jissottometti d-dokumenti jew biex isolvi l-irregolaritajiet misjuba u ddikjarati mid-direttur/mill-persuna maħtura tal-ORCT fil-konklużjoni/fid-deċiżjoni li tordna l-posponiment tar-riżoluzzjoni tal-applikazzjoni u l-approvazzjoni tal-iskadenza.
Jekk l-applikant jonqos milli jsolvi l-irregolaritajiet misjuba fil-fajl jew jekk id-direttur/il-persuna maħtura tal-ORCT issib li t-talba tal-applikant ma tissodisfax ir-rekwiżiti legali, id-direttur/il-persuna maħtura tal-ORCT tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, skont l-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 116/2009 li tistabbilixxi ċerti miżuri għat-twettiq tal-operazzjonijiet tar-Reġistru tal-Kummerċ, kif approvata kif emendata u ssupplimentata bil-Liġi Nru 84/2010, kif emendata sussegwentement.
Jekk l-applikant jirrinunzja għar-riżoluzzjoni tal-applikazzjoni mressqa lill-uffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ annessi mat-tribunali u jekk l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni jiġu miċħuda, it-tariffa għall-pubblikazzjoni fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija għandha tiġi rritornata jekk tkun tħallset.
L-applikant u/jew ir-rappreżentant tiegħu jista’ jidher, sal-iskadenza għar-riżoluzzjoni tat-talba, sabiex jissostanzjaha, abbażi tat-talba għal seduta ta’ smigħ ippreżentata mal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew, għal applikazzjonijiet posposti, ippreżentati mill-inqas jum qabel l-iskadenza għar-riżoluzzjoni.
L-effetti legali tar-reġistrazzjoni
L-effett tal-entrati fuq terzi skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2017/1132
Id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ hawn taħt jiddikjaraw li partijiet terzi jistgħu joqogħdu fuq l-informazzjoni u d-dokumenti fir-Reġistru tal-Kummerċ, f'konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji:
- l-Artikolu 1(1) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tal-Kummerċ, ippubblikata mill-ġdid, kif emendata u ssupplimentata sussegwentement, jgħid li "qabel ma jibdew attività ekonomika, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li ġejjin għandhom japplikaw biex ikunu rreġistrati jew jiddaħħlu, kif applikabbli, fir-Reġistru tal-Kummerċ: kummerċjanti waħdiena, impriżi individwali u negozji tal-familja, kumpaniji, intrapriżi nazzjonali u kumpaniji nazzjonali, korporazzjonijiet pubbliċi, gruppi b’interess ekonomiku, kumpaniji kooperattivi, organizzazzjonijiet kooperattivi, kumpaniji Ewropej, kumpaniji kooperattivi Ewropej, gruppi Ewropej b’interess ekonomiku bl-uffiċċji prinċipali fir-Rumanija, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn kif stipulat fil-liġi.”
Barra minn hekk, l-Artikolu 1(2) tal-Liġi msemmija hawn fuq jgħid li "tul l-attività tagħhom jew fi tmiemha, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jitolbu li fl-istess reġistru jiddaħħlu referenzi relatati mad-dokumenti u l-atti suġġetti għal reġistrazzjoni statutorja." ’ - L-informazzjoni rreġistrata fir-Reġistru tal-Kummerċ hija pprovduta u l-kopji tad-dokumenti relatati jinħarġu f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tal-Kummerċ, kif ippubblikat mill-ġdid, kif sussegwentement emendat u ssupplimentat:
- Ir-Reġistru tal-Kummerċ huwa disponibbli għall-pubbliku.
- L-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ irid jipprovdi, għall-ispejjeż tal-persuna li tressaq it-talba, informazzjoni, siltiet mir-reġistru u ċertifikati li jirrigwardaw l-entrati fir-Reġistru tal-Kummerċ u ċertifikati li jikkonfermaw jekk dokument jew att partikolari ġiex irreġistrat jew le, kopji u kopji ċċertifikati tal-entrati fir-reġistru u ta’ rekords mid-dokumenti ppreżentati, bi ħlas.
- Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu (2) jistgħu jintalbu u jinħarġu wkoll bil-posta.
- Id-dokumenti elenkati fil-paragrafu 2, f’format elettroniku, b’firma elettronika estiża inkluża, mehmuża jew marbuta, jistgħu jintalbu u jinħarġu b’mezzi elettroniċi permezz tal-portal tas-servizzi elettroniċi tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ. Jistgħu jintalbu wkoll permezz tal-Punt ta’ Kuntatt Uniku (PSC) elettroniku, f’konformità mal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 49/2009 dwar il-libertà tal-istabbiliment tal-fornituri tas-servizzi u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fir-Rumanija, approvat kif emendat u ssupplimentat bil-Liġi Nru 68/2010.
- It-tariffi mitluba għall-ħruġ ta’ kopji u/jew informazzjoni, irrispettivament mill-metodu tal-ħruġ, ma jistgħux jaqbżu l-ispejjeż amministrattivi mġarrba biex jinħarġu.
L-Artikolu 41
- Kopji elettroniċi tad-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 għandhom ikunu disponibbli wkoll għall-pubbliku permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri tal-kummerċ, a spejjeż tal-applikant.
- It-tariffi mitluba biex jinħarġu kopji u/jew informazzjoni mir-Reġistru tal-Kummerċ permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri tal-kummerċ m’għandhomx jaqbżu l-ispejjeż amministrattivi relatati.
L-eżegwibilità tad-dokumenti u l-atti ta’ persuni suġġetti għall-obbligu li jiddaħħlu fir-Reġistru tal-Kummerċ hija stipulata fl-Artikolu 5 tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tal-Kummerċ, ippubblikata mill-ġdid, kif sussegwentement emendata u ssupplimentata:
- Ir-reġistrazzjoni u r-referenzi jistgħu jiġu eżegwiti kontra partijiet terzi minn dakinhar li jiddaħħlu fir-Reġistru tal-Kummerċ, jew jiġu ppubblikati fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, jew f'pubblikazzjoni oħra, kif stipulat mil-liġi.
- Persuni suġġetti għall-obbligu li jitolbu li tiddaħħal reġistrazzjoni ma jistgħux jippretendu l-eżegwibilità kontra partijiet terzi ta’ dokumenti jew atti mhux irreġistrati, sakemm ma jkunux jistgħu jippruvaw li dawk il-partijiet terzi kienu jafu b’dawk id-dokumenti u atti.
- L-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ għandu jippubblika fuq is-sit web tiegħu u fil-portal tas-servizzi elettroniċi u jippreżenta għall-pubblikazzjoni fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika informazzjoni aġġornata dwar il-liġi nazzjonali fir-rigward tal-pubblikazzjoni u l-eżegwibilità kontra terzi ta’ dokumenti, atti u referenzi ta’ persuni meħtieġa li jirreġistraw fir-reġistru kummerċjali.”
Barra minn hekk, kumpaniji suġġetti għal dawn id-dispożizzjonijiet speċjali li ġejjin f’dan ir-rigward, jiġifieri l-Artikoli 50 sa 53 tal-Liġi Nru 31/1990 dwar il-Kumpaniji, ippubblikata mill-ġdid kif sussegwentement emendata u ssupplimentata:
L-Artikolu 50
- Dokumenti jew atti li ma jkunux ġew ippubblikati kif stipulat mil-liġi ma jistgħux jiġu eżegwiti kontra terzi, sakemm il-kumpanija ma tippreżentax provi li dawk it-terzi kienu jafu bihom.
- Kull operazzjoni mwettqa minn kumpanija qabel is-16-il jum mill-pubblikazzjoni fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija tar-rapport tal-imħallef li jkun qed jippresjedi (bħalissa, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mid-Direttur tal-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ/minn persuna maħtura mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ, f'konformità mal-Ordni ta' Emerġenza tal-Gvern Nru 116/2009, kif emendata) ma tistax tiġi eżegwita kontra partijiet terzi, jekk dawk il-partijiet terzi jistgħu juru li kien impossibbli li jkunu jafu b'dawk l-operazzjonijiet.
L-Artikolu 51
Madankollu, partijiet terzi jistgħu jinvokaw dokumenti jew atti li ma jkunux ġew ippubblikati, sakemm il-fatt li ma jkunux ġew ippubblikati ma jkunx qed iħassar l-effett tagħhom.
L-Artikolu 52
(1) Fil-każ ta’ inkonsistenza bejn it-test ippreżentat lill-uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ u t-test ippubblikat fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, jew fil-gazzetti, il-kumpanija ma tistax teżegwixxi t-test ippubblikat kontra terzi. Partijiet terzi jistgħu jeżegwixxu t-test ippubblikat kontra l-kumpanija, sakemm il-kumpanija ma turix li l-partijiet terzi kienu jafu bit-test ippreżentat lill-uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ.
L-Artikolu 12(1) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tan-Negozju, kif ippubblikata mill-ġdid, kif sussegwentement emendata u ssupplimentata, tistipula li:
- Ir-Reġistru tal-Kummerċ għandu jikkonsisti minn reġistru għar-reġistrazzjoni tal-persuni ġuridiċi li jkunu kumpaniji, kumpaniji nazzjonali jew intrapriżi nazzjonali, korporazzjonijiet pubbliċi, gruppi b’interess ekonomiku, organizzazzjonijiet kooperattivi, kumpaniji Ewropej, gruppi Ewropej b’interess ekonomiku, jew persuni ġuridiċi oħrajn kif stipulat espressament mil-liġi bl-uffiċċju prinċipali jew sekondarju fir-Rumanija, reġistru għar-reġistrazzjoni tal-persuni ġuridiċi li huma kumpaniji kooperattivi jew kumpaniji kooperattivi Ewropej bl-uffiċċju prinċipali jew sekondarju fir-Rumanija u reġistru għar-reġistrazzjoni ta’ kummerċjanti waħdiena, impriżi individwali u negozji tal-familja b’uffiċċju professjonali jew sekondarju fir-Rumanija. Dawn ir-reġistri għandhom jinżammu f’sistema kompjuterizzata.
- L-Artikolu 6(1) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tal-Kummerċ, kif ippubblikata mill-ġdid, kif sussegwentement emendata u ssupplimentata, flimkien mal-Artikolu 1 tal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 116/2009 dwar l-istabbiliment ta’ ċerti miżuri għat-twettiq ta’ operazzjonijiet tar-Reġistru tal-Kummerċ, kif approvata, kif emendata u ssupplimentata bil-Liġi Nru 84/2010, kif sussegwentement emendata u ssupplimentata, jgħid li "r-rekords jiddaħħlu fir-Reġistru tal-Kummerċ fuq id-deċiżjoni tad-Direttur tal-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ/tal-persuna maħtura mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ jew, meta applikabbli, sentenza finali tal-qorti, ħlief fejn il-liġi tistipula mod ieħor”.
- L-Artikolu 26(1) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tal-Kummerċ, kif ippubblikata mill-ġdid, kif sussegwentement emendata u ssupplimentata, jistipula li “d-data tar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Kummerċ għandha tkun id-data effettiva tad-dħul fir-Reġistru.”
- L-Artikolu 26(1) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tal-Kummerċ, kif ippubblikata mill-ġdid, kif sussegwentement emendata u ssupplimentata, jgħid li “r-rekords fir-Reġistru tal-Kummerċ għandhom jiddaħħlu fi żmien 24 siegħa mid-data tad-deċiżjoni maħruġa mid-Direttur tal-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ/minn persuna maħtura mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ, u f’każ ta’ reġistrazzjoni ta’ professjonist fi żmien 24 siegħa mid-data tad-deċiżjoni li tawtorizza r-reġistrazzjoni”.
- Skont l-Artikolu 51(2) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tal-Kummerċ, kif ippubblikata mill-ġdid, kif sussegwentement emendata u ssupplimentata, “ir-rekords fir-Reġistru tal-Kummerċ għandhom jiddaħħlu elettronikament, kemm fl-uffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ marbutin mat-tribunali kif ukoll fir-reġistru diġitali ċentrali.
Diskrepanzi bejn l-entrata f’reġistru u l-pubblikazzjoni tagħha
L-entrati fir-Reġistru tal-Kummerċ jiżguraw l-eżegwibilità ta’ dokumenti kontra terzi, ħlief fejn il-liġi tipprevedi l-kundizzjoni kumulattiva tal-pubblikazzjoni tagħhom fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija u f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, meta jkun applikabbli.
Persuni suġġetti għall-obbligu li jitolbu li tiddaħħal reġistrazzjoni ma jistgħux jippretendu l-eżegwibilità kontra partijiet terzi ta’ dokumenti jew atti mhux irreġistrati, sakemm ma jkunux jistgħu jippruvaw li dawk il-partijiet terzi kienu jafu b’dawk id-dokumenti u atti.
B’hekk, wara l-ipproċessar tal-entrati fir-Reġistru tal-Kummerċ, l-ORCT jibgħat id-dokumenti meħtieġa mil-liġi, ex officio, għall-pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-ONRC u/jew fuq il-portal tas-servizzi elettroniċi tiegħu jew, meta jkun applikabbli, fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, il-Parti IV jew VII, u f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont il-każ, a spejjeż tal-applikant.
Dokumenti jew atti li ma jkunux ġew ippubblikati kif stipulat mil-liġi ma jistgħux jiġu eżegwiti kontra terzi, sakemm il-kumpanija ma tippreżentax provi li dawk it-terzi kienu jafu bihom.
Kull operazzjoni mwettqa minn kumpanija qabel is-16-il jum mill-pubblikazzjoni fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija tar-rapport tal-imħallef li jkun qed jippresjedi (bħalissa, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mid-Direttur tal-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ/minn persuna maħtura mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ, f'konformità mal-Ordni ta' Emerġenza tal-Gvern Nru 116/2009, kif emendata) ma tistax tiġi eżegwita kontra partijiet terzi, jekk dawk il-partijiet terzi jistgħu juru li kien impossibbli li jkunu jafu b'dawk l-operazzjonijiet.
Madankollu, partijiet terzi jistgħu jinvokaw dokumenti jew atti li ma jkunux ġew ippubblikati, sakemm il-fatt li ma jkunux ġew ippubblikati ma jkunx iħassar l-effett tagħhom.
F’każ ta' inkonsistenza bejn it-test ippreżentat lill-uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ u t-test ippubblikat fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, jew fil-gazzetti, il-kumpanija ma tkunx tista' teżegwixxi t-test ippubblikat kontra partijiet terzi. Partijiet terzi jistgħu jeżegwixxu t-test ippubblikat kontra l-kumpanija, sakemm il-kumpanija ma turix li l-partijiet terzi kienu jafu bit-test ippreżentat lill-uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ.
Min hu responsabbli għall-akkuratezza tar-rekords?
Id-dokumenti u l-atti meħtieġa mil-liġi jiġu elenkati fir-Reġistru tal-Kummerċ, meta jkun applikabbli, fuq talba ta’ persuni fiżiċi u/jew ġuridiċi suġġetti għall-obbligu ta’ reġistrazzjoni, ta’ kwalunkwe parti interessata oħra jew fuq inizjattiva proprja.
Il-professjonist għandu l-obbligu li japplika biex jiddaħħlu entrati fir-Reġistru tal-Kummerċ skont l-Artikolu 21 tal-Liġi Nru 26/1990 sa mhux aktar minn 15-il jum mid-data tad-dokumenti u l-atti suġġetti għall-obbligu ta’ reġistrazzjoni. L-entrati jiddaħħlu fir-reġistru wkoll fuq talba ta’ partijiet interessati sa mhux aktar minn 30 jum mid-data meta jkunu saru jafu bid-dokument jew bl-att suġġett għar-reġistrazzjoni.
L-applikant, kif iddefinit mil-Liġi Nru 359/2004, kif sussegwentement emendata u ssupplimentata, jinżamm responsabbli għal-legalità, l-awtentiċità u l-akkuratezza tad-data fl-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni u fid-dokumenti ppreżentati b’appoġġ għalihom.
L-Artikolu 6(1) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-Reġistru tal-Kummerċ, kif ippubblikata mill-ġdid, kif sussegwentement emendata u ssupplimentata, flimkien mal-Artikolu 1 tal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 116/2009 dwar l-introduzzjoni ta’ ċerti miżuri relatati mad-dħul ta’ rekords fir-Reġistru tal-Kummerċ, approvata b’emendi u supplimenti mil-Liġi Nru 84/2010 jgħid li "ir-rekords għandhom jiddaħħlu fir-Reġistru tal-Kummerċ abbażi tad-deċiżjoni tad-Direttur tal-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ/tal-persuna maħtura mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ jew, meta jkun applikabbli, sentenza finali tal-qorti, ħlief meta l-liġi tistipula mod ieħor.
Ir-rekords jiddaħħlu fir-Reġistru tal-Kummerċ, meta jkun applikabbli:
- fi żmien 24 siegħa mill-għoti tal-konklużjoni mill-imħallef delegat/mir-riżoluzzjoni tad-Direttur/tal-persuna maħtura tal-ORCT jew mid-data meta s-sentenza tal-qorti dwar ir-reġistrazzjoni tkun ġiet innotifikata;
- fi żmien 24 siegħa mill-għoti tar-riżoluzzjoni mid-Direttur/mill-persuna maħtura tal-ORCT jew mid-data meta s-sentenza tal-qorti dwar id-dħul tar-rekords tkun ġiet innotifikata;
- fi żmien 15-il jum mid-data li fiha tasal il-kopja ċċertifikata tas-sentenza finali tal-qorti dwar id-dokumenti u l-atti msemmija fl-Artikolu 21(e) sa (g) tal-Liġi Nru 26/1990 dwar ir-reġistru tal-kummerċ, kif ippubblikata mill-ġdid, kif sussegwentement emendata u ssupplimentata, sakemm il-liġi ma tipprevedix mod ieħor.
Ir-riżoluzzjonijiet tad-Direttur/tal-persuna maħtura tal-ORCT dwar kwalunkwe entrata fir-Reġistru tal-Kummerċ huma legalment eżegwibbli u suġġetti biss għal oppożizzjoni. Il-preżentazzjoni tal-oppożizzjoni ma tissospendix l-eżekuzzjoni tar-riżoluzzjoni. Il-proċedimenti li permezz tagħhom tittieħed deċiżjoni biex jiddaħħlu rekords fir-Reġistru tal-Kummerċ jitwettqu mill-persunal tal-ORCT.
Proċeduri għall-protezzjoni tad-data
Il-proċeduri relatati mad-drittijiet tas-suġġett tad-data rigward il-pubblikazzjoni u l-ħżin tad-data personali tiegħu
Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, kif previst fl-atti leġiżlattivi li jirregolaw l-attività tar-reġistru tal-kummerċ, l-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ u l-uffiċċji tar-Reġistru tal-Kummerċ annessi mat-tribunali/l-uffiċċji territorjali jiġbru u jipproċessaw data u informazzjoni, inkluża data personali, li huma koperti
mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data).
Bħala kontrollur tad-data personali, l-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ stabbilixxa miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati bl-għan li jiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet legali kollha dwar il-protezzjoni u l-ipproċessar tad-data personali.
Id-data personali ta’ persuna fiżika tinġabar għal skopijiet definiti, espliċiti u leġittimi u ma tiġix sussegwentement ipproċessata b’mod li jkun inkompatibbli ma’ dawn l-għanijiet (il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop).
Id-data personali pprovduta mill-applikanti meta jimlew/jippreżentaw l-applikazzjonijiet u meta jissottomettu l-atti/id-dokumenti ta’ appoġġ tiġi pproċessata bl-għan li jitwettqu l-obbligi/il-kompiti/il-funzjonijiet speċifiċi ewlenin tar-Reġistru tal-Kummerċ.
L-informazzjoni rreġistrata fir-Reġistru tal-Kummerċ diġitali ċentrali/fis-sistema ta’ informazzjoni integrata tinħażen għal perjodu mhux limitat. L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni (formoli) fir-Reġistru tal-Kummerċ, li jiġu ppreżentati għall-fini tar-reġistrazzjoni tal-professjonist, tad-dħul ta’ rekords fir-reġistru dwar id-dokumenti u l-atti tal-professjonisti, kif ukoll id-dokumenti ppreżentati b’appoġġ għalihom jiġu arkivjati fil-fajl (stampat u elettroniku) tal-professjonist.
Il-pubblikazzjoni ta’ dokumenti maħruġa b’riżultat tad-dħul ta’ rekords fir-reġistru tal-kummerċ/imħejjija mill-persunal tal-helpdesk tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u tali data tkun limitata għall-kunjom u l-isem, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u l-pajjiż ta’ residenza tal-persuni kkonċernati, sakemm il-liġi ma tipprevedix mod ieħor.
Għalhekk, sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet legali dwar il-protezzjoni tal-persuni rigward l-ipproċessar ta’ data personali u l-moviment liberu ta’ tali data, fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-persuni fiżiċi li jkollhom kapaċitajiet/pożizzjonijiet fi ħdan professjoni elenkata fir-reġistru tal-kummerċ, id-dokumenti maħruġa lill-applikanti, inklużi kopji/kopji ċċertifikati, ikun fihom biss il-kunjom u l-isem, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u l-pajjiż ta’ residenza ta’ dawk il-persuni. Fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ data personali oħra, minbarra dik elenkata hawn fuq, dik id-data tista’ tinħareġ biss jekk l-applikant ikun is-suġġett tad-data (il-persuna li d-data personali tagħha tiġi pproċessata) jew jekk l-applikant jiġġustifika interess leġittimu.
L-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ jiżgura li s-suġġetti tad-data jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 679/2016: id-dritt tal-informazzjoni u l-aċċess għal data personali u r-rettifika jew it-tħassir tagħha, id-dritt għar-restrizzjoni tal-ipproċessar, id-dritt għall-portabbiltà tad-data, id-dritt għal oġġezzjoni, id-dritt li ma jkunux suġġett għal deċiżjoni bbażata biss fuq l-ipproċessar awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta’ profili, id-dritt li jressqu lment lill-Awtorità Nazzjonali ta’ Sorveljanza tal-Ipproċessar tad-Data Personali [Autoritatea Națională de Supraveghere a Prelucrării Datelor cu Caracter Personal] (B-dul G-ral Gheorghe Magheru nru 28–30, settur 1, Bucharest).
Id-drittijiet imsemmija hawn fuq, suġġetti għar-rekwiżiti u l-eċċezzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 679/2016, jistgħu jiġu eżerċitati billi tintbagħat talba bil-miktub, debitament datata u ffirmata, bil-posta, fl-indirizz li ġej: Bucharest, Bd. Unirii, Nru 74, bl. J3b, tronson II+III, settur 3, kodiċi postali: 030837 jew bil-posta elettronika fuq: datepersonale@onrc.ro.
Skont l-Artikolu 37 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, inħatar uffiċjal tal-protezzjoni tad-data personali fi ħdan l-istituzzjoni, li d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu huma ppubblikati fis-sit web taħt Data personali.
Dettalji ta’ kuntatt
Id-dettalji ta’ kuntatt jinsabu hawnhekk.
Links relatati
Is-sit uffiċjali tar-Reġistru tal-Kummerċ tar-Rumanija
Il-Portal tas-servizzi elettroniċi tal-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ tar-Rumanija
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.