Sib informazzjoni għal kull reġjun
X’għandu x’joffri r-reġistru tal-katast Ċek?
Ir-Reġistru tal-katast Ċek fih kemm informazzjoni fattwali u kemm legali dwar il-proprjetà. Tista’ ssib mapep tal-katast u informazzjoni dwar is-sidien tal-proprjetà fir-reġistru.
Ir-reġistru huwa proprjetà u huwa miżmum mill-Uffiċċju Ċek għas-Surveying, Tfassil ta’ Mapep u tal-Katast, li huwa istituzzjoni nazzjonali indipendenti.
L-aċċess għar-reġistru tal-katast Ċek huwa mingħajr ħlas?
L-ibbrawżjar u t-tiftix tal-mapep u l-informazzjoni bażika dwar il-propjetà fuq l-internet, inklużi l-ismijiet u l-indirizzi tal-proprjetarji, huwa bla ħlas.
Għal lista uffiċjali, jew f'verżjoni elettronika b'aċċess mill-bogħod jew fuq karta, li jkun fiha l-informazzjoni kollha dwar ir-relazzjonijiet ġuridiċi li jikkonċernaw il-proprjetà jitħallas dritt; id-drittijiet ta' ħlas ivarjaw skont il-kamp ta' applikazzjoni tal-elenkar, imma normalment ikun ta' CZK 100.
Tiftix fir-reġistru tal-katast Ċek
Ir-reġistru tal-katast Ċek jipprovdilek sistema tat-tiftix avvanzata għal tiftix bl-internet.
L-istorja tar-reġistru tal-katast Ċek
Is-sistema ta’ informazzjoni elettronika ilha tintuża mill-2001.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.