Reġistri tal-artijiet fil-pajjiżi tal-UE

Finlandja

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet Finlandiż.

Il-kontenut ipprovdut minn
Finlandja

X'għandu x'joffri r-reġistru tal-artijiet?

Ir-Reġistru tal-Artijiet Finlandiż huwa l-proprjetà ta’ u jinżamm aġġornat mill-Istħarriġ Nazzjonali tal-Artijiet.

Ir-reġistru jiffoka kemm fuq iċ-ċirkustanzi legali tal-proprjetà, bħas-sistema legali, kif ukoll fuq iċ-ċirkustanzi fattwali, bħal isem sid il-proprjetà. Is-Sistema Nazzjonali tal-Informzzjoni dwar l-Artijiet tinkludi l-informazzjoni kollha li tiddaħħal fir-reġistru katastali u fir-reġistru tal-artijiet Finlandiżi, b’dan tal-aħħar jirreġistra l-jeddijiet għall-proprjetà, l-ipoteki u djun oħrajn.

Id-dejta tal-mapep katastali tiġi pprovduta mill-Istħarriġ Nazzjonali tal-Artijiet tal-Finlandja, u 86 muniċipalità jżommu aġġornati r-reġistri tal-mapep katastali għaż-żoni koperti mill-pjanijiet urbani tagħhom. L-aġġornament tar-reġistru tal-artijiet se jkun ir-responsabbiltà tal-qrati distrettwali sal-31 ta’ Diċembru 2009, filwaqt li mill-1 ta’ Jannar 2010 se jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istħarriġ Nazzjonali tal-Artijiet tal-Finlandja. Is-sistema tintuża minn dawk kollha li jeħtieġu dejta katastali aġġornata fuq bażi regolari, bħall-banek, diversi awtoritajiet, l-aġenziji immobbiljari u n-nutara.

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet huwa mingħajr ħlas?

Le, trid tħallas biex ikollok aċċess.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru tal-artijiet Finlandiż

It-tiftix disponibbli

Tiftixa skont il-mappa, skont l-identifikatur tal-unità tar-reġistru jew skont l-identifikatur tal-isem, tal-indirizz, tal-unità amministrattiva (muniċipali, subborg/raħal) u tal-intrapriża.

Informazzjoni disponibbli

Tista’ ssib informazzjoni dwar:

  • Sjieda
  • Jedd għall-proprjetà
  • Ipoteki u djun,
  • Kiri
  • Servitujiet
  • Informazzjoni dwar l-Istħarriġ tal-artijiet.

Dejta attribwita tal-unità tar-reġistru, is-sid irreġistrat u l-indirizz tas-sid, u r-restrizzjonijiet possibbli għad-dritt għall-proprjetà kif ukoll is-sidien tat-trasferimenti ta’ partijiet irreġistrati; l-ipoteki, is-servitujiet u d-djun fuq unità rreġistrata, kiri rreġistrat.

Prodotti disponibbli

  • Silta mill-katast
  • Ċertifikat tal-jedd għall-proprjetà
  • Ċertifikat ta’ ipoteki u ta’ djun
  • Ċertifikat tal-proprjetà mogħtija b’kiri
  • Silta mit-trasferiment ta’ parti u kopji stampati differenti tal-mapep.

Tingħata informazzjoni dwar kif l-utenti jistgħu jfittxu fir-reġistru (eż. l-indirizz tal-proprjetà).

L-istorja tar-reġistru tal-artijiet Finlandiż

Ir-reġistru ilu jinżamm aġġornat sa mill-1700.

Links relatati

Stħarriġ Nazzjonali tal-Artijiet tal-Finlandja, Sit elettroniku tal-EULIS

L-aħħar aġġornament: 05/11/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.