Reġistri tal-artijiet fil-pajjiżi tal-UE

Irlanda

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni qasira tar-reġistru tal-artijiet tal-Irlanda.

Il-kontenut ipprovdut minn
Irlanda

X’għandu x’joffri r-reġistru tal-artijiet Irlandiż?

Ir-Reġistru tal-Artijiet Irlandiż jigi operat u aġġornat mill-Awtorita' tar-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà tal-Irlanda, il-korp statutorju responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-artijiet fl-Irlanda.

Tista’ ssib dettalji kemm legali u fattwali fir-reġistru tal-artijiet Irlandiż.

Kull titolu ta’ reġistrazzjoni huwa maqsum fi tliet partijiet.

  1. Parti 1 tiddeskrivil il-lok ġeografiku tal-proprjetà, b’referenza għall-mappa diġitali u t-tip ta’ titolu. (liberu jew b’kera).
  2. Parti 2 fiha l-ismijiet u l-indirizzi tal-proprjetarji reġistrati u n-natura tat-titolu legali.
  3. Parti 3 tipprovdi l-piżijiet legali (ipoteki, drittijiet ta’ passaġġ, eċċ.) li jaffettwaw il-proprjetà.

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet Irlandiż huwa mingħajr ħlas?

Ir-reġistru tal-artijiet Irlandiż huwa reġistru ‘miftuħ’. Għalhekk m’hemm l-ebda restrizzjoni fl-użu tas-servizz u l-Awtorità tar-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà (PRA) ma timponi l-ebda ħlasijiet għal tariffi ta’ abbonament.

Madankollu jintalab ħlas għall-użu attwali tas-servizz – bir-rati stabbiliti fl-ordni tad-drittijiet statutorji kurrenti. Id-drittijiet jistgħu jitħallsu jew b’mod elettroniku jew manwali.

Is-servizz ta’ abbonament għar-Reġistru tal-Artijiet Irlandiż jirrikjedi:

  • Kont imħallas minn qabel u miżmum bi kreditu
  • L-assenjazzjoni ta’ ID u password tal-utent
  • Konfigurazzjoni tal-aċċess ta’ sigurtà adattat.

Bħalissa, tista’ tabbona mar-Reġistru tal-Artijiet Irlandiż direttament mill-Awtorità tar-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà, jew permezz ta’ għadd ta’ fornituri li jipprovdu servizz intermedjarju għas-settur privat.

Bħalissa hemm iktar minn 14,000 abbonati mar- Reġistru tal-Artijiet Irlandiż, u iktar minn tliet miljun transazzjoni fis-sena jitwettqu permezz tas-servizz onlajn.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru tal-artijiet Irlandiż

Tista’ tfittex fir-reġistru tal-artijiet Irlandiż b’ħafna modi differenti, li jinkludu:

  • Numru tat-titolu uffiċjali
  • Indirizz postali tal-proprjetà
  • Billi tinnaviga fuq il-mappa onlajn
  • Billi tagħżel erja tal-mappa
  • Billi ddaħħal il-koordinati tal-mappa

L-istorja tar-reġistru tal-artijiet Irlandiż

Is-sistema preżenti tar-reġistrazzjoni tal-artijiet li qed topera fl-Irlanda ġiet imwaqqfa fl-1892. Is-sistema, li hija bbażata fuq reġistru ‘miftuħ’ sostnut b’garanzija tal-Istat, tfasslet biex gradwalment tissostitwixxi sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ atti li kienet ilha tintuża mill-1707.

Links relatati

Servizz ta' Informazzjoni dwar l-Artijiet tal-Ewropa, Portal għas-siti elettroniċi tal-Gvern Irlandiż, Awtorità tar-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà tal-Irlanda, Servizzi onlajn mir-reġistru tal-artijiet Irlandiż

L-aħħar aġġornament: 18/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.