Sib informazzjoni għal kull reġjun
X’għandu x’joffri r-reġistru tal-artijiet Litwan?
Tista’ ssib proprjetà immobbli – inkluż art, bini u fondi separati – fir-reġistru ta' proprjeta' immobbli tal-Litwanja (Lietuvos nekilnojamojo turto registras). Hija disponibbli kemm dejta fattwali kif ukoll legali.
Id-dejta fattwali dwar il-proprjetà tikkonsisti fit-tip ta’ informazzjoni li ġejjin:
- L-erja
- L-għoli
- Il-volum
- Is-sena ta’ kostruzzjoni
- L-isem tas-sid
Id-dejta legali dwar il-proprjetà tinkludi:
- Ftehim ta’ proprjetà konġunta
- Deċiżjonijiet tal-qorti
- Servitù
- Ipoteki
Ir-reġistru huwa miżmum mill-intrapriża tal-istat ċentru tar-reġistri (Registrų centras) u huwa superviżjonat mill-Ministeru tal-Ġustizzja.
Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-siti elettroniċi tal-Amministratur tar-reġistru tal-proprjeta' immobbli tal-Litwanja (Nekilnojamojo turto registro tvarkytojas) u r-reġistru tal-proprjeta' immobbli (Nekilnojamojo turto registras).
L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet tal-Litwanja huwa mingħajr ħlas?
Id-dejta dwar ir-reġistru tal-proprjetà immobbli hija disponibbli bi ħlas biss.
Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru tal-artijiet tal-Litwanja
Tista’ tfittex fir-reġistru skont il-kriterji li ġejjin:
- L-indirizz tal-proprjetà
- In-numru uniku tal-proprjetà
- Il-kodiċi ta’ persuna legali (sid)
- Il-kodiċi personali ta’ persuna naturali (sid). It-tiftix skont il-kodiċi personali ta’ persuna naturali (sid) huwa ristrett.
L-istorja tar-reġistru tal-artijiet tal-Litwanja
Ir-reġistru fih innifsu ġie stabbilit fl-1998, filwaqt li d-dejta mill-1958 hija miġbura fir-reġistru.
Links relatati
Intrapriża tal-istat Ċentru tar-reġistri (valstybės įmonė Registrų centras)
Informazzjoni dwar l-Artijiet Ewropea (Europos žemės informacijos tarnyba)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.