X’joffri r-reġistru tal-artijiet Żvediż?
Ir-reġistru tal-artijiet, li jikkonsisti f’diversi partijiet differenti, huwa reġistru nazzjonali użat għal diversi skopijiet. Jipprovdi informazzjoni dwar:
- proprjetà immobbli u unitajiet ta’ proprjetà konġunta
- diviżjonijiet amministrattivi
- indirizzi tal-post
- erja ġeometrika tal-proprjetajiet – mapep katastali
- sjieda
- piżijiet u reġistrazzjonijiet
- ipoteki
- servitujiet u użufrutt
- regoli tal-pjanti u l-użu tal-art
- monumenti antiki
- miżuri ta’ tqassim tal-art eċċ.
- drittijiet ta’ emfitewżi
- kronoloġija
- bini
- informazzjoni dwar it-taxxa fuq il-proprjetà
- eċċ.
Ir-reġistru tal-artijiet huwa ġestit minn Lantmäteriet (l-Istħarriġ Żvediż dwar l-Artijiet)
L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet huwa mingħajr ħlas?
L-informazzjoni mogħtija waqt żjarat personali jew permezz tat-telefon tingħata bla ħlas. L-informazzjoni tista’ wkoll tintalab skont il-prinċipju tal-aċċess għad-dokumenti pubbliċi. Hemm tariffa għall-aċċess elettroniku għar-reġistru, minbarra s-servizz Min fastighet (Il-proprjetà tiegħi), li huwa bla ħlas.
Kif tagħmel tiftix fir-reġistru tal-artijiet
Għadd ta’ servizzi ta’ tiftix elettroniku huma disponibbli direttament permezz tas-sit web tal-Istħarriġ dwar l-Artijiet jew permezz tal-Lantmäteriets återförsäljare (l-aġenti tal-Istħarriġ dwar l-Artijiet - elenkati fuq is-sit web tiegħu). Il-biċċa l-kbira tas-servizzi jeħtieġu abbonament minn qabel. L-aċċess isir permezz ta’ servizzi online u diretti jew permezz tal-għażla u l-ipproċessar. Is-sit web tal-Istħarriġ dwar l-Artijiet joffri wkoll is-servizz
- Il-proprjetà tiegħi: fiha informazzjoni dettaljata. Is-servizz huwa disponibbli biss għas-sid tal-proprjetà.
L-istorja tar-reġistru tal-artijiet Żvediż
L-istabbiliment tar-reġistru elettroniku beda fis-snin 1970, u l-ħażna sħiħa tal-informazzjoni tlestiet fl-1995. L-ambjent tekniku u, sa ċertu punt, il-kontenut tar-reġistru tal-artijiet evolvew gradwalment, kif ukoll il-mezzi ta’ aċċess għalih. Hemm pjanijiet biex tiġi introdotta pjattafoma teknika ġdida fjamanta għar-reġistru tal-artijiet. Din il-ħidma bdiet u se tkompli fis-snin li ġejjin.
Links
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.