Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Isvediż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Reġistri tal-artijiet fil-pajjiżi tal-UE

Svezja

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli tal-Iżvezja, li r-reġistru tal-artijiet huwa wieħed minn ħames taqsimiet integrati tiegħu.

Il-kontenut ipprovdut minn
Svezja
Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

X'joffri r-reġistru tal-artijiet Svediż?

Ir-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli, li r-reġistru tal-artijiet huwa parti minnu, huwa reġistru nazzjonali b'diversi użi li jipprovdi informazzjoni dwar:

  • Proprjetà immobbli u unitajiet b'koproprjetà
  • Diviżjonijiet amministrattivi
  • Indirizzi tal-postijiet
  • Erja ġeometrika tal-proprjetajiet/mapep katastali
  • Sjieda
  • Ipoteki u ftehimiet ta' ipoteki
  • Servitujiet u użufrutti
  • Regoli tal-pjanti u l-użu tal-art
  • Monumenti antiki
  • Kejl tal-meded tal-art u simili
  • Drittijiet fuq proprjetà mogħtija b'kiri
  • Storja
  • Binjiet
  • Informazzjoni dwar it-taxxa fuq il-proprjetà

Ir-reġisrtu tal-artijiet huwa mmaniġġjat mill-Awtorità Svediża tal-immappjar, il-katast u r-reġistrazzjoni tal-artijiet (Lantmäteriet).

L-aċċess għar-reġistru Svediż tal-artijiet huwa b'xejn?

L-informazzjoni mogħtija waqt żjarat personali jew permezz tat-telefon tingħata bla ħlas. L-informazzjoni tista' wkoll tintalab skont il-prinċipju tal-aċċess għad-dokumenti pubbliċi. Tapplika tariffa għall-aċċess elettroniku għar-reġistru, ħlief għas-servizz Min fastighet (il-proprjetà tiegħi) li jingħata bla ħlas.

Kif tfittex fir-reġistru tal-artijiet Svediż

Għadd ta’ servizzi ta’ tiftix elettroniku huma direttament disponibbli mill-websajt tal-Awtorità jew mill-aġenti tal-Awtorità (li jinsabu elenkati fil-websajt tal-Awtorità). Ħafna mis-servizzi jirrikjedu abbonament. L-aċċess huwa permezz tas-servizzi onlajn jew mis-selezzjoni u l-ipproċessar. Il-websajt tal-Awtorità toffri is-servizz wkoll

  • Min fastighet (il-proprjetà tiegħi), li fiha informazzjoni dettaljata li hija disponbbli biss għas-sid tal-proprjetà.

Huwa possibbli wkoll li jinkiseb aċċess għal informazzjoni minn pajjiżi oħrajn permezz tal-EULIS, is-Servizz Ewropew tal-Informazzjoni dwar l-Artijiet.

L-istorja tar-reġistru tal-artijiet Svediż

Il-ħolqien tar-reġistru elettroniku beda fl-1970. Il-ħżin tal-informazzjoni tlesta fl-1995. L-ambjent tekniku u l-mezzi tal-aċċess tar-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli ġew żviluppati gradwalment. Hemm pjanijiet biex tiġi introdotta pjattafoma teknika ġdida fjamanta għar-reġistru tal-artijiet. Il-xogħol f'dan is-sens beda u ser ikompli matul is-snin li ġejjin.

Ħoloq utli

Is-Servizz Ewropew tal-Informazzjoni dwar l-Artijiet (Eulis)

L-aħħar aġġornament: 09/11/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.