Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Franċiżl-Olandiż diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Reġistri dwar il-fallimenti u l-insolvenza

Belġju

Din it-taqsima tipprovdi informazzjoni dwar ir-reġistri li jirrigwardaw każijiet ta’ insolvenza fil-Belġju.

Il-kontenut ipprovdut minn
Belġju

X’inhi s-sitwazzjoni fir-rigward tar-reġistri ta' insolvenza fil-Belġju?

Ma hemm ebda reġistru nazzjonali ċentrali ta' insolvenza fil-Belġju. Madankollu, hemm diversi awtoritajiet li jiġbru informazzjoni dwar in-negozji u l-individwi.

  • Fir-rigward tan-negozji u l-persuni fiżiċi li jwettqu attivitajiet ta’ negozju, il-bażi tad-data tal-kumpaniji Belġjani (Banque-Carrefour des Entreprises – BCE) hija reġistru li juri d-data ta’ identifikazzjoni kollha dwar in-negozji u l-persuni fiżiċi li jwettqu attivitajiet tan-negozju, kif ukoll is-sitwazzjoni legali tagħhom (b’mod partikolari l-falliment). L-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni legali tan-negozji attwalment mhijiex disponibbli għall-pubbliku. Madankollu, is-sentenzi ta’ falliment u ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja jiġu ppubblikati fil-Il-ħolqa tinfetaħ f’tieqa ġdida.Gazzetta Uffiċjali Belġjana, li hija disponibbli online.
  • Fir-rigward tal-individwi, il-Belġju għandu bażi ta’ data li tiċċentralizza ċerta informazzjoni dwar persuni b’dejn eċċessiv li jkunu għażlu li jibdew proċeduri ta’ saldu tad-dejn kollettiv. Din il-bażi tad-data hija stabbilita fil-Bank Nazzjonali tal-Belġju iżda mhijiex pubblika.

Il-konsultazzjoni tar-reġistri ta' insolvenza fil-Belġju hija servizz bil-ħlas?

Le, ma hemm ebda ħlas biex taċċessa l-bażi tad-data tal-Gazzetta Uffiċjali Belġjana.

Kif tfittex f’reġistru ta' insolvenza fil-Belġju

Tista’ tfittex sentenzi ta’ falliment jew ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja fil-Gazzetta Uffiċjali Belġjana.

Perjodu kopert mir-reġistri ta' insolvenza fil-Belġju

Fil-Gazzetta Uffiċjali Belġjana, huma disponibbli referenzi għan-negozji mill-1 ta’ Jannar 1983, b’ħolqa għall-pubblikazzjonijiet li jmorru lura wara l-1 ta’ Ġunju 1997.

Id-dokumenti ppubblikati mill-assoċjazzjonijiet wara l-1 ta’ Lulju 2003 huma disponibbli wkoll fil-Gazzetta Uffiċjali Belġjana.

Ħoloq relatati

Il-ħolqa tinfetaħ f’tieqa ġdida.Servizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja

L-aħħar aġġornament: 10/07/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.