Reġistri dwar il-fallimenti u l-insolvenza

Ċipru

Din it-taqsima tas-sit elettroniku tinkludi introduzzjoni qasira għar-Reġistru tal-Fallimenti u tal-Likwidazzjonijiet ta’ Ċipru (Μητρώο Πτωχευσάντων και Εκκαθαρίσεων Εταιρειών).

Il-kontenut ipprovdut minn
Ċipru

Is-Sezzjoni tal-Fallimenti (Κλάδος Πτωχεύσεων και Εκκαθαρίσεων) għandha r-responsabbiltà li tirċievi u tamministra l-assi ta’ persuni naturali u legali insolventi u tirrapporta lid-Dipartiment tar-Reġistratur tal-Kumpaniji u tar-Riċevitur Uffiċjali (Τμήμα Εφόρου Εταιρειών και Επίσημου Παραλήπτη) tal-Ministeru tal-Kummerċ, tal-Industrija u tat-Turiżmu (Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού). Din it-taqsima żżomm fajl tal-persuni naturali falluti. Jekk kumpanija tiġi stralċjata, dan jiġi rrapportat fir-Reġistru tal-Kummerċ. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-Dipartiment tar-Reġistratur tal-Kumpaniji u tar-Riċevitur Uffiċjali.

X’joffri r-reġistru ta’ insolvenza?

Mhux applikabbli.

L-aċċess għar-reġistru ta' insolvenza huwa mingħajr ħlas?

Mhux applikabbli.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru ta’ insolvenza

Mhux applikabbli.

L-istorja tar-reġistru tal-insolvenza

Ir-Reġisru ta’ Insolvenza jinkludi informazzjoni dwar l-insolvenzi mill-1931 sal-lum.

Links relatati

Dipartiment tar-Reġistratur tal-Kumpaniji u tar-Riċevitur Uffiċjali (Τμήμα Εφόρου Εταιρειών και Επίσημου Παραλήπτη)

Ministeru tal-Kummerċ, tal-Industrija u tat-Turiżmu (Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού)

L-aħħar aġġornament: 11/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.