Reġistri dwar il-fallimenti u l-insolvenza

Finlandja

Hemm żewġ reġistri pubbliċi ta’ insolvenza fil-Finlandja: ir-reġistru tal-fallimenti u tar-ristrutturazzjonijiet u r-reġistru tal-aġġustamenti tad-dejn. Wieħed jista’ jfittex f’dawn ir-reġistri mingħajr ħlas permezz tas-servizz ta’ informazzjoni pprovdut miċ-Ċentru tar-Reġistru Legali Finlandiż.

Il-kontenut ipprovdut minn
Finlandja

Ir-reġistru ta' insolvenza huwa servizz ta’ informazzjoni taċ-Ċentru tar-Reġistru Legali Finlandiż.

X’joffri r-reġistru ta' insolvenza Finlandiż?

Ir-reġistru jinkludi informazzjoni dwar insolvenzi miksuba mir-reġistru tal-fallimenti u tar-ristrutturazzjonijiet u mir-reġistru tal-aġġustamenti tad-dejn fuq djun imġarrba waqt l-attivitajiet kummerċjali ta’ individwu. Ir-reġistru jinkludi informazzjoni dwar rikorsi u deċiżjonijiet fir-rigward ta’ fallimenti u ristrutturazzjonijiet u, pereżempju, il-ħin u l-post tal-laqgħa tal-kredituri, l-iskadenza għas-sottomissjoni tat-talbiet u d-dettalji tar-riċevitur.

L-informazzjoni dwar l-aġġustament tad-dejn għal dejn imġarrab għal skopijiet personali għandha tintalab direttament miċ-Ċentru tar-Reġistru Legali, li jipprovdi l-informazzjoni mingħajr ħlas.

L-aċċess għar-reġistru ta' insolvenza Finlandiż huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għar-reġistru huwa mingħajr ħlas.

Kif tfittex fir-reġistru ta' insolvenza Finlandiż

Tista’ tfittex fir-reġistru ta' insolvenza billi tuża l-isem, in-numru tal-identità jew l-ID tan-negozju tad-debitur, fi żmien ċertu perjodu, u l-isem tar-riċevitur jew tal-likwidatur.

Meta tintalab informazzjoni miċ-Ċentru tar-Reġistru Legali dwar dejn imġarrab għal skopijiet personali, iridu jiġu pprovduti dawn li ġejjin:

  • L-isem tal-persuna li tkun qed tintalab id-data tagħha
  • In-numru tal-identità tal-persuna li tkun qed tintalab id-data tagħha
  • L-isem u n-numru tat-telefon ta’ min jagħmel it-talba u l-indirizz fejn għandha tintbagħat l-informazzjoni

Storja tar-reġistru ta' insolvenza Finlandiż

Ir-reġistri għandhom informazzjoni mill-1995 ’il quddiem.

Ħoloq relatati

Bil-Finlandiż

Reġistru ta’ insolvenza

Ċentru tar-Reġistru Legali (Oikeusrekisterikeskus): reġistri

Reġistru ta’ fallimenti u ristrutturazzjonijiet (konkurssi- ja yrityssaneerausrekisteri)

Reġistru ta’ aġġustamenti tad-dejn (velkajärjestelyrekisteri)

Ingliż

Ċentru tar-Reġistru Legali: Reġistri

Reġistru ta’ fallimenti u ristrutturazzjonijiet

Reġistru ta’ aġġustamenti tad-dejn

Bl-Iżvediż

Ċentru tar-Reġistru Legali (Rättsregistercentralen): reġistri

Reġistru ta’ fallimenti u ristrutturazzjonijiet (Konkurs- och företagssaneringsregistret)

Reġistru ta’ aġġustamenti tad-dejn (Skuldsaneringsregistret)

L-aħħar aġġornament: 10/07/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.