Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Reġistri dwar il-fallimenti u l-insolvenza

Irlanda

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni qasira tar-reġistru ta’ insolvenza tal-Irlanda.

Il-kontenut ipprovdut minn
Irlanda

X’għandu x’joffri r-reġistru ta’ insolvenza Irlandiż?

L-Irlanda m’għandiex reġistru ta’ insolvenza tal-kumpaniji separat. Informazzjoni dwar insolvenza tal-kumpaniji tinkiseb fir-rekords tal-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji.

Ir-Reġistru tal-Falliment Personali huwa reġistru manwali miżmum fl-Uffiċċju tal-Eżaminatur tal-High Court. Dan ikun fih id-dettalji tal-fallimenti ddikjarati mill-High Court tal-Irlanda.

Ir-Reġistru ta’ Insolvenzi Personali huwa wkoll reġistru manwali. Dan huwa soġġett għall-istrument statutorju I.S. Nru. 334 tal-2002 – Regolamenti tal-2002 tal-Komunitajiet Ewropej (Insolvenza Personali) u fih dettalji ta’ insolvenzi personali ddikjarati mill-qrati ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea (kif notifikati liċ-ċessjonarju uffiċjali tal-falliment).

L-aċċess għar-reġistru ta’ insolvenza Irlandiż huwa mingħajr ħlas?

Le. Irid jitħallas dritt għal kull tiftixa. Dettalji dwar id-drittijiet jinkisbu fis-sezzjoni tar-Regoli u Drittijiet tas-sit elettroniku tas-Servizz tal-Qrati. Il-miżata tapplika wkoll meta r-riżultat tat-tiftixa ma jagħti l-ebda riżultat – jiġifieri meta ma jkunx hemm notazzjoni li tkun taqbel mal-kriterji tat-tiftixa fir-reġistri.

Kif tfittex fir-reġistru ta’ insolvenza Irlandiż

Tiftix fir-Reġistru tal-Falliment Personali jista’ jsir biss billi tmur personalment fl-Examiners Office, 2nd Floor Phoenix House, Phoenix Street North, Smithfield, Dublin 7.

Storja tar-reġistru ta’insolvenza Irlandiż

Ir-Reġistru tal-Falliment Personali fih informazzjoni li tmur lura sal-1922.

L-aħħar aġġornament: 13/02/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.