Sib informazzjoni għal kull reġjun
Is-Servizz tal-Insolvenza tal-Irlanda (ISI) huwa korp statutorju indipendenti li ġie stabbilit fl-1 ta’ Marzu 2013. L-għan tagħhom huwa terġa’ tiġi stabbilita s-solvenza ta’ persuni insolventi.
L-ISI jwettaq il-mandat tiegħu permezz ta’ għadd ta’ Oqsma ta’ Ħidma. Dawn huma:-
- Ġestjoni ta’ Każijiet,
- Falliment,
- Regolamentazzjoni u Politika
- Affarijiet Legali,
- Affarijiet Korporattivi.
L-ISI jippubblika l-informazzjoni li ġejja lir-Reġistri tiegħu skont l-Att dwar l-Insolvenza Personali. (Innota li r-reġistri tal-ISI ma humiex aċċessibbli mill-browsers ta’ Internet Explorer/Edge. Nissuġġerixxu li tuża Chrome, Firefox jew Safari biex tara r-Reġistru.)
Iċ-Ċertifikati ta’ Protezzjoni
Meta jinħareġ ċertifikat ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 61 tal-Att dwar l-Insolvenza Personali tal-2012 (l-“Att”), is-Servizz tal-Insolvenza tal-Irlanda jrid jirreġistra, minbarra l-informazzjoni preskritta fl-Att dwar l-Insolvenza Personali tal-2012 (Informazzjoni Addizzjonali li għandha tkun inkluża fir-Reġistri), ir-Regolamenti tal-2012 (S.I. 356 tal-2013), l-informazzjoni li ġejja:
- l-isem u l-indirizz tad-debitur u d-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ protezzjoni;
- fejn applikabbli, l-estensjoni skont l-Artikolu 61 tal-Att taċ-ċertifikat ta’ protezzjoni;
- fejn applikabbli, il-ħruġ ta’ digriet mill-qorti skont l-Artikolu 63 tal-Att, u l-kreditur li fir-rigward tiegħu jkun inħareġ id-digriet; u
- id-data meta ma jibqax fis-seħħ iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni, skont il-Kapitolu 3 tal-Att.
- Ir-Reġistru taċ-Ċertifikati ta’ Protezzjoni
Ir-Reġistru tal-Avviżi ta’ Serħan mid-Dejn
Skont l-Artikolu 33(4) tal-Att dwar l-Insolvenza Personali tal-2012, l-ISI jrid jirreġistra fir-Reġistru tal-Avviżi ta’ Serħan mid-Dejn (DRNs):
- il-fatt li nħareġ Avviż ta’ Serħan mid-Dejn,
- id-data meta nħareġ l-Avviż ta’ Serħan mid-Dejn,
- l-isem u l-indirizz tad-debitur speċifikat ikkonċernat, u
- dettalji oħra li jistgħu jiġu preskritti skont l-Artikolu 133(3)(b).
- Ir-Reġistru tal-Avviżi ta’ Serħan mid-Dejn
Ir-Reġistru tal-Arranġamenti għas-Saldu tad-Dejn
Skont l-Artikolu 76(1) tal-Att dwar l-Insolvenza Personali tal-2012, l-ISI jrid jirreġistra fir-Reġistru tal-Arranġamenti għas-Saldu tad-Dejn (DSAs):
- id-dettalji b’riżultat tal-vot meħud fil-laqgħa tal-kredituri;
- il-fatt li nħareġ Arranġament għas-Saldu tad-Dejn,
- fejn applikabbli, meta jkun hemm xi varjazzjoni fl-Arranġament għas-Saldu tad-Dejn
- fejn applikabbli, fejn l-ISI jirċievi notifika ta’ inadempjenza fuq l-arranġament;
- it-twettiq b’suċċess tal-arranġament.
- Ir-Reġistru tal-Arranġamenti għas-Saldu tad-Dejn
Ir-Reġistru tal-Arranġamenti għall-Insolvenza Personali
Skont l-Artikolu 113(1) tal-Att dwar l-Insolvenza Personali tal-2012, l-ISI jrid jikkonforma billi jirreġistra fir-Reġistru tal-Arranġamenti għall-Insolvenza Personali (PIAs):
- il-fatt li nħareġ Arranġament għall-Insolvenza Personali;
- id-dettalji b’riżultat tal-vot meħud fil-laqgħa tal-kredituri;
- fejn applikabbli, meta jkun hemm xi varjazzjoni fl-Arranġament għall-Insolvenza Personali;
- fejn applikabbli, fejn l-ISI jirċievi notifika ta’ inadempjenza fuq l-arranġament;
- it-twettiq b’suċċess tal-arranġament.
- Ir-Reġistru tal-Arranġamenti għall-Insolvenza Personali
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.