Reġistri dwar il-fallimenti u l-insolvenza

Olanda

Din il-paġna tagħti introduzzjoni qasira għar-Reġistru Netherlandiż tal-Insolvenza

Il-kontenut ipprovdut minn
Olanda

X’informazzjoni fih ir-Reġistru Netherlandiż tal-Insolvenza?

Fin-Netherlands hemm ħames tipi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza:

  • Falliment
  • Moratorju (jew “sospensjoni ta’ ħlas”)
  • Serħan mid-dejn għal persuni fiżiċi
  • Proċedura pubblika ta’ saldu mhux ta’ falliment
  • Proċedura ristretta ta’ saldu mhux ta’ falliment

Il-qrati huma responsabbli biex jiddeċiedu dwar dawn it-tipi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza. Huma responsabbli wkoll għat-trażmissjoni (awtomatizzata) ta’ notifiki relatati ma’ dawn il-proċedimenti ta’ insolvenza lill-Kunsill għall-Ġudikatura (Raad voor de rechtspraak). Għal proċeduri ristretti ta’ saldu mhux ta’ falliment biss ma hemmx notifika, minħabba n-natura ristretta ta’ dawn il-proċeduri. Il-Kunsill għall-Ġudikaturi juża dawn in-notifiki għar-Reġistru Ċentrali tal-Insolvenza (CIR)

Is-CIR fih l-informazzjoni kollha min-notifiki tal-insolvenza ppubblikati, inklużi:

  • Dettalji personali
  • Ismijiet tal-kumpaniji
  • Numri tal-Kamra tal-Kummerċ (Kamer van Koophandel)
  • Dettalji ta’ kuraturi u amministraturi
  • In-notifiki preċedenti kollha

Barra minn hekk, għal sospensjonijiet ta’ ħlas u serħan mid-dejn, il-qrati jżommu din l-informazzjoni fir-reġistri tagħhom.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà tar-Reġistru Netherlandiż tal-Insolvenza

Ir-Reġistru Ċentrali tal-Insolvenza fih informazzjoni pprovduta mill-varji qrati dwar fallimenti, sospensjonijiet ta’ ħlas u kanċellazzjonijiet ta’ dejn relatati ma’ persuni fiżiċi (individwi privati), u proċeduri pubbliċi ta’ saldu mhux ta’ falliment.

L-aċċess għar-Reġistru Netherlandiż tal-Insolvenza huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas.

Ma hemmx restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-CIR online.

Servizz online huwa disponibbli għal utenti kummerċjali biex jinformahom aktar malajr dwar l-aħħar pubblikazzjonijiet mir-reġistru.

Kif jista’ jsir it-tiftix fir-Reġistru Netherlandiż Kummerċjali?

Tista’ tfittex persuni fiżiċi biss b’dawn li ġejjin:

  • Isem u data tat-twelid
  • Isem, kodiċi postali u numru tad-dar
  • Data tat-twelid, kodiċi postali u numru tad-dar

Tista’ tfittex persuni ġuridiċi/ismijiet tal-kumpaniji b’dawn li ġejjin:

  • Isem tal-persuna ġuridika/isem tal-kumpanija
  • Numru tal-Kamra tal-Kummerċ
  • Kodiċi postali u numru tad-dar/numru tal-kaxxa postali

Tista’ tfittex ukoll bid-data, qorti distrettwali, tip ta’ pubblikazzjoni, referenza ta’ pubblikazzjoni jew numru ta’ insolvenza.

Is-CIR fih ħarsa ġenerali separata ta’ proċeduri pubbliċi ta’ saldu mhux ta’ falliment.

L-istorja tar-Reġistru Netherlandiż tal-Insolvenza

Is-CIR daħal fis-seħħ uffiċjalment fl-1 ta’ Jannar 2005. Il-każijiet kollha li seħħew jew ġew innotifikati wara dik id-data jistgħu jiġu kkonsultati fis-CIR u jibqgħu aċċessibbli hemm sa 6 xhur wara l-għeluq tal-proċedimenti ta’ insolvenza.

Links relatati

Reġistru Ċentrali tal-Insolvenza fin-Netherlands

L-aħħar aġġornament: 24/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.