X'joffri r-reġistru tal-insolvenza tal-Irlanda ta' Fuq?
Fl-Irlanda ta' Fuq mhemmx reġistru tal-insolvenza partikolari. Is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq iżomm informazzjoni fuq persuni li ġew iddikjarati falluti f'dawn l-aħħar għaxar snin. Din l-informazzjoni tinsab fuq bażi tad-dejta onlajn, li tista' tintuża għat-tiftix mill-pubbliku bi ħlas ta' tariffa. Għal aktar informazzjoni dwar din il-faċilità ta' tiftix onlajn għall-fallimenti ara s-sit elettroniku Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq.
Is-servizz ta' insolvenza tad- Dipartiment tal-Intrapriżi, il-Kummerċ u l-Investimenti (Online DETI) jittratta kwistjonijiet ta' insolvenza.
L- għan u l-irwol tas-Servizz tal-Insolvenza huwa li:
- Jamministra u jinvestiga l-kwistjonijiet ta' fallimenti u kumpaniji bi stralċ obbligatorju
- Jistabbilixxi r-raġunijiet għall-insolvenza
- Jieħu ħsieb l-iskwalifika tad-diretturi fl-insolvenzi korporattivi kollha
- Jaffaċċja l-attività qarrieqa fil-ġestjoni tan-negozji insolventi
- Jirregola l-professjoni tal-insolvenza
- Iħaddem il-kont tal-insolvenza
- Jippromulga leġiżlazzjoni u politika dwar l-insolvenza speċifika għall-Irlanda ta' Fuq
Online DETI hija ta' u ġestita mid- Dipartiment tal-Intrapriżi, l-Kummerċ u l-Investiment.
L-aċċess għal Online DETI tal-Irlanda ta' Fuq huwa mingħajr ħlas?
Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas.
Kif tfittex fl-Online DETI tal-Irlanda ta' Fuq
Is-Servizz tal-Insolvenza attwalment iżomm aġġornati ir-reġistri li ġejjin: l-Arranġamenti Volontarji Individwali (IVAs) u l-Arranġamenti Volontarji Prijoritarji (FTVAs), Ordnijiet ta' Restrizzjonijiet fuq il-Fallimenti jew Ftehimiet(BROs / BRUs), Ordnijiet ta' Ħlas tad-Dejn (DRO's) u Ordnijiet ta' Restrizzjonijiet fuq Ħlas tad-Dejn jew Ftehimiet (DRROs / DRRUs).
Tista' tfittex għal individwu onlajn permezz tal- reġistri IVA, DRO, DRRO u DRRU .
Għal aktar informazzjoni dwar ir-Reġistri tal-Insolvenza fittex hawn.
Ħoloq relatati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.