Bankruptcy and insolvency registers

All EU member countries have insolvency and bankruptcy registers for which you can find information. These registers are in the process of being connected and becoming searchable from a central point.

The registers record, analyse and store insolvency information and make it available to the public, albeit in different forms, depending on the country:

  • countries with dedicated registers – publish information on all stages of the insolvency proceedings and the parties to the proceedings.
  • countries using other registers – the situation is more diverse. Some only publish the name and the status of a company, others include information on all stages of the proceedings.

Information on national registers

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

One-stop search

Use the link below to search – in any official EU language – national insolvency registers for:

  • information and documents on insolvency proceedings
  • documents relating to debtors

Search national registers

The information and documents you can find in these registers should be available for free.

Currently not all EU countries are available via this service. This should be rectified by mid-2019 which is the deadline set by the revised Insolvency Regulation to establish the EU-wide interconnection of national insolvency registers through the European e-Justice Portal. This future system of interconnection will contain in a harmonised way a predefined set of information ("mandatory information") on insolvency proceedings wherever they are opened in the EU.

Related links

Insolvency

Last update: 08/10/2020

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Reġistri tal-insolvenza - Belġju

Din it-taqsima tipprovdi informazzjoni dwar ir-reġistri li jirrigwardaw każijiet ta’ insolvenza fil-Belġju.

X’inhi s-sitwazzjoni fir-rigward tar-reġistri ta' insolvenza fil-Belġju?

Ma hemm ebda reġistru nazzjonali ċentrali ta' insolvenza fil-Belġju. Madankollu, hemm diversi awtoritajiet li jiġbru informazzjoni dwar in-negozji u l-individwi.

  • Fir-rigward tan-negozji u l-persuni fiżiċi li jwettqu attivitajiet ta’ negozju, il-bażi tad-data tal-kumpaniji Belġjani (Banque-Carrefour des Entreprises – BCE) hija reġistru li juri d-data ta’ identifikazzjoni kollha dwar in-negozji u l-persuni fiżiċi li jwettqu attivitajiet tan-negozju, kif ukoll is-sitwazzjoni legali tagħhom (b’mod partikolari l-falliment). L-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni legali tan-negozji attwalment mhijiex disponibbli għall-pubbliku. Madankollu, is-sentenzi ta’ falliment u ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja jiġu ppubblikati fil-Il-ħolqa tinfetaħ f’tieqa ġdida.Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGazzetta Uffiċjali Belġjana, li hija disponibbli online.
  • Fir-rigward tal-individwi, il-Belġju għandu bażi ta’ data li tiċċentralizza ċerta informazzjoni dwar persuni b’dejn eċċessiv li jkunu għażlu li jibdew proċeduri ta’ saldu tad-dejn kollettiv. Din il-bażi tad-data hija stabbilita fil-Bank Nazzjonali tal-Belġju iżda mhijiex pubblika.

Il-konsultazzjoni tar-reġistri ta' insolvenza fil-Belġju hija servizz bil-ħlas?

Le, ma hemm ebda ħlas biex taċċessa l-bażi tad-data tal-Gazzetta Uffiċjali Belġjana.

Kif tfittex f’reġistru ta' insolvenza fil-Belġju

Tista’ tfittex sentenzi ta’ falliment jew ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja fil-Gazzetta Uffiċjali Belġjana.

Perjodu kopert mir-reġistri ta' insolvenza fil-Belġju

Fil-Gazzetta Uffiċjali Belġjana, huma disponibbli referenzi għan-negozji mill-1 ta’ Jannar 1983, b’ħolqa għall-pubblikazzjonijiet li jmorru lura wara l-1 ta’ Ġunju 1997.

Id-dokumenti ppubblikati mill-assoċjazzjonijiet wara l-1 ta’ Lulju 2003 huma disponibbli wkoll fil-Gazzetta Uffiċjali Belġjana.

Ħoloq relatati

Il-ħolqa tinfetaħ f’tieqa ġdida.Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja

L-aħħar aġġornament: 10/07/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Bulgarija

Din il-paġna tipprovdi ħarsa ġenerali fil-qosor lejn ir-reġistru tal-insolvenza Bulgaru.

X’joffri r-reġistru Bulgaru tal-insolvenza?

Ir-reġistru Bulgaru tal-insolvenza jikkonsisti fi tliet partijiet:

  1. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-lista tar-riċevituri - aċċessibbli permezz tas-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja Bulgaru.
  2. Il-bullettin tal-bejgħ u tal-irkantijiet - li huwa kompletament aċċessibbli mis-sit elettroniku tal-Ministeru Bulgaru tal-Ekonomija.
  3. Ir-reġistru tal-proċedimenti ta’ insolvenza - miżmum f’bażi tad-data ċentralizzata.

L-aċċess għar-reġistru Bulgaru tal-insolvenza huwa mingħajr ħlas?

L-aċċess għar-reġistru Bulgaru tal-insolvenza huwa mingħajr ħlas.

Kif nista’ nfittex fir-reġistru Bulgaru tal-insolvenza?

Tista’ tfittex għal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidariċevitur bl-isem fuq is-sit web.

Kif tagħmel tiftixa skont il-bejgħ

Il-bullettin tal-bejgħ jista’ jinsab fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ekonomija.

L-istorja tar-reġistru Bulgaru tal-insolvenza

Is-sistema ġiet stabbilita fl-2009 bħala parti mill-proġett intitolat “Trasparenza u effiċjenza ta’ proċedimenti ta’ insolvenza”, subprijorità 1.5 “Sistema ġudizzjarja trasparenti u effiċjenti” tal-Programm Operazzjonali “Kapaċità Amministrattiva” (OPAC) implimentat skont il-ftehim ta’ għotja Nru K09–15–5-C/9.10.2009. Il-proġett huwa ffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew u l-baġit tal-istat tar-Repubblika tal-Bulgarija.

L-aħħar aġġornament: 10/05/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Repubblika Ċeka

Din it-taqsima tipprovdilek introduzzjoni fil-qosor għar-reġistru ta’ insolvenza tar-Repubblika Ċeka.

X’joffri r-reġistru ta’ insolvenza Ċek?

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru ta' insolvenza tar-Repubblika Ċeka huwa proprjetà u huwa miżmum mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka .

L-aċċess għar-reġistru ta’ insolvenza Ċek huwa mingħajr ħlas?

L-aċċess għar-reġistru huwa mingħajr ħlas.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru ta’ insolvenza Ċek

Bl-użu tas-sistema tat-tiftix avvanzata, jista’ jkollok aċċess għall-kontenut sħiħ tad-dokumenti fir-reġistru, f’format PDF.

L-istorja tar-reġistru ta’ insolvenza Ċek

Ir-reġistru fih informazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2008 ‘l quddiem.

L-aħħar aġġornament: 15/06/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Danimarka

Id-Danimarka ma għandha l-ebda reġistru ta’ insolvenza.

L-aħħar aġġornament: 07/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Ġermanja

Din il-paġna tipprovdilek ħarsa ġenerali tar-reġistru tal-insolvenza Ġermaniż.

Ir-reġistru tal-insolvenza Ġermaniż

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru tal-insolvenza Ġermaniż jagħtik aċċess għad-dikjarazzjonijiet tal-insolvenza (Insolvenzbekanntmachungen) maħruġa mill-qrati kollha tal-insolvenza Ġermaniżi, skont il-§ 9 tal-Kodiċi tal-Insolvenza (Insolvenzordnung). Din l-informazzjoni torbot legalment u hija aċċessibbli għall-pubbliku.

Ir-reġistru huwa proprjetà tal-Gvern Federali/Kummissjoni Länder dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni fis-Sistema tal-Ġustizzja u ġestit minnha, rappreżentata mill-Ministeru tal-Ġustizzja tat-territorju tar-Rhine Westphalia ta’ Fuq.

L-aċċess għar-reġistru tal-insolvenza tal-Ġermanja huwa bla ħlas?

Iva.

Kif tfittex fir-reġistru tal-insolvenza Ġermaniż

Ir-reġistru tal-insolvenza jinsab biss fil-website tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru tal-insolvenza Ġermaniż. Fejn meħtieġ, fil-website hemm l-istruzzjonijiet dwar kif tfittex. L-informazzjoni hija bil-Ġermaniż biss. Għandu jiġi nnutat li tiftixa sħiħa fid-data tal-qrati kollha Ġermaniżi tal-insolvenza hija possibbli biss fi żmien l-ewwel ġimagħtejn mill-ewwel jum tal-pubblikazzjoni. Wara dan iż-żmien ikollok tfittex il-post fejn tinsab il-qorti tal-insolvenza u mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin: l-isem tal-persuna jew ditta; l-uffiċċju reġistrat tad-debitur (Sitz) jew ir-residenza abitwali (Wohnsitz); in-numru tal-każ, jew il-qorti tar-reġistrazzjoni, it-tip ta’ reġistru u n-numru tar-reġistrazzjoni.

tar-reġistru tal-insolvenza fil-Ġermanja

Il-website tar-reġistru tal-insolvenza ilha mill-1 ta’ April 2002 tipprovdi informazzjoni dwar l-insolvenzi. Informazzjoni dettaljata dwar il-perjodi koperti u l-proċedimenti li dwarhom teżisti id-data jistgħu jinstabu fil-website.

L-informazzjoni hija dwar każijiet fejn il-proċedura tal-insolvenza għadha mhijiex lesta. Id-data titħassar sa sitt xhur wara l-finalizzazzjoni tal-proċedura.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-reġistru tal-insolvenza Ġermaniż

L-aħħar aġġornament: 05/11/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Estonja

Din il-paġna tipprovdi ġabra fil-qosor tal-informazzjoni dwar l-insolvenza disponibbli fir-reġistru kummerċjali Estonjan u l-pubblikazzjoni uffiċjali Ametlikud Teadaanded (Avviżi Uffiċjali).

X'informazzjoni hija disponibbli fl-Estonja dwar l-insolvenza?

L-Estonja ma għandhiex reġistru separat dwar l-insolvenza, iżda l-informazzjoni rigward il-proċedimenti ta’ falliment u l-proċedimenti ta’ aġġustament tad-dejn tal-entitajiet ġuridiċi u tal-persuni fiżiċi hija disponibbli fil-pubblikazzjoni elettronika uffiċjali Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAmetlikud Teadaanded. Barra minn hekk, ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru kummerċjali Estonjan u r-reġistru tal-assoċjazzjonijiet u l-fondazzjonijiet mhux għal skop ta’ qligħ fihom informazzjoni dwar il-falliment ta’ entitajiet ġuridiċi u l-persuni li jaħdmu għal rashom.

Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ dak li jiġi inkluż fl-Ametlikud Teadaanded mill-qrati u r-riċevent f'falliment:

  • il-ħin u l-post tar-rieżami ta’ petizzjoni ta’ falliment, u avviż ta’ projbizzjoni fuq id-disponiment tal-assi;
  • avviż dwar dikjarazzjoni ta’ falliment;
  • avviż dwar laqgħa ġenerali tal-kredituri;
  • avviż dwar l-approvazzjoni ta’ proposta preliminari ta’ distribuzzjoni;
  • avviż dwar l-għeluq tal-proċedimenti ta' falliment;
  • avviż dwar l-approvazzjoni ta’ pjan ta’ aġġustament tad-dejn.

Fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Ametlikud Teadaanded wieħed isib lista sħiħa tal-avviżi kollha li għandhom jiġu ppubblikati.

Dawn li ġejjin jiddaħħlu fir-reġistru kummerċjali Estonjan u r-reġistru ta’ assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta’ qligħ abbażi ta’ sentenza tal-qorti:

  • ir-rinunzja għall-proċedimenti ta' falliment mingħajr ma wieħed jiddikjara falliment;
  • id-dikjarazzjoni ta' falliment flimkien mal-isem u l-kodiċi ta' identifikazzjoni personali tar-riċevent f'falliment, kif ukoll nota li ssemmi li hu jew hi qed jirrappreżentaw lill-kumpanija;
  • ir-rinunzja għal dikjarazzjoni ta' falliment flimkien ma' entrata li turi tkomplija fl-attività mill-kumpanija;
  • ir-rinunzja għal dikjarazzjoni ta' falliment u t-tħassir tal-kumpanija mir-reġistru;
  • it-terminazzjoni ta' proċeduri ta' falliment u t-tħassir tal-kumpanija mir-reġistru jew il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet tal-kumpanija;
  • kompromess u t-terminu għal dan, b'entrata li turi attività kontinwa;
  • il-kanċellazzjoni ta' kompromess u l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti biex jiġi dikjarat falliment, b’nota li l-kumpanija hija rappreżentata minn riċevent f'falliment;
  • it-tmiem tal-kompromess meta jkun skada, u t-tneħħija tar-riċevent f'falliment;
  • in-nomina ta’ amministratur tal-aggregazzjoni ta' kopertura skont l-Att dwar il-Bonds Koperti, flimkien mal-isem u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni personali tagħhom, u nota li huma jirrappreżentaw lill-istituzzjoni ta' kreditu fir-rigward tal-ġestjoni u tad-disponiment tal-portafoll tal-bonds koperti.

Dettalji tal-projbizzjonijiet tal-kummerċ imposti fuq id-debitur jew il-persuna bil-poter li tirrappreżentah jew projbizzjonijiet fuq it-twettiq ta' attivitajiet kummerċjali imposti fuq dik il-persuna ma jiddaħħlux fir-reġistru.

Ir-reġistru kummerċjali Estonjan fih l-informazzjoni segwenti dwar entitajiet ġuridiċi falluti:

  • l-isem tal-entità ġuridika;
  • il-kodiċi tar-reġistru;
  • l-indirizz;
  • id-dettalji tar-riċevent f'falliment;
  • id-dettalji tal-membri tal-bord maniġerjali;
  • id-dettalji tal-amministratur tal-aggregazzjoni ta' kopertura;
  • id-data tal-ordni/tad-deċiżjoni li tiddikjara l-falliment u n-numru tal-ordni jew tal-kawża ċivili.

L-aċċess għall-informazzjoni dwar l-insolvenza huwa bla ħlas?

Aċċess għad-data tar-reġistru jista’ jsir Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaonline u fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidauffiċċji tan-nutara.

L-aċċess għal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAmetlikud Teadaanded huwa bla ħlas.

L-ebda tariffa mhija imposta online għal tiftix rigward entitajiet ġuridiċi, persuni li jaħdmu għal rashom u fergħat ta' kumpaniji barranin, għal informazzjoni rigward proċedimenti tal-qorti jew għal aċċess għad-data tal-kard tar-reġistru. Madankollu, hija imposta tariffa għat-tiftix l-ieħor kollu, inklużi data storika tal-kard tar-reġistru u aċċess għal rapporti annwali, artikoli ta' assoċjazzjoni u dokumenti oħrajn. Ir-rati imposti għall-użu tad-data tal-kompjuter fir-reġistru kummerċjali huma stipulati f’Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament tal-Ministru għall-Ġustizzja.

Hija imposta tariffa għall-konsulenza ma' data tar-reġistru u dokumenti tal-fajl f'uffiċċju tan-nutar. It-tariffi huma stabbiliti fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tat-Tariffi Notarili. Skont l-Att dwar in-Nutara, il-Kamra tan-Nutara għandha tiżgura aċċess bla ħlas għall-fajls pubbliċi u l-fajls kummerċjali f’uffiċċju ta’ nutar fil-kontej ta’ Harjumaa, Tartumaa, Pärnumaa u Ida-Virumaa.

Dettalji tal-projbizzjonijiet tal-kummerċ huma ppubblikati u jista’ jsir aċċess għalihom Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaonline mingħajr ħlas.

Kif tfittex għall-informazzjoni dwar l-insolvenza

Tista’ tfittex fl-Ametlikud Teadaanded għall-informazzjoni dwar l-insolvenza ta’ entità ġuridika jew persuna fiżika permezz tal-isem jew tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni personali/kodiċi tar-reġistru, u fuq il-paġna ġenerali tat-tiftix tista’ tfittex ukoll permezz tal-keyword. Permezz tal-funzjoni tat-tiftix, wieħed jista’ faċilment isib l-avviżi ppubblikati kollha rigward il-proċedimenti ta’ insolvenza. Meta l-proċedimenti jaslu fi tmiemhom, l-avviżi jiġu arkivjati, bl-eċċezzjoni tal-avviżi li jirrigwardaw it-terminazzjoni tal-proċedimenti, li jibqgħu pubbliċi għal tliet snin.

Tista' tfittex għal entità ġuridika jew persuna li taħdem għal rasha fir-reġistru kummerċjali elettroniku permezz tal-isem tan-negozju, l-isem jew il-kodiċi tar-reġistru. L-istatus ta' entità ġuridika jew persuna li taħdem għal rasha jindika jekk dik il-persuna jew entità humiex falluti jew le.

Ir-reġistru kummerċjali huwa marbut mal-interfaċċa tat-tiftix tar-reġistri tal-insolvenza tal-portal tal-Ġustizzja Elettronika, li tippermetti lill-kumpaniji, selliefa u investituri li jixtiequ jinvestu fi Stati Membri oħra jwettqu verifiki tal-preċedenti personali direttament f’dawk ir-reġistri ta’ pajjiżi oħra li fihom data dwar l-insolvenza. Bis-saħħa tas-soluzzjoni multilingwi li ġiet implimentata, il-proċess li bih wieħed jikseb informazzjoni minn pajjiż għall-ieħor fir-rigward tal-insolvenza huwa aktar trasparenti u huwa aktar faċli li wieħed ikollu aċċess għall-informazzjoni nnifisha. L-informazzjoni hija disponibbli bla ħlas. Il-portal għandu funzjoni bażika tat-tiftix, li tippermetti li jsir tiftix fir-reġistri interkonnessi kollha skont l-isem tad-debitur, kif ukoll funzjonalità tat-tiftix avvanzata, li fiha l-kriterji tat-tiftix jvarjaw skont ir-reġistru tal-pajjiż li fih tkun qed isir it-tiftixa. Fil-ġejjieni (mistennija fl-2021), Ametlikud Teadaanded se tkun konnessa mal-portal tal-Ġustizzja Elettronika, li fih l-informazzjoni mandatorja kollha dwar il-pubblikazzjoni ta’ proċedimenti ta’ insolvenza skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Għall-Estonja, huwa possibbli li wieħed ifittex skont l-isem tad-debitur u skont il-kodiċi ta’ identifikazzjoni personali/il-kodiċi tar-reġistru.

Storja tas-servizz ta' informazzjoni dwar il-falliment

Is-servizz Estonjan dwar il-falliment ilu disponibbli mill-1 ta' Settembru 1995.

L-aħħar aġġornament: 06/09/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Reġistri tal-insolvenza - Irlanda

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni qasira tar-reġistru ta’ insolvenza tal-Irlanda.

X’għandu x’joffri r-reġistru ta’ insolvenza Irlandiż?

L-Irlanda m’għandiex reġistru ta’ insolvenza tal-kumpaniji separat. Informazzjoni dwar insolvenza tal-kumpaniji tinkiseb fir-rekords tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji.

Ir-Reġistru tal-Falliment Personali huwa reġistru manwali miżmum fl-Uffiċċju tal-Eżaminatur tal-High Court. Dan ikun fih id-dettalji tal-fallimenti ddikjarati mill-High Court tal-Irlanda.

Ir-Reġistru ta’ Insolvenzi Personali huwa wkoll reġistru manwali. Dan huwa soġġett għall-istrument statutorju I.S. Nru. 334 tal-2002 – Regolamenti tal-2002 tal-Komunitajiet Ewropej (Insolvenza Personali) u fih dettalji ta’ insolvenzi personali ddikjarati mill-qrati ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea (kif notifikati liċ-ċessjonarju uffiċjali tal-falliment).

L-aċċess għar-reġistru ta’ insolvenza Irlandiż huwa mingħajr ħlas?

Le. Irid jitħallas dritt għal kull tiftixa. Dettalji dwar id-drittijiet jinkisbu fis-sezzjoni tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli u Drittijiet tas-sit elettroniku tas-Servizz tal-Qrati. Il-miżata tapplika wkoll meta r-riżultat tat-tiftixa ma jagħti l-ebda riżultat – jiġifieri meta ma jkunx hemm notazzjoni li tkun taqbel mal-kriterji tat-tiftixa fir-reġistri.

Kif tfittex fir-reġistru ta’ insolvenza Irlandiż

Tiftix fir-Reġistru tal-Falliment Personali jista’ jsir biss billi tmur personalment fl-Examiners Office, 2nd Floor Phoenix House, Phoenix Street North, Smithfield, Dublin 7.

Storja tar-reġistru ta’insolvenza Irlandiż

Ir-Reġistru tal-Falliment Personali fih informazzjoni li tmur lura sal-1922.

L-aħħar aġġornament: 08/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Greċja

Il-Greċja ma għandha l-ebda reġistru elettroniku tal-insolvenza. Bħalissa qed inħejju biex niddiġitalizzaw il-bażijiet tad-data tagħna u l-interfaċċi elettroniċi tagħhom.

X’joffri r-reġistru Grieg tal-insolvenza?

Skont il-leġiżlazzjoni Griega, il-proċeduri ta’ insolvenza huma:

  • il-falliment (l-Artikoli 1-61 tal-Liġi 3588/2007, l-Artikolu 13(1)-(4) tal-Liġi 4013/2011, l-Artikolu 22(1) tal-Liġi 4055/2012, l-Artikoli 1-3 tal-Liġi 4446/2016, l-Artikolu 14 tal-Liġi 4491/2017)
  • il-likwidazzjoni speċjali b’operazzjoni li tkompli (eidikí ekkathárisi en leitourgía) (l-Artikolu 12 tal-Liġi 4013/2011, l-Artikolu 6 tal-Liġi 4446/2016)
  • ir-riżoluzzjoni ta’ qabel il-falliment (proptocheftikí diadikasía exygíansis) (l-Artikoli 70-101 tal-Liġi 3588/2007, l-Artikolu 22(2) tal-Liġi 4055/2012, l-Artikoli 116(3) u 234(1)-(3) tal-Liġi 4072/2012, l-Artikolu 3 et seq. tal-Liġi 4446/2016)
  • il-pjan ta’ ristrutturar (l-Artikoli 109-123 tal-Liġi 3588/2007, l-Artikolu 7 et seq. tal-Liġi 4446/2016)
  • il-proċedura simplifikata għall-fallimenti minuri (aplopoiiméni diadikasía epí ptochéfseon mikroú antikeiménou) (l-Artikolu 9 tal-Liġi 4446/2016, l-Artikolu 62 tal-Liġi 4472/2017)

Il-qrati ċivili distrettwali lokali (eirinodikeía) huma responsabbli għall-kunsiderazzjoni ta’ kawżi u għall-għoti ta’ deċiżjonijiet dwar talbiet li jinvolvu l-falliment ta’ persuni fiżiċi.

Il-qrati lokali tal-ewwel istanza (protodikeía) huma responsabbli għall-kunsiderazzjoni ta’ kawżi u għall-għoti ta’ deċiżjonijiet dwar talbiet li jinvolvu l-falliment ta’ assoċjazzjonijiet (prosopikés etairíes), soċjetajiet limitati (eterórrythmes etairíes), soċjetajiet ġenerali (omórrythmes etairíes), kumpaniji b’kapital privat (idiotikés kefalaiouchikés etairíes), kumpaniji b’responsabbiltà limitata (etairíes periorisménis efthýnis), kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata (anónymes etairíes), kumpaniji Ewropej u soċjetajiet kooperattivi Ewropej.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru Ġenerali tal-Kummerċ (Genikó Emporikó Mitróo – GEMI) fil-kmamar tal-kummerċ lokali huwa responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati meħtieġa għall-proċeduri ta’ falliment.

L-aċċess għar-reġistru Grieg tal-insolvenza huwa mingħajr ħlas?

Ma teżisti l-ebda possibbiltà bħal din.

Kif tfittex ir-reġistru Grieg tal-insolvenza

mhux applikabbli.

L-istorja tar-reġistru Grieg tal-insolvenza

mhux applikabbli.

L-aħħar aġġornament: 17/09/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Spanja

Ir-reġistru tal-insolvenza Spanjol

L-informazzjoni pubblika dwar l-insolvenzi u l-proċedimenti ta’ insolvenza hija element essenzjali tat-trasparenza u ċ-ċertezza tad-dritt. Fi Spanja, dan jiġi pprovdut permezz tar-Reġistru Pubbliku tal-Insolvenza (Registro Público Concursal), li huwa rregolat mill-Artikolu 198 tal-Liġi dwar l-Insolvenza. Din il-Liġi ġiet implimentata permezz tad-Digriet Irjali 892/2013 tal-15 ta’ Novembru 2013, li jistipula li r-Reġistru Pubbliku tal-Insolvenza huwa ġestit mill-Assoċjazzjoni tar-Reġistraturi (Colegio de Registradores), li jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja.

Ir-Reġistru Pubbliku tal-Insolvenza għandu għan triplu:

  • Id-disseminazzjoni u l-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u l-atti maħruġa skont il-Liġi dwar l-Insolvenza, u tal-entrati fir-reġistru li jirriżultaw minn proċedimenti ta’ insolvenza.
  • Il-koordinazzjoni bejn id-diversi reġistri pubbliċi li d-dikjarazzjoni tal-insolvenza u l-progress tal-proċedimenti jridu jiġu rreġistrati fihom.
  • Il-ġenerazzjoni tal-lista tal-amministraturi tal-insolvenza li jissodisfaw ir-rekwiżiti legali u regolatorji. Madankollu, din il-funzjoni għadha ma ġietx implimentata.

Ir-Reġistru Pubbliku tal-Insolvenza jinsab fuq portal tal-internet: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.publicidadconcursal.es/.

L-għan tar-Reġistru Pubbliku tal-Insolvenza huwa li jiġbor flimkien l-informazzjoni rilevanti ġġenerata waqt il-proċedimenti ta' insolvenza, għal finijiet purament ta’ informazzjoni u ta’ divulgazzjoni pubblika.

L-aċċess għar-reġistru tal-insolvenza huwa mingħajr ħlas?

L-aċċess għar-reġistru pubbliku tal-insolvenza huwa mingħajr ħlas.

Kif tfittex fir-Reġistru tal-Insolvenza

Ir-Reġistru Pubbliku tal-Insolvenza huwa strutturat f’erba’ taqsimiet li l-entrati fihom jiġu fl-ordni skont il-parti soġġetta għall-proċedimenti ta’ insolvenza, jew skont id-debitur, f’ordni kronoloġika:

  1. Taqsima 1 (avviżi ta’ insolvenza): din tinkludi deċiżjonijiet li jridu jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 23 tal-Liġi dwar l-Insolvenza u deċiżjonijiet li jirreġistraw il-ftuħ ta’ negozjati skont l-Artikolu 5 bis ta’ dik il-Liġi. Hija tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza mibdija fi Stat Membru ieħor f’konformità mal-liġi tal-UE dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza.
  2. Taqsima 2 (informazzjoni fir-reġistri pubbliċi): tinkludi annotazzjonijiet u entrati magħmula fi kwalunkwe reġistru pubbliku ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 24 tal-Liġi dwar l-Insolvenza.
  3. Taqsima 3 (ftehimiet ekstraġudizzjarji): tinkludi informazzjoni dwar il-passi meħuda biex jintlaħqu ftehimiet ekstraġudizzjarji dwar ħlasijiet skont it-Titolu X tal-Liġi dwar l-Insolvenza u dwar l-approvazzjoni tal-qorti ta’ ftehimiet ta’ rifinanzjament skont ir-raba’ dispożizzjoni addizzjonali tal-Liġi dwar l-Insolvenza.
  4. It-Taqsima 4 (l-amministraturi tal-insolvenza u l-assistenti delegati tagħhom — għad trid tinħoloq u tiġi żviluppata).

Fit-tiftixiet, jistgħu jiddaħħlu l-ismijiet tad-debitur insolventi jew tal-amministratur tal-insolvenza: dan isiblek l-informazzjoni disponibbli dwarhom fi kwalunkwe waħda mit-taqsimiet.

L-istorja tar-reġistru tal-insolvenza

Il-Liġi tal-2003 dwar l-Insolvenza ma pprevedietx reġistru li jagħti informazzjoni dwar proċedimenti ta’ insolvenza b’mod ġenerali. Il-kwistjoni kienet koperta mill-arranġamenti għall-pubblikazzjoni stabbiliti dak iż-żmien fil-liġi Spanjola dwar il-kumpaniji, li kienu bbażati fuq il-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-gazzetti ta’ kuljum bl-ogħla ċirkolazzjoni fil-provinċja ikkonċernata. Dan kien ifisser dejjem aktar li l-proċedimenti kienu jispiċċaw jeħlu, peress li l-ispejjeż tal-pubblikazzjoni kellu jiġġarrab mill-patrimonju tal-insolvenza, li mhux dejjem kien ikun jiflaħ iħallashom.

L-Artikolu 198 tal-Liġi dwar l-Insolvenza kien jipprevedi reġistru pubbliku tal-kawżi ta’ insolvenza kolpevoli u l-ħatra jew l-iskwalifika tal-amministraturi tal-insolvenza. Dan ir-reġistru ġie estiż u ngħata l-isem “Reġistru Pubbliku tal-Insolvenza” bid-Digriet Irjali 3/2009 tad-29 ta’ Marzu 2009 dwar miżuri urġenti fi kwistjonijiet ta’ tassazzjoni, finanzjarji u ta’ insolvenza biex jiġu indirizzati l-bidliet fis-sitwazzjoni ekonomika. Minn dak iż-żmien, id-dispożizzjoni ġiet emendata diversi drabi, u kien hemm ukoll bidliet li jaffettwaw leġiżlazzjonijiet oħrajn li jipprevedu l-pubblikazzjoni ta’ ċerti passi permezz tar-Reġistru. Ir-regoli attwali li jimplimentaw l-Artikolu 198 tal-Liġi dwar l-Insolvenza huma stabbiliti fid-Digriet Irjali 892/2013 tal-15 ta’ Novembru 2013 dwar ir-Reġistru Pubbliku tal-Insolvenza.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mjusticia.es/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.publicidadconcursal.es/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.registradores.org/

L-aħħar aġġornament: 06/07/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Franza

X’joffri r-reġistru tal-insolvenza Franċiż?

Franza m’għandha l-ebda reġistru speċifikament iddedikat għall-insolvenza. Hija għandha diversi reġistri li fihom deċiżjonijiet dwar l-insolvenza tad-debituri. Dawn jinkludu deċiżjonijiet dwar il-ftuħ jew l-estensjoni ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, l-estensjoni tal-perjodu ta’ osservazzjoni, il-konverżjoni tal-proċedimenti, it-terminazzjoni jew l-emenda ta’ pjan ta’ ristrutturar jew l-għeluq ta’ proċedimenti, jew deċiżjonijiet li jiddikjaraw persuna falluta jew skwalifikata milli tmexxi kumpanija. L-ismijiet tal-uffiċjali ġudizzjarji jingħataw ukoll.

Ir-reġistri eżistenti huma:

  • Ir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji (registre du commerce et des sociétés), għal negozjanti li huma persuni fiżiċi u għal kumpaniji kummerċjali;
  • Ir-reġistru tan-negozji (répertoire des métiers) għal professjonisti tal-artiġjanat/tal-kummerċ li huma persuni fiżiċi jew ġuridiċi;
  • Ir-reġistru tan-negozju (répertoire des entreprises) fid-dipartimenti ta’ Bas-Rhin, Haut-Rhin u Moselle, għal impriżi tal-artiġjanat li jinsabu hemmhekk;
  • Ir-reġistru tal-biedja (registre de l’agriculture) għal impriżi agrikoli.

Barra minn hekk, uħud mid-deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq huma ppubblikati fil-Bullettin Uffiċjali tal-avviżi ċivili u kummerċjali (Bulletin officiel des annonces civiles et commerciales) u f’ġurnal ta’ avviżi legali.

Kif tfittex fir-reġistru tal-insolvenza Franċiż

L-informazzjoni f’ġurnali ta’ avviżi legali, il-Bullettin Uffiċjali ta’ avviżi ċivili u kummerċjali u r-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji huwa ċentralizzat mill-“Publicité Légale des Entreprises”, portal pubbliku li jagħti aċċess għall-informazzjoni legali tal-kumpaniji aċċessibbli permezz ta’: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.bodacc.fr/

Ir-reġistru tal-insolvenza Franċiż huwa mingħajr ħlas?

L-informazzjoni msemmija hawn fuq hija mingħajr ħlas.

X’inhu l-perjodu kopert mir-reġistri tal-insolvenza Franċiżi?

Il-portal jista’ jintuża biex taċċessa avviżi legali ppubblikati mill-1 ta’ Jannar 2010 u affarijiet ippubblikati fil-Bullettin Uffiċjali ta’ avviżi ċivili u kummerċjali mill-1 ta’ Jannar 2008.

Is-sit web tar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji jinsab hawnhekk: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.infogreffe.fr/

Ħafna mill-informazzjoni li fih tista’ tiġi aċċessata bi ħlas.

L-aħħar aġġornament: 30/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Reġistri tal-insolvenza - il-Kroazja

Ir-Reġistru Nazzjonali ta' Insolvenza huwa reġistru elettroniku pubblikament disponibbli li jtejjeb il-forniment ta’ informazzjoni lill-kredituri u l-qrati rilevanti dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza li jkunu għaddejjin u jipprevjeni milli jinbdew proċedimenti ta’ insolvenza paralleli.

Fis-26 ta’ Ġunju 2018, il-Ministeru tal-Ġustizzja lesta l-ewwel fażi tal-proġett bit-titolu “Interkonnessjoni tar-Reġistri ta’ Insolvenza (IRI) għall-Ewropa”, parzjalment iffinanzjat mill-programm tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tal-Kummissjoni Ewropea (il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-Telekomunikazzjoni: CEF-TC-2016-2: Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika), li l-Kroazja applikat għalih bħala parti minn konsorzju mal-Ġermanja, Franza, l-Italja u r-Rumanija.

Il-prijorità tal-FNE hija li tiffinanzja u timplimenta s-servizzi elettroniċi neċessarji għall-komunikazzjoni fi ħdan is-sistema ta’ interkonnessjoni bejn ir-reġistri ta' falliment.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru ta’ Insolvenza

Ir-Reġistru ta’ Insolvenza ġie stabbilit skont ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza.

Id-data fir-Reġistru ta' Insolvenza tiġi aġġornata mill-anqas kuljum u tkopri:

  • il-proċedimenti ta’ qabel il-falliment u ta’ falliment li id-deċiżjoni li jinbdew il-proċedimenti ma tkunx ġiet adottata għalihom qabel l-1 ta’ Settembru 2015
  • il-proċedimenti ta’ falliment tal-konsumatur, li id-deċiżjoni li jinbdew il-proċedimenti ma tkunx ġiet adottata għalihom qabel l-1 ta’ Jannar 2016

Id-data kollha fir-Reġistru taqa’ fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tal-qrati li l-proċedimenti jinstemgħu quddiemhom.

Fit-tieni fażi tal-proġett tal-Interkonnessjoni tar-Reġistri ta’ Insolvenza (IRI) għall-Ewropa, ir-reġistri nazzjonali ta’ insolvenza se jkunu interkonnessi permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.

L-aħħar aġġornament: 14/07/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Italja

Il-Ministeru tal-Ġustizzja Taljan qed jistabbilixxi sistema elettronika ġdida sabiex jamministra dejta relatata mal-insolvenzi.

L-aħħar aġġornament: 24/02/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Ċipru

Din it-taqsima tas-sit elettroniku tinkludi introduzzjoni qasira għar-Reġistru tal-Fallimenti u tal-Likwidazzjonijiet ta’ Ċipru (Μητρώο Πτωχευσάντων και Εκκαθαρίσεων Εταιρειών).

Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSezzjoni tal-Fallimenti (Κλάδος Πτωχεύσεων και Εκκαθαρίσεων) għandha r-responsabbiltà li tirċievi u tamministra l-assi ta’ persuni naturali u legali insolventi u tirrapporta lid-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDipartiment tar-Reġistratur tal-Kumpaniji u tar-Riċevitur Uffiċjali (Τμήμα Εφόρου Εταιρειών και Επίσημου Παραλήπτη) tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Kummerċ, tal-Industrija u tat-Turiżmu (Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού). Din it-taqsima żżomm fajl tal-persuni naturali falluti. Jekk kumpanija tiġi stralċjata, dan jiġi rrapportat fir-Reġistru tal-Kummerċ. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDipartiment tar-Reġistratur tal-Kumpaniji u tar-Riċevitur Uffiċjali.

X’joffri r-reġistru ta’ insolvenza?

Mhux applikabbli.

L-aċċess għar-reġistru ta' insolvenza huwa mingħajr ħlas?

Mhux applikabbli.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru ta’ insolvenza

Mhux applikabbli.

L-istorja tar-reġistru tal-insolvenza

Ir-Reġisru ta’ Insolvenza jinkludi informazzjoni dwar l-insolvenzi mill-1931 sal-lum.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDipartiment tar-Reġistratur tal-Kumpaniji u tar-Riċevitur Uffiċjali (Τμήμα Εφόρου Εταιρειών και Επίσημου Παραλήπτη)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Kummerċ, tal-Industrija u tat-Turiżmu (Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού)

L-aħħar aġġornament: 31/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Latvja

Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali fil-qosor lejn ir-reġistru tal-insolvenza tal-Latvja.

X’joffri r-reġistru tal-insolvenza Latvjan?

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru tal-insolvenza Latvjan jipprovdi informazzjoni dwar:

  • amministraturi;
  • proċedimenti ta’ insolvenza fir-rigward ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi;
  • proċedimenti ta’ protezzjoni legali;
  • proċedimenti mhux ġudizzjarji ta’ protezzjoni legali;

Ir-reġistru tal-insolvenza huwa aċċessibbli għal kulħadd u l-entrati fir-reġistru huma affidabbli. Huwa jaqa’ taħt l-awtorità tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Latvja.

L-aċċess għar-reġistru tal-insolvenza Latvjan huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-informazzjoni fir-reġistru tal-insolvenza Latvjan tista’ tiġi aċċessata mingħajr ħlas, iżda titħallas tariffa jekk membru tal-pubbliku jixtieq jirċievi informazzjoni fil-forma ta’ dokument.

Biex tirċievi mir-Reġistru tal-Intrapriżi dikjarazzjoni jew dokument ieħor li fih il-kodiċi ta’ identifikazzjoni personali ta’ debitur (persuna fiżika) jew amministratur, ikkuntattja r-Reġistru tal-Intrapriżi mat-talba tiegħek għal informazzjoni jew applika b’mod elettroniku permezz tal-portal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLatvija.lv.

Kif tfittex fir-reġistru tal-insolvenza Latvjan

Amministraturi

Din it-taqsima fiha informazzjoni dwar l-amministraturi, jiġifieri:

  • isem;
  • kunjom;
  • l-indirizz tal-uffiċċju u l-informazzjoni ta’ kuntatt;
  • in-numru taċ-ċertifikat;
  • id-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat.

Informazzjoni dwar l-amministraturi li ċ-ċertifikati tagħhom ikunu skadew hija disponibbli mir-rekords storiċi taħt Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaVēsturiskie dati. Il-link “Izzaņa” tagħti aċċess għall-informazzjoni kollha li ġiet irreġistrata fir-reġistru tal-insolvenza Latvjan fuq kull amministratur individwali.

Tfittxija

Biex tfittex informazzjoni fir-reġistru tal-insolvenza dwar suġġett partikolari (persuna fiżika jew ġuridika), uża t-taqsima Meklēt. L-informazzjoni tista’ tiġi ffiltrata skont il-kriterji li ġejjin:

  • in-numru ta’ reġistrazzjoni tad-debitur (għall-persuni ġuridiċi) jew in-numru ta’ identità (għall-persuni fiżiċi);
  • l-isem jew it-titolu tad-debitur;
  • il-perjodu meta nbeda l-proċediment;
  • it-tip ta’ proċediment (proċediment ta’ insolvenza, proċediment ta’ protezzjoni legali, proċediment ta’ protezzjoni legali barra l-qorti);
  • in-natura tal-proċediment (lokali, transkonfinali primarja, transkonfinali sekondarja).
  • status ta’ proċediment (proċedimenti għaddejjin, proċedimenti kompluti, il-proċedimenti kollha).

Ir-riżultati tat-tiftix jintwerew b’link għal “Referenza tar-Reġistru tal-Intrapriżi” (“Uzņēmumu reģistra izziņa”), fejn tkun disponibbli l-informazzjoni kollha fir-reġistru tal-insolvenza dwar suġġett partikolari, inklużi dokumenti skennjati li jkun fihom avviżi tal-amministraturi dwar laqgħat tal-kredituri, l-aġenda tal-laqgħat tal-kredituri u n-notifiki lill-kredituri.

Ġurnal

Biex tara r-rekords imdaħħla fir-reġistru tal-insolvenza f’data speċifika, uża t-taqsima Žurnāls. Awtomatikament, ir-rekords murija huma dawk tal-ġurnata attwali. Uża l-kalendarju biex tara r-rekords irreġistrati f’dati oħra jew uża s-subtaqsima Mēneša žurnāls biex tiffiltra r-rekords skont ix-xahar. Kull reġistrazzjoni fiha link — ir-“Reġistru tal-Intrapriżi ta’ referenza” (“Uzņēmumu reģistra izziņu”) — għal informazzjoni dettaljata dwar proċeduri partikolari ta’ insolvenza.

Statistika

Din it-taqsima fiha diversi informazzjoni statistika relatata mal-proċedimenti ta’ insolvenza u ta’ protezzjoni legali, segwita minn link għal “Referenza tar-Reġistru tal-Intrapriżi” (“Izziņa”), fejn hija disponibbli l-informazzjoni kollha li tinsab fir-reġistru tal-insolvenza dwar suġġett partikolari.

L-Istorja tar-reġistru tal-insolvenza Latvjan

L-informazzjoni miżmuma fir-reġistru tmur lura għall-1 ta’ Jannar 2008.

Links

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni addizzjonali dwar ir-reġistru tal-insolvenza Latvjan

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAġenzija tal-Istat tal-amministrazzjoni tal-insolvenza

L-aħħar aġġornament: 04/10/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Litwanja

M’hemmx reġistru ta’ stralċ separat fil-Litwanja. Tista’ tivverifika l-istatus tal-kumpaniji f’dan ir-rigward fuq is-sit elettroniku tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Entijiet legali (Juridinių asmenų registras). Wieħed jista’ jara l-istatus tal-kumpaniji fir-Reġistru tal-Entijiet legali mingħajr ħlas.

L-aħħar aġġornament: 06/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Lussemburgu

Il-Lussemburgu m’għandux reġistri li jirrigwardaw il-każijiet ta’ insolvenza.

X'inhi s-sitwazzjoni dwar ir-reġistri tal-insolvenza fil-Lussemburgu?

Il-Lussemburgu m'għandux reġistri fuq każijiet ta' insolvenza. Il-fallimenti jiġu nnotifikati mit-tribunali u jiġu ddikjarati fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji (RCS) li jdaħħal din l-informazzjoni fil-bażi tad-dejta tiegħu.

Il-konsultazzjoni tal-lista ta' fallimenti fil-Lussemburgu issir bi ħlas?

Il-lista ta' fallimenti ddikjarati tiġi ppubblikata kull xahar f'Mémorial B  - Ġabra amministrattiva u ekonomika u tista' tiġi kkonsultata mingħajr ħlas fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLegilux, il-portal ġuridiku tal-Lussemburgu.

Barra minn hekk, ir-RCS ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit elettroniku tiegħu, taħt it-taqsima "Konsultazzjonijiet - statistiċi tar-reġistru", modulu statistiku li jagħti tagħrif dwar is-sentenzi tal-fallimenti li ġew irreġistrati fir-RCS matul xahar partikolari. Dan it-tagħrif huwa disponibbli taħt forma ta' listi ta' reġistrazzjonijiet imwettqa. Huwa disponibbli wkoll estratt ta' din l-informazzjoni f'forma ta' fajl.

Kif issib informazzjoni dwar il-fallimenti fil-Lussemburgu?

L-ewwel metodu: Tista' ssir tiftixa fuq is-sit elettroniku tar- reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRCS) permezz tal- isem (jew parti mill-isem) jew tan- numru ta' reġistrazzjoni tal-persuna rreġistrata.

Il-mutur tat-tiftix tas-sit elettroniku hekk itella' l-lista tal-ismijiet li jikkorrispondu mat-tiftixa mwettqa.

Jekk wieħed jagħfas fuq l-isem ta' waħda mill-persuni rreġistrati, tingħata mingħajr ħlas l-informazzjoni bażika li ġejja:

  • in-numru RCS,
  • id-data ta' reġistrazzjoni,
  • l-isem,
  • il-forma ġuridika,
  • l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali,
  • lista ta' dokumenti rreġistrati mill-2003,
  • kif ukoll tagħrif dwar jekk il-persuna hix fi stat ta' falliment jew le.

it-tieni metodu: Tista' ssir tiftixa permezz tas-sit elettroniku tar-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRCS) taħt it-taqsima "Konsultazzjonijiet - statistiċi tar-reġistru", permezz ta' statistiċi li jagħtu tagħrif dwar is-sentenzi li jiddikjaraw il-falliment li ġew irreġistrati fir-RCS matul xahar partikolari.

It-tielet metodu: Tista' ssir tiftixa permezz tas-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati tal-Lussemburgu taħt it-taqsima "Fallimenti" bbażata fuq l-isem tal-kumpanija, id-data tas-sentenza ta' falliment u permezz tal-isem tal-istralċarju.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kamra tal-Avukati tal-Lussemburgu

L-aħħar aġġornament: 10/01/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Ungerija

Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali fil-qosor lejn ir-reġistru ta' insolvenza tal-Ungerija.

X’joffri r-reġistru ta' insolvenza tal-Ungerija?

Fl-Ungerija, il-Gvern ħatar lis-Servizz ta’ Informazzjoni dwar il-Kumpaniji u ta’ Reġistrazzjoni Elettronika tal-Kumpaniji (Céginformációs és az Elektronikus Cégeljárásban Közreműködő Szolgálat) tal-Ministeru tal-Ġustizzja bħala l-korp responsabbli għall-istabbiliment u t-tħaddim tar-reġistru ta' insolvenza.

Dan il-korp juża l-Magyar Közlöny Lap- és Könyvkiadó Kft. [l-uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet uffiċjali Ungeriż] biex iwettaq kompiti ta’ pproċessar tad-data, żvilupp tal-IT, operazzjonijiet tekniċi u sigurtà tal-bażi tad-data teknika.

Ir-reġistru ta' insolvenza huwa disponibbli fis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://fizeteskeptelenseg.im.gov.hu/.

Ir-reġistru ta' insolvenza fih dettalji tal-operaturi ekonomiċi u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kollha li jkunu nfetħu proċedimenti ta’ insolvenza kontrihom fl-Ungerija.

Il-proċedimenti ta’ insolvenza fl-Ungerija huma regolati bl-Att XLIX tal-1991 dwar proċedimenti ta’ falliment u likwidazzjoni. L-Att CLXXV tal-2011 dwar l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili japplika għall-proċedimenti ta’ falliment u ta' likwidazzjoni kontra organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet), iżda l-aspetti l-oħra kollha huma regolati bl-Att XLIX tal-1991.

L-aċċess għar-reġistru ta' insolvenza tal-Ungerija huwa mingħajr ħlas?

Ma hija imposta l-ebda tariffa jew spiża għall-aċċess għad-data fir-reġistru ta' insolvenza. Kwalunkwe persuna li tikkonsulta r-reġistru ta' insolvenza trid tiddikjara minn qabel li d-data li tfittex fir-reġistru ma tkunx ser tintuża għal skopijiet kummerċjali jew biex tinħoloq bażi ta’ data biex tintuża għal skopijiet bħal dawn.

F’konformità mal-Artikolu 6/N tal-Att XLIX tal-1991, ir-reġistru jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

  • id-data tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza;
  • il-qorti li tiftaħ il-proċedimenti ta’ insolvenza u n-numru ta’ referenza tal-każ;
  • is-sottotip ta’ proċedimenti ta’ insolvenza miftuħa – fl-Ungerija, proċedimenti ta’ falliment jew likwidazzjoni;
  • ir-regoli ta’ ġuriżdizzjoni li jippermettu l-ftuħ tal-proċedimenti (proċedimenti prinċipali ta’ insolvenza jew proċedimenti sekondarji ta’ insolvenza);
  • jekk id-debitur ikun kumpanija jew persuna ġuridika, l-isem tad-debitur, in-numru tar-reġistrazzjoni, l-uffiċċju reġistrat jew, jekk ikun differenti, l-indirizz postali;
  • l-isem, l-indirizz postali jew l-indirizz elettroniku tal-prattikant fl-insolvenza (riċevitur jew likwidatur) maħtur fil-proċedimenti;
  • il-limitu taż-żmien għall-preżentazzjoni tat-talbiet, jekk ikun hemm, jew referenza għall-kriterji biex jiġi kkalkulat dak il-limitu taż-żmien;
  • id-data tal-għeluq tal-proċedimenti prinċipali ta’ insolvenza, jekk ikun hemm;
  • il-qorti li quddiemha u, fejn applikabbli, il-limitu taż-żmien sa meta għandha tiġi ppreżentata kontestazzjoni tad-deċiżjoni li tiftaħ proċedimenti ta’ insolvenza skont l-Artikolu 5, jew referenza għall-kriterji biex jiġi kkalkulat dak il-limitu taż-żmien;
  • il-ftuħ u l-għeluq ta’ azzjonijiet revokatorji li jikkonċernaw l-assi tad-debitur, l-isem tal-qorti rilevanti u n-numru tal-każ;
  • il-ftuħ u l-għeluq ta’ azzjonijiet biex tiġi stabbilita r-responsabbiltà tad-diretturi, tad-diretturi preċedenti, tal-membri jew tas-sidien tal-persuna ġuridika ta’ debitur għal attivitajiet min-naħa tagħhom li għamlu ħsara lill-interessi tal-kredituri, l-isem tal-qorti rilevanti u n-numru tal-każ;
  • jekk il-proċedimenti twettqux bħala proċedimenti ta’ likwidazzjoni simplifikati.

Kif tfittex fir-reġistru ta' insolvenza tal-Ungerija

Il-kriterju tat-tfittxija jista’ jintgħażel minn menu li jinżel. Bl-użu tal-menu li jinżel, huwa possibbli li wieħed ifittex fir-reġistru ta' insolvenza billi jdaħħal wieħed minn dawn li ġejjin:

  • isem id-debitur;
  • in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija/in-numru tar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili;
  • in-numru tal-każ tal-proċedimenti.

Informazzjoni dettaljata dwar it-tiftix tista’ tinstab fis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://fizeteskeptelenseg.im.gov.hu/#/help.

Skont il-leġiżlazzjoni attwali, mhuwiex possibbli tiftix dirett ta’ data bil-massa jew tniżżil ta’ data mir-reġistru ta' insolvenza.

L-aħħar aġġornament: 09/07/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Malta

X'joffri s-Servizz tal-Insolvenza ta' Malta?

Is-Servizz tal-Insolvenza ta' Malta joffri dettalji dwar kawzi fil-Qrati Maltin dwar insolvenza ta' kumpaniji jew falliment ta' individwi kif ukoll dettalji dwar informazzjoni li jirċievi r-Reġistratur tal-Kumpaniji dwar dikjarazzjonijiet ta' insolvena mid-diretturi ta' kumpaniji fi stat ta' insolvenza.

L-aċċess għal dan ir-Reġistru huwa mingħajr ħlas?

L-aċċess għal dan ir-Reġistru huwa mingħajr ħlas u r-Reġistru huwa aċċessibbli minn din il-link:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://ecourts.gov.mt/onlineservices/Insolvencies

Kif tfittex fir-Reġistru tal-Insolvenza?

Tista' tfittex fir-Reġistru tal-Insolvenza jew bl-isem tad-debitur jew bin-numru tal-Karta tal-Identita' tiegħu jew bin-numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpanija.

L-istorja tas-Servizz tal-Insolvenza ta' Malta

Qabel ma sar dan ir-Reġistru tal-Insolvenza, l-informazzjoni dwar kumpaniji fi stat ta' insolvenza kienet tinzamm mir-Reġistratur tal-Kumpaniji filwaqt li l-informazzjoni dwar kawzi ta' insolvenza u ta' falliment kienet tinzamm mill-Qorti. L-informazzjoni mizmuma mill-Qorti kienet tiġi ppublikata fil-website fejn tiġi ppublikata informazzjoni dwar il-kawzi in ġenerali. Ir-Reġistru tal-Insolvenza sar aċċessibbli għall-pubbliku f'Jannar 2018 u fih dettalji dwar insolvenza u falliment li jmorru lura għall-1 ta' Jannar 2014.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://ecourts.gov.mt/onlineservices/Insolvencies

L-aħħar aġġornament: 04/05/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Olanda

Din il-paġna tagħti introduzzjoni qasira dwar ir-Reġistru tal-Insolvenza Netherlandiż.

X’informazzjoni fih ir-reġistru tal-insolvenza Netherlandiż?

Fin-Netherlands, hemm tliet tipi ta’ insolvenza:

  • Falliment
  • Moratorju (jew “sospensjoni tal-pagament”)
  • Ristrutturar tad-dejn

Il-qrati distrettwali huma responsabbli għad-deċiżjonijiet dwar dawn it-tipi kollha ta’ insolvenza u għaż-żamma tad-data rilevanti fir-reġistri tagħhom stess. Huma responsabbli wkoll għat-trasmissjoni (awtomatizzata) tan-notifiki tal-insolvenza lill-Kunsill għall-Ġudikatura (Raad voor de rechtspraak). Il-Kunsill għall-Ġudikatura juża dawn in-notifiki jew ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Ċentrali tal-Insolvenza (CIR, Central Insolvency Register)

Is-CIR fih l-informazzjoni kollha min-notifiki tal-insolvenza ppubblikati, inkluż:

  • Dettalji personali
  • Ismijiet tal-kumpaniji
  • IDs tar-reġistru tan-negozju
  • Dettalji tal-kuraturi u l-amministraturi
  • In-notifiki preċedenti kollha

Ċaħda ta’ responsabilità tar-Reġistru tal-Insolvenza Netherlandiż

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Ċentrali tal-Insolvenza fih informazzjoni mir-reġistri lokali miżmuma minn diversi qrati distrettwali dwar il-fallimenti, is-sospensjoni tal-pagamenti, u l-kanċellazzjoni tad-dejn marbuta mal-persuni fiżiċi (individwi privati).

L-aċċess għar-Reġistru tal-Insolvenza Netherlandiż huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas.

Ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq l-aċċess għas-CIR online.

Servizz online huwa disponibbli għall-utenti tan-negozju biex jinfurmahom aktar malajr dwar l-aħħar pubblikazzjonijiet mir-reġistru.

Kif jista’ jsir tiftix fir-Reġistru tan-Negozju Netherlandiż?

Tista’ biss tfittex persuni fiżiċi permezz ta’:

  • l-isem u d-data tat-twelid
  • l-isem, il-kodiċi postali u n-numru tad-dar
  • id-data tat-twelid, il-kodiċi postali u n-numru tad-dar

Tista’ tfittex persuni ġuridiċi/ismijiet tal-kumpanija permezz ta’:

  • l-isem tal-persuna ġuridika/tal-isem tal-kumpanija
  • in-numru tal-Kamra tal-Kummerċ (Kamer van Koophandel)
  • il-kodiċi postali u n-numru tad-dar

Tista’ tfittex ukoll permezz tad-data, il-qorti distrettwali, it-tip ta’ pubblikazzjoni, ir-referenza tal-pubblikazzjoni jew in-numru tal-insolvenza.

L-istorja tar-Reġistru tal-Insolvenza Netherlandiż

Is-CIR inħoloq fl-1 ta’ Jannar 2005. Kull każ li seħħ jew ġie notifikat wara dik id-data jista’ jinstab fis-CIR.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Ċentrali tal-Insolvenza fin-Netherlands

L-aħħar aġġornament: 12/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Awstrija

Din it-taqsima tal-Portal tagħtik introduzzjoni fil-qosor għar-reġistru ta’ insolvenza tal-Awstrija.

X'joffri r-reġistru tal-insolvenza tal-Awstrija?

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru tal-insolvenza tal-Awstrija huwa prorpjetà tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja tal-Awstrija u jinżamm minnu. Dan għandu informazzjoni dwar il-bidu ta' proċedimenti ta' insolvenza u l-passi proċedurali prinċipali fil-proċess.

Ir-reġistru tal-insolvenza tal-Awstrija jiġi ppubblikat permezz tal-paġna web tal-Ediktsdatei ("il-bażi ta' dejta tal-avviżi legali").

L-aċċess għar-reġstru tal-insolvenza huwa bla ħlas?

Iva.

Kif għandek tfittex fir-reġistru tal-insolvenza tal-Awstrija

L-informazzjoni dettaljata hija disponibbli bil-Ġermaniż biss fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja tal-Awstrija, taħt l-intestatura Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaEdiktsdatei ("il-bażi tad-dejta tal-avviżi legali").

L-istorja tar-reġistru tal-insolvenza tal-Awstrija

Ir-reġistru tal-insolvenza tal-Awstrija ilu jopera mill-1999.

Ħolqiet relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-organizzazzjoni tal-ġustizzja – l-Awstrija

L-aħħar aġġornament: 13/08/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Polonja

Din it-taqsima tagħtik introduzzjoni qasira tar-Reġistru Pollakk tal-Falliment.

X’joffri r-Reġistru Pollakk tal-Falliment?

Il-websajt tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Pollakk tal-Falliment [rejestr podmiotów w upadłości] hija meqjusa bħala parti mir-Reġistru Nazzjonali tal-Qorti [Krajowy Rejestr Sądowy]. Hija tinkludi l-istess tip ta’ informazzjoni fuq kumpaniji li huma normalment inklużi fir-Reġistru Nazzjonali tal-Qorti, kif ukoll dettalji dwar:

  • kumpaniji
  • fondazzjonijiet
  • assoċjazzjonijiet
  • entitajiet oħra li ddikjaraw il-falliment tagħhom.

Informazzjoni dwar id-dati u l-kontenut speċifiku ta’ avviżi ta’ falliment hija disponibbli wkoll fuq ir-reġistru.

Ir-reġistru tal-falliment huwa proprjetà ta’ u miżmum mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja tal-Polonja, u l-informazzjoni li fih hija disponibbli bil-Pollakk u, parzjalment, bl-Ingliż.

L-aċċess għar-Reġistru Pollakk tal-Falliment huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għar-reġistru hu bla ħlas.

Kif tifttex fir-Reġistru Pollakk tal-Falliment

Mill-1 ta’ April 2009, ir-Reġistru Pollakk tal-Falliment jinkludi għodda ġdida għat-tfittxijiet li tagħmilha possibbli li wieħed ifittex għal entitajiet falluti u termini oħra.

L-aħħar aġġornament: 10/02/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Portugall

Din il-paġna tipprovdi introduzzjoni qasira għar-reġistru ta’ insolvenza Portugiż.

X’jinkludi r-reġistru ta' insolvenza?

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru ta' insolvenza elettroniku jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

  • In-numru tal-każ tal-insolvenza
  • L-identifikazzjoni tal-qorti fejn kien jew ikun qiegħed jinstema’ l-każ ta’ insolvenza
  • L-identifikazzjoni tal-persuna insolventi
  • L-identifikazzjoni tal-amministratur għall-insolvenza
  • Il-limitu taż-żmien għall-preżentazzjoni tat-talbiet
  • Id-data li fiha kienet iddikjarata l-insolvenza

Ir-reġistru elettroniku jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-każijiet ta’ insolvenza (ara hawn taħt).

Hemm xi ħlas għall-konsultazzjoni tar-reġistru ta' insolvenza Portugiż?

Le, il-konsultazzjoni tar-reġistru ta' insolvenza hija mingħajr ħlas.

Leġiżlazzjoni dwar ir-reġistru ta' insolvenza

Ir-reġistru ta' insolvenza Portugiż huwa regolat bl-Artikolu 38 tal-Código da Insolvência e da Recuperação de Empresas (Kodiċi tal-Insolvenza u tal-Irkupru Korporattiv), adottat bid-Digriet Amministrattiv Nru 53/2004 tat-18 ta’ Marzu 2004, kif emendat.

L-aħħar aġġornament: 04/10/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Rumanija

Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza – ir-Reġistru Rumen tal-Insolvenza, stabbilit mill-Ministeru tal-Ġustizzja – l-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ Nazzjonali

X’informazzjoni jipprovdi r-Reġistru Rumen tal-Insolvenza?

Il-proċedimenti ta' insolvenza fir-Rumanija

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza (BPI), ippubblikat elettronikament mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju, iħarrek il-partijiet, joħroġ avviżi u konvokazzjonijiet, u jipprovdi notifiki tal-atti proċedurali maħruġa mill-qrati u l-amministraturi tal-insolvenza/likwidaturi waqt il-proċedimenti tal-insolvenza skont il-Liġi Nru 85/2014 dwar il-prevenzjoni tal-insolvenza u l-proċedimenti tal-insolvenza.

“Debituri — persuni fiżiċi b’obbligi li ma jirriżultawx mill-operat ta’ impriża” hija taqsima tal-Bullettin dwar il-Proċedimenti ta’ Insolvenza, ippubblikat elettronikament mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tan-Negozju, li l-għan tagħha huwa li tippubblika, f’konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, id-deċiżjonijiet tal-kumitat tal-insolvenza u s-sentenzi tal-qorti, kif ukoll atti oħrajn li l-pubblikazzjoni tagħhom hija prevista mid-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 151/2015 dwar l-insolvenza ta’ persuni fiżiċi;

Proċedura ta’ insolvenza għal persuni ġuridiċi:

Il-proċedura ġenerali tal-insolvenza tapplika:

1. għall-professjonisti (dawk kollha li joperaw impriża), bl-eċċezzjoni ta’ dawk li jipprattikaw il-professjonijiet liberi u dawk li hemm dispożizzjonijiet speċjali relatati mar-reġim tal-insolvenza għalihom.

Il-proċedura ssimplifikata tal-insolvenza tapplika:

1. għall-professjonisti;

  • il-kummerċjanti waħdiena;
  • il-kumpaniji b’membru wieħed u għan-negozji tal-familja.

2. għad-debituri li jissodisfaw għadd ta’ kriterji speċifiċi, jiġifieri:

  • ma jkollhomx assi;
  • id-dokumenti kostituttivi jew tal-kontijiet ma jkunux jistgħu jinstabu;
  • l-amministratur ma jkunx jista’ jinstab;
  • l-uffiċċju rreġistrat ma jkunx għadu jeżisti jew ma jkunx għadu l-istess wieħed li hemm irreġistrat fir-reġistru kummerċjali; ma jkunux ppreżentaw id-dokumenti rikjesti mil-liġi;
  • ikunu s-suġġett ta’ xoljiment qabel ma jiġi ppreżentat ir-rikors;
  • ikunu ddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jfallu jew ma jkunux intitolati għal riorganizzazzjoni ġudizzjarja.

Mill-aħħar ta’ Ġunju 2014 ’l hawn, il-proċedura tal-insolvenza għall-persuni ġuridiċi hija rregolata mil-Liġi Nru 85/2014 dwar il-prevenzjoni tal-insolvenza u il-proċedimenti tal-insolvenza, li d-dispożizzjonijiet tagħha japplikaw għall-proċessi legali mibdija wara d-dħul fis-seħħ tagħha. Il-proċessi legali mibdija qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 85/2014 għadhom soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 85/2006 dwar il-proċedimenti tal-insolvenza.

Il-proċedura ta’ insolvenza ta’ persuni fiżiċi, irregolata mid-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 151/2015 dwar l-insolvenza ta’ persuni fiżiċi, fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2018, għandha tapplika għal debitur fiżiku li l-obbligi tiegħu ma jirriżultawx mill-operat ta’ impriża u li:

  • kien domiċiljat/residenti/abitwalment residenti fir-Rumanija għal mill-inqas 6 xhur qabel is-sottomissjoni tat-talba;
  • ikun insolventi;
  • ikollu ammont totali ta’ obbligi pendenti mill-inqas ugwali għall-valur tal-livell limitu (15-il paga minima għal kull ekonomija).

Il-proċedura ta’ insolvenza għal persuni fiżiċi tista’ tkun:

  • proċedimenti abbażi tal-pjan tar-ripagament tad-dejn;
  • proċedimenti ġudizzjarji ta’ insolvenza permezz tal-likwidazzjoni tal-assi;
  • proċedimenti ta’ insolvenza simplifikati.

Il-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza

X’informazzjoni jinkludi?

Il-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza fih l-atti proċedurali kollha maħruġa mill-qrati u mill-amministraturi tal-insolvenza/likwidaturi matul il-proċedimenti tal-insolvenza, jiġifieri:

  • taħrikiet;
  • komunikazzjonijiet;
  • avviżi;
  • avviżi ta’ laqgħat;
  • sentenzi;
  • atti proċedurali oħrajn meħtieġa mil-liġi (rapporti maħruġa mill-amministratur tal-insolvenza/likwidatur, pjanijiet ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja, tħabbir).

It-Taqsima “Debituri — persuni fiżiċi b’obbligi li ma jirriżultawx mill-operat ta’ impriża” tal-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza tinkludi dokumenti proċedurali previsti għall-pubblikazzjoni skont il-Liġi Nru 151/2015 dwar l-insolvenza ta’ persuni fiżiċi.

kif inhu strutturat is-sit web tal-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit tal-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza jinkludi aċċess għal dan li ġej:

  • informazzjoni bla ħlas;
  • informazzjoni rigward l-istruttura tal-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ Nazzjonali, id-Direttorat għall-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza;
  • leġiżlazzjoni speċifika, formoli pprovduti/ippubblikati mill-Bullettin u atti proċedurali.

Is-sit tal-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza (BPI) tinkludi t-taqsimiet li ġejjin:

  • informazzjoni rigward l-istabbiliment tal-BPI;
  • atti leġiżlattivi;
  • organigramma tal-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ Nazzjonali, l-uffiċċji tar-reġistri tal-kummerċ marbutin mal-qrati u l-BPI;
  • dizzjunarju ġuridiku (insolvenza);
  • data statistika mill-BPI;
  • tariffi;
  • informazzjoni ta’ kuntatt.

Il-formoli tal-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza jistgħu jiġu aċċessati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamill-portal tas-servizzi elettroniċi tal-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ Nazzjonali fit-taqsima ddedikata għall-Bulettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza, li hija strutturata kif ġej:

1. Servizzi BPI:

  • “Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza online” (bi ħlas);
  • “Taqsira tal-ħarġa tal-BPI” (informazzjoni bla ħlas);
  • “Persuni ppubblikati fil-BPI” (informazzjoni bla ħlas).

2. Formoli relatati mal-attivitajiet ta’ pubblikazzjoni tal-BPI:

  • Formoli online għall-pubblikazzjoni fil-BPI;
  • Formoli offline għall-pubblikazzjoni fil-BPI.

3. Formoli relatati mal-attivitajiet ta’ disseminazzjoni tal-informazzjoni tal-BPI:

  • Formoli online biex tingħata informazzjoni lill-BPI;
  • Formoli offline biex tingħata informazzjoni lill-BPI.

4. Statistika

L-aċċess għar-Reġistru tal-Insolvenza tar-Rumanija huwa bla ħlas?

Il-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza jiġi ppubblikat f’format elettroniku. Il-verżjoni elettronika tal-Bullettin tinsab online:

L-aċċess għas-servizzi pprovduti mill-BPI huwa divrenzjat:

  • l-utenti jistgħu jidħlu fis-sit web uffiċjali tal-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza bla ħlas u mingħajr ma jirreġistraw;
  • l-aċċess għall-portal tas-servizzi elettroniċi tal-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ Nazzjonali jirrikjedi li wieħed jirreġistra bħala utent;
  • l-aċċess għall-“Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza online” jingħata malli wieħed jirreġistra bħala utent u jħallas l-abbonament;
  • l-aċċess għat-“taqsira tal-ħarġa tal-BPI” u l-“Persuni ppubblikati fil-BPI” huwa bla ħlas u jirrikjedi biss li wieħed jirreġistra bħala utent.
  • L-aċċess għas-servizzi: It-Taqsima “Persuni ppubblikati fil-BPI” u t-taqsima “Debituri — persuni fiżiċi b’obbligi li ma jirriżultawx mill-operat ta’ impriża” jeħtieġu awtentikazzjoni u huma mingħajr ħlas għad-debituri, il-kredituri, l-amministraturi tal-proċedimenti u l-likwidaturi (f’kull kawża ta’ insolvenza fejn ikollhom waħda minn dawn il-kapaċitajiet), u għall-kumitati tal-insolvenza u l-qrati, l-aċċess għall-kawżi kollha ta’ insolvenza huwa mingħajr ħlas.

Kif tfittex fir-Reġistru tal-Insolvenza Rumen

Fil-“Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza online”, it-tiftix jista’ jsir: bl-użu tan-numru u s-sena tal-pubblikazzjoni ta’ ħarġa tal-BPI, b’isem il-persuna ppubblikata fil-BPI, bin-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa, bin-numru tar-reġistrazzjoni tar-Reġistru tal-Kummerċ, bin-numru ta’ referenza tal-kawża l-qorti jew bl-intervall tal-pubblikazzjoni tal-BPI. B’abbonament bil-ħlas, l-abbonati jistgħu jaċċessaw ħarġiet antiki li jkun fihom atti proċedurali fis-sħiħ.

Wieħed jista’ jfittex it-“taqsira ta’ ħarġa tal-BPI” bin-numru u d-data tal-ħarġa tal-BPI. L-informazzjoni li ġejja tista’ tiġi aċċessata bla ħlas:

  • it-tip ta’ att proċedurali ppubblikat fil-Bullettin (pereżempju: taħrika, deċiżjoni għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, notifika tal-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, konvokazzjoni għal laqgħa tal-kredituri, rapport ta’ attività, pjan ta’ riorganizzazzjoni, deċiżjoni għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment, notifika ta’ ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment, pjan ta’ distribuzzjoni, rapport finali, deċiżjoni biex jingħalqu proċedimenti ta’ insolvenza, eċċ.);
  • isem il-persuna ppubblikata fil-BPI;
  • il-kontea li l-persuna ġuridika ppubblikata fil-BPI għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fil-ġuriżdizzjoni tagħha;
  • in-numru ta’ referenza tat-taxxa;
  • in-numru tal-entrata fir-reġistru.

Tista’ tfittex fis-servizz “Persuni ppubblikati fil-BPI” bl-użu tan-numru u s-sena tal-pubblikazzjoni ta’ ħarġa tal-BPI, b’isem id-debitur, bin-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa, bin-numru tar-reġistrazzjoni tar-Reġistru tal-Kummerċ, bin-numru ta’ referenza tal-kawża l-qorti jew bl-intervall tal-pubblikazzjoni tal-BPI. L-informazzjoni li ġejja tista’ tiġi aċċessata bla ħlas:

  • isem;
  • in-numru ta’ referenza tat-taxxa;
  • numru ta’ reġistrazzjoni tal-persuna ppubblikata fil-BPI;
  • il-kontea li l-persuna ġuridika ppubblikata fil-BPI għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fil-ġuriżdizzjoni tagħha;
  • in-numru tal-kawża tal-insolvenza u isem il-qorti li l-kawża tkun irreġistrata għandha;
  • in-numri/snin tal-bullettini li d-dokumenti proċedurali ġew ippubblikati fihom;
  • it-tip ta’ proċedimenti ta’ insolvenza;
  • id-data tal-ewwel seduta stabbilita wara li jinfetħu l-proċedimenti ta' insolvenza, meta tkun applikabbli.

Tista’ tfittex fis-servizz “Persuni ppubblikati fil-BPI” fit-taqsima “Debituri — persuni fiżiċi b’obbligi li ma jirriżultawx mill-operat ta’ impriża” bil-kunjom, bl-isem, bin-numru tal-identifikazzjoni personali, bid-data tat-twelid u l-post tat-twelid tad-debitur, bin-numru u s-sena tal-pubblikazzjoni ta’ ħarġa tal-BPI, bin-numru tal-atti tal-insolvenza, bl-intervall tal-pubblikazzjoni. L-informazzjoni li ġejja hija aċċessibbli:

  • kunjom u isem id-debitur fiżiku;
  • in-numru ta’ identifikazzjoni personali tad-debitur;
  • l-indirizz tad-debitur;
  • id-data tal-identifikazzjoni u l-indirizz tal-amministratur proċedurali/tal-likwidatur;
  • dokumenti proċedurali ppubblikati - isem, numru u data, qorti/kumitat tal-insolvenza, numru u data tal-bullettin, tip ta’ proċedimenti ta’ insolvenza.

Tista’ tfittex fit-taqsima “Debituri — persuni fiżiċi b’obbligi li ma jirriżultawx mill-operat ta’ impriża” tal-BPI bil-kunjom, bl-isem, bin-numru tal-identifikazzjoni personali, bid-data tat-twelid u l-post tat-twelid tad-debitur, bin-numru u s-sena tal-pubblikazzjoni ta’ ħarġa tal-BPI, bin-numru tal-atti tal-insolvenza, bl-intervall tal-pubblikazzjoni. F’dik it-taqsima n-numri li d-dokumenti proċedurali jingħataw bihom huma aċċessibbli.

L-istorja tar-Reġistru tal-Insolvenza Rumen

Il-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza ġie stabbilit fl-2006, skont il-Liġi Nru 86/2006 dwar il-proċedimenti tal-insolvenza.

It-taqsima intitolata “Debituri — persuni fiżiċi b’obbligi li ma jirriżultawx mill-operat ta’ impriża” ilha inkluża fil-BPI mill-2018.

L-għan prinċipali tal-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza Rumen huwa l-ottimizzazzjoni kontinwa tas-sistema elettronika tat-taħrikiet, l-avviżi, il-konvokazzjonijiet u n-notifiki tal-atti proċedurali ppubblikati.

Il-benefiċċji tar-Reġistru tal-Insolvenza Rumen

Il-pubblikazzjoni tal-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza għandha benefiċċji ċari:

  • taċċellera l-proċedimenti tal-insolvenza u tissimplifika l-komunikazzjoni tat-taħrikiet, il-konvokazzjonijiet, in-notifiki, id-deċiżjonijiet tal-qorti u atti proċedurali oħrajn maħruġa mill-qrati u l-amministraturi tal-insolvenza/likwidaturi, u b’hekk tistabbilixxi proċedura ta’ komunikazzjoni elettronika;
  • tgħaqqad u tistandardizza l-atti proċedurali maħruġa mill-qrati u l-amministraturi tal-insolvenza/likwidaturi;
  • tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ bażi ta’ data nazzjonali ta’ atti proċedurali maħruġin mill-qrati u l-amministraturi tal-insolvenza/likwidaturi (jiġifieri taħrikiet, avviżi, deċiżjonijiet tal-qorti, konvokazzjonijiet, notifiki, rapporti, pjanijiet ta’ riorganizzazzjoni);
  • tiffaċilita d-dħul malajr fir-Reġistru tal-Kummerċ/reġistri oħrajn tan-notifiki tal-insolvenza maħruġin skont il-Liġi Nru 85/2014 dwar il-prevenzjoni tal-insolvenza u l-proċedimenti tal-insolvenza li jridu jiġu rreġistrati fir-reġistru;
  • tagħti aċċess lill-persuni interessati għall-atti proċedurali maħruġa mill-qrati u l-amministraturi tal-insolvenza/likwidaturi.

Ħoloq rilevanti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit web uffiċjali tal-Bullettin dwar il-Proċedimenti tal-Insolvenza tar-Rumanija

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit uffiċjali tar-Reġistru tal-Kummerċ tar-Rumanija

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIt-Taqsima “Debituri — persuni fiżiċi b’obbligi li ma jirriżultawx mill-operat ta’ impriża” tal-Bullettin dwar il-Proċedimenti ta’ Insolvenza

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-portal tas-servizzi elettroniċi tal-Uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ Nazzjonali Rumen

L-aħħar aġġornament: 02/09/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Slovenja

Din it-taqsima tipprovdilek introduzzjoni dwar ir-reġistru ta’ insolvenza tas-Slovenja. L-informazzjoni dwar ir-reviżjoni u l-pubblikazzjoni tal-proċedimenti ta’ insolvenza fis-Slovenja huma aċċessibbli onlajn.

X'joffri r-reġistru ta’ insolvenza Sloven?

Il-bażi tad-dejta Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidae-INSOLV tagħti informazzjoni dwar ir-reviżjoni ta’ proċedimenti ta’ insolvenza. Tipprovdi wkoll id-dejta li ġejja dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza:

  • għażla ta' dejta ta’ identifikazzjoni dwar id-debitur insolventi,
  • il-qorti li tkun qed tmexxi l-proċedimenti u n-numru tal-fajl tal-każ,
  • għażla ta' dejta ta’ identifikazzjoni dwar l-amministratur tal-proċedimenti ta’ insolvenza,
  • il-ftuħ tal-proċedimenti, l-iskadenza taż-żmien biex jitressaq rikors u dejta dwar atti proċedurali oħra fil-proċedimenti,
  • fil-każ ta’ proċediment ta’ falliment, dejta dwar il-valur tal-patrimonju fallut u l-proporzjonijiet ta’ rimborż għall-kredituri.

Il-bażi tad-dejta Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidae-Publications tagħti aċċess għal:

  • l-ordnijiet kollha tal-qrati (singular: sklep; plural: sklepi) maħruġa għal proċedimenti ta’ insolvenza, ħlief għall-ordnijiet dwar il-ġbir ta’ rimunerazzjonijiet regolari, l-ordnijiet dwar il-qbid ta’ assi finanzjarji, l-ordnijiet dwar it-terminazzjoni ta’ ġbir ta’ rimunerazzjonijiet regolari jew il-qbid ta’ assi finanzjarji;
  • avviżi dwar il-ftuħ tal-proċedimenti, avviżi dwar l-iffissar tas-smigħ, kif ukoll avviżi oħra jew sejħiet għal vot maħruġa skont il-liġi minn qorti;
  • il-minuti kollha tas-smigħ u tal-laqgħat tal-kumitat tal-kredituri;
  • ir-rapporti tal-amministratur u dokumenti mehmuża;
  • fi proċedimenti ta’ soluzzjoni mandatorja, ir-rapporti wkoll tad-debitur insolventi u dokumenti mehmuża;
  • listi ta’ rikorsi ppruvati;
  • rikorsi mressqa mill-partijiet tal-proċedimenti u dokumenti oħra tal-qorti, li l-pubblikazzjoni tagħhom hija prevista;
  • fi proċedimenti ta’ falliment, is-sejħiet kollha għal subbasta pubblika u stediniet biex isiru offerti għar-realizzazzjoni tal-patrimonju fallut.

Barra minn dan, jistgħu jinkisbu lista tal-amministraturi kollha(seznam vseh upraviteljev) u tal-proċedimenti ta’ insolvenza (seznam upraviteljev) li dawn ikunu qed jittrattaw mill-bażi tad-dejta e-Publications. Il-listi jiġu aġġornati kuljum.

Iż-żewġ bażijiet tad-dejta huma proprjetà ta'AJPES u ġestiti minnha, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Aġenżija tar-Repubblika Slovena għar-Rekords Pubbliċi Ġuridiċi u Servizzi Relatati (Agencija Republike Slovenije za javnopravne evidence in storitve).

L-aċċess għar-reġistru ta’ insolvenza Sloven huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess huwa bla ħlas. Sabiex ikollok aċċess għaliha, madankollu, trid tirreġistra bħala utent fil-websajt tal-AJPES u tikseb username u password.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru ta' insolvenza Sloven

Iż-żewġ bażijiet tad-dejta, inkluż is-sistemi ta’ tiftix, huma biss fil-lingwa Slovena. Hija possibbli tiftixa dwar dejta u dokumenti dwar il-proċedimenti ta' insolvenza li jikkonċernaw persuni ġuridiċi u negozjanti bl-użu tal-kriterji kollha ta' tiftix disponibbli, filwaqt li fil-każ ta' tiftix għal dejta u dokumenti dwar il-konsumaturi (persuni fiżiċi li mhumiex negozjanti) jistgħu jintużaw biss ċerti gruppi ta' dejta, sabiex tiġi mħarsa l-informazzjoni personali.

Il-bażi tad-dejtaIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidae-Publications tħallik tagħmel tiftixa għad-dokumenti ppubblikati lkonnessi ma’ proċedimenti ta’ insolvenza. Id-dokumenti ppubblikati jistgħu jiġu mfittxija skont:

  • It-tip ta' debitur (persuna ġuridika, persuna fiżika…),
  • It-tip ta' proċediment (falliment, soluzzjoni mandatorja…),
  • It-tip ta' dokument,
  • Id-Debitur (fittex skont l-isem tal-kumpanija, in-numru tat-taxxa jew in-numru tal-identifikazzjoni),
  • L-għamla ġuridika (kumpanija limitata pubblika, kumpanija limitata privata…)
  • In-numru tal-fajl,
  • Il-Qorti,
  • Id-data tal-att jew tal-pubblikazzjoni tad-dokument.

    Ir-riżultati tat-tiftix jitqiegħu f’ordni skont id-data tal-pubblikazzjoni.

Fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidae-INSOLV huwa possibli li ssir tiftixa għad-dejta dwar proċedimenti ta' insolvenza permezz ta':

  • In-numru tal-fajl,
  • Id-Debitur (l-isem u l-kunjom jew l-isem tal-kumpanija, in-numru ta' identifikazzjoni, l-indirizz, id-data tat-twelid)

L-istorja tar-reġistru tal-insolvenza tas-Slovenja

Id-dejta fir-reġistru ilha disponibbli mill-1 ta’ Ottubru 2008. Qabel din id-data, ċerta informazzjoni, bħall-avviżi pubbliċi fil-bidu tal-proċedimenti ta' insolvenza, kienet tiġi ppubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja (Uradni list Republike Slovenije; UL RS).

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-reġistru tal-insolvenza

L-aħħar aġġornament: 23/03/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Slovakkja

Din il-paġna tagħtik ħarsa ġenerali fil-qosor lejn ir-Reġistru ta’ Insolvenza tas-Slovakkja.

X’joffri r-reġistru ta’ insolvenza Slovakk?

Il-ħolqa tinfetaħ f’tieqa ġdidaIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru ta’ Insolvenza (Register úpadcov) huwa sistema ta’ informazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka, li huwa amministrat u mħaddem mill-Ministeru tal-Ġustizzja. Is-sistema ta’ informazzjoni tar-Reġistru ta’ Insolvenza tinkludi informazzjoni dwar proċedimenti ta’ insolvenza, proċedimenti ta’ ristrutturar u proċedimenti ta’ ħelsien mid-dejn skont l-Artikolu 10a(2) tal-Att Nru 7/2005 dwar il-falliment u r-ristrutturar u li jemenda xi atti oħra, kif emendat.

Id-data li ġejja hija disponibbli fir-Reġistru ta' Insolvenza:

  1. Informazzjoni dwar proċedimenti skont l-Att Nru 7/2005 bid-dettalji kif ġej:
    1. l-isem tal-qorti;
    2. ir-referenza tal-atti tal-proċedimenti;
    3. l-isem u l-kunjom tal-imħallef inkarigat mill-proċedimenti;
    4. l-ismijiet tar-rikorrent u tad-debitur; fil-każ ta’
      4.1 persuna fiżika, l-isem, il-kunjom, id-data tat-twelid, l-indirizz,
      4.2 persuna fiżika involuta fin-negozju, l-isem tan-negozju, l-isem, il-kunjom jekk ikun differenti mill-isem tan-negozju, in-numru ta’ identifikazzjoni jew kwalunkwe identifikazzjoni oħra, il-post tan-negozju,
      4.3 persuna ġuridika, l-isem tan-negozju, in-numru ta’ identifikazzjoni jew kwalunkwe identifikazzjoni oħra, u l-uffiċċju reġistrat;
    5. isem l-amministratur jew il-fiduċjarju maħtur;
    6. l-indirizz tal-uffiċċju tal-amministratur jew tal-fiduċjarju maħtur;
    7. id-data tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza jew tal-proċedimenti ta’ ristrutturar jew id-data tal-għoti ta’ protezzjoni mill-kredituri;
    8. id-data tad-dikjarazzjoni ta’ falliment, l-approvazzjoni tar-ristrutturar jew l-assenjazzjoni ta’ pjan ta’ ħlas lura;
    9. id-data tat-tmiem tal-proċedimenti ta’ insolvenza jew tal-proċedimenti ta’ ristrutturar;
    10. informazzjoni dwar jekk il-falliment inkwistjoni jkunx falliment żgħir jew le;
    11. informazzjoni dwar it-talbiet ippreżentati, skont ir-rekwiżiti tal-kontenut għal lista tat-talbiet;
    12. informazzjoni dwar it-talbiet ippreżentati bħala talbiet wara l-aġġudikazzjoni, skont ir-rekwiżiti tal-kontenut għal lista tat-talbiet wara l-aġġudikazzjoni;
    13. informazzjoni dwar abbozz ta’ pjan ta’ ħlas lura stabbilit mill-fiduċjarju;
    14. informazzjoni dwar l-assi tad-debitur, skont ir-rekwiżiti tal-kontenut għal inventarju tal-assi ta’ insolvenza;
    15. informazzjoni dwar il-laqgħa tal-kredituri u l-laqgħa tal-kumitat tal-kredituri, bid-dettalji tal-post, il-ħin u s-suġġett tal-laqgħa tal-kredituri, l-isem u l-kunjom tal-kredituri fil-każ ta’ persuni fiżiċi, jew l-isem kummerċjali tal-kredituri fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, informazzjoni dwar jekk il-kreditur ikunx membru tal-kumitat tal-kredituri, informazzjoni dwar il-firxa tad-drittijiet tal-vot tal-kreditur, u l-minuti tal-laqgħa tal-kumitat tal-kredituri;
    16. informazzjoni dwar il-laqgħa tal-kredituri fil-każ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza skont it-Taqsima Erbgħa ta’ dan l-Att, bid-dettalji tal-post, il-ħin u s-suġġett tal-laqgħa tal-kredituri;
    17. id-distribuzzjoni tar-rikavat;
    18. id-data tad-deċiżjoni dwar il-ħelsien tad-debitur jekk ikun ġie ddikjarat falliment jew ġie stabbilit pjan ta’ ħlas lura skont it-Taqsima Erbgħa ta’ dan l-Att;
    19. informazzjoni dwar l-impożizzjoni ta’ trusteeship ta’ monitoraġġ;
    20. informazzjoni dwar l-iskadenzi għall-partijiet fil-proċedimenti biex iwettqu azzjonijiet fl-ambitu tal-proċedimenti skont dan l-Att;
    21. informazzjoni dwar jekk il-proċedimenti ta’ insolvenza inkwistjoni jkunux proċedimenti prinċipali ta’ insolvenza, proċedimenti sekondarji ta’ insolvenza jew proċedimenti territorjali ta’ insolvenza f’konformità ma’ leġiżlazzjoni speċjali;
    22. informazzjoni dwar il-possibbiltà li jitressaq appell f’konformità ma’ leġiżlazzjoni speċjali;
    23. ir-rata ta’ rkupru għall-kredituri garantiti u mhux garantiti fi proċedimenti mwettqa skont it-Taqsimiet Tnejn u Tlieta ta’ dan l-Att;
    24. ir-rata ta’ rkupru għall-kredituri fi proċedimenti mwettqa skont it-Taqsima Erbgħa ta’ dan l-Att;
  2. lista tal-partijiet falluti fil-każ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza u lista tad-debituri fil-każ ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar, bid-dettalji kif mitluba mill-punt (4)(a);
  3. lista tal-partijiet falluti fil-każ ta’ proċedimenti mwettqa skont it-Taqsima Erbgħa ta’ dan l-Att, bid-dettalji kif mitluba mill-punt (4)(a);
  4. aktar informazzjoni dwar il-proċedimenti skont dan l-Att, ippubblikata fil-Ġurnal Kummerċjali (Obchodný vestník);
  5. informazzjoni dwar is-servizzi pprovduti mill-amministratur.

L-aċċess għar-Reġistru ta' Insolvenza Slovakk huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess u t-tiftix fir-Reġistru ta' Insolvenza huma mingħajr ħlas.

X’inhu l-metodu għat-tiftix fir-Reġistru ta' Insolvenza Slovakk?

Il-Il-ħolqa tinfetaħ f’tieqa ġdidaIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapaġna ewlenija tar-Reġistru ta' Insolvenza tinkludi żbarra tat-tfittxija, fejn tista’ ddaħħal it-test tat-tfittxija direttament jew, jekk ikun xieraq, li tispeċifika jekk it-tfittxija għandhiex tkun ristretta għall-kategoriji bħal Proċedimenti, Amministraturi, Assi jew Servizzi.

Storja tar-Reġistru ta' Insolvenza tar-Repubblika Slovakka

Is-sistema bdiet taħdem b’mod sħiħ fis-7 ta’ Diċembru 2015.

Ħoloq relatati

Il-ħolqa tinfetaħ f’tieqa ġdidaIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru ta’ Insolvenza

L-aħħar aġġornament: 09/04/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Finlandja

Hemm żewġ reġistri pubbliċi ta’ insolvenza fil-Finlandja: ir-reġistru tal-fallimenti u tar-ristrutturazzjonijiet u r-reġistru tal-aġġustamenti tad-dejn. Wieħed jista’ jfittex f’dawn ir-reġistri mingħajr ħlas permezz tas-servizz ta’ informazzjoni pprovdut miċ-Ċentru tar-Reġistru Legali Finlandiż.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-reġistru ta' insolvenza huwa servizz ta’ informazzjoni taċ-Ċentru tar-Reġistru Legali Finlandiż.

X’joffri r-reġistru ta' insolvenza Finlandiż?

Ir-reġistru jinkludi informazzjoni dwar insolvenzi miksuba mir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru tal-fallimenti u tar-ristrutturazzjonijiet u mir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru tal-aġġustamenti tad-dejn fuq djun imġarrba waqt l-attivitajiet kummerċjali ta’ individwu. Ir-reġistru jinkludi informazzjoni dwar rikorsi u deċiżjonijiet fir-rigward ta’ fallimenti u ristrutturazzjonijiet u, pereżempju, il-ħin u l-post tal-laqgħa tal-kredituri, l-iskadenza għas-sottomissjoni tat-talbiet u d-dettalji tar-riċevitur.

L-informazzjoni dwar l-aġġustament tad-dejn għal dejn imġarrab għal skopijiet personali għandha tintalab direttament miċ-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru tar-Reġistru Legali, li jipprovdi l-informazzjoni mingħajr ħlas.

L-aċċess għar-reġistru ta' insolvenza Finlandiż huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għar-reġistru huwa mingħajr ħlas.

Kif tfittex fir-reġistru ta' insolvenza Finlandiż

Tista’ tfittex fir-reġistru ta' insolvenza billi tuża l-isem, in-numru tal-identità jew l-ID tan-negozju tad-debitur, fi żmien ċertu perjodu, u l-isem tar-riċevitur jew tal-likwidatur.

Meta tintalab informazzjoni miċ-Ċentru tar-Reġistru Legali dwar dejn imġarrab għal skopijiet personali, iridu jiġu pprovduti dawn li ġejjin:

  • L-isem tal-persuna li tkun qed tintalab id-data tagħha
  • In-numru tal-identità tal-persuna li tkun qed tintalab id-data tagħha
  • L-isem u n-numru tat-telefon ta’ min jagħmel it-talba u l-indirizz fejn għandha tintbagħat l-informazzjoni

Storja tar-reġistru ta' insolvenza Finlandiż

Ir-reġistri għandhom informazzjoni mill-1995 ’il quddiem.

Ħoloq relatati

Bil-Finlandiż

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru ta’ insolvenza

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru tar-Reġistru Legali (Oikeusrekisterikeskus): reġistri

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru ta’ fallimenti u ristrutturazzjonijiet (konkurssi- ja yrityssaneerausrekisteri)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru ta’ aġġustamenti tad-dejn (velkajärjestelyrekisteri)

Ingliż

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru tar-Reġistru Legali: Reġistri

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru ta’ fallimenti u ristrutturazzjonijiet

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru ta’ aġġustamenti tad-dejn

Bl-Iżvediż

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru tar-Reġistru Legali (Rättsregistercentralen): reġistri

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru ta’ fallimenti u ristrutturazzjonijiet (Konkurs- och företagssaneringsregistret)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru ta’ aġġustamenti tad-dejn (Skuldsaneringsregistret)

L-aħħar aġġornament: 10/07/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Svezja

Din it-taqsima tipprovdik b’informazzjoni dwar ir-reġistru ta’ insolvenza Żvediż.

X’joffri r-reġistru ta’ insolvenza Żvediż?

L-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediż iżomm bosta reġistri li jipprovdu informazzjoni dwar kumpaniji rreġistrati. L-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediż ma jżommx reġistru uniku u koerenti ta’ persuni naturali u legali li ġew dikjarati insolventi. Hemm reġistru, miżmum mill-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediż, ta’ persuni naturali u patrimonji li ġew dikjarati insolventi, Madankollu, l-informazzjoni dwar il-kumpaniji li ġew dikjarati insolventi hija rreġistrata f’bosta reġistri tal-kummerċ ġestiti mill-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediż. L-aċċess għall-informazzjoni dwar persuni naturali, patrimonji u kumpaniji mir-reġistri ġestiti mill-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediż huwa disponibbli minn faċilità ta’ tiftix fuq l-Internet.

Minn hawn ’il quddiem, l-informazzjoni dwar l-insolvenza tal-kumpaniji, tal-persuni naturali u tal-patrimonji li tinsab fir-reġistru differenti tal-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediż tissejjaħ bħala r-Reġistru ta’ Insolvenza tal-Iżvezja (u tinkludi kemm l-informazzjoni aċċessibbli mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafaċilità ta' tiftix fuq l-Internet kif ukoll kuntatt dirett mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediż).

Ir-Reġistru fih informazzjoni dwar kumpaniji, persuni naturali u patrimonji fi stadji differenti ta’ insolvenza. Ir-Reġistru ġeneralment fih dawn it-tipi ta’ informazzjoni li ġejjin:

  • Data tal-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza
  • Isem tal-qorti responsabbli
  • Isem, indirizz u numru ta’ reġistrazzjoni / numru ta’ kodiċi personali tas-suġġett
  • Stat tal-proċedimenti
  • Isem u indirizz tat-trustee

L-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediż huwa l-proprjetarju tar-Reġistru u jżommu aġġornat.

L-informazzjoni sottomessa mill-qrati biss tiġi ppubblikata fir-Reġistru. L-informazzjoni tiġi mdaħħla dakinhar li l-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediż jirċeviha mill-qorti. Meta persuna naturali tiġi dikjarata insolventi, l-informazzjoni hija inkluża fir-reġistri tal-kummerċ li tista’ tkun irreġistrata fihom il-persuna naturali.

L-aċċess għar-reġistru ta' insolvenza Żvediż huwa mingħajr ħlas?

L-informazzjoni li tinsab fir-Reġistru tal-Kummerċ Żvediż hija disponibbli mingħajr ħlas billi tikkuntattja lill-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediż bit-telefon. Għal talbiet biex tirċievi informazzjoni bil-miktub, jintalab dritt fil-parti l-kbira tal-każijiet.

L-aċċess għall-informazzjoni dwar l-insolvenza tal-kumpaniji billi tuża l-faċilità ta’ tiftixa fuq l-Internet huwa mingħajr ħlas. Informazzjoni addizzjonali hija disponibbli biss lill-utenti rreġistrati li jħallsu.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru ta' insolvenza Żvediż

Biex wieħed jirċievi informazzjoni li tinsab fir-reġistru, jista’ jikkuntattja lill-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji Żvediż bil-posta, bil-posta elettronika jew bit-telefon. Il-faċilità ta’ tiftixa fuq l-Internet tippermetti tiftixa fir-Reġistru permezz ta’ isem il-kumpanija, numru ta’ reġistrazzjoni jew numru ta’ kodiċi personali. 

L-istorja tar-reġistru ta' insolvenza Żvediż

L-informazzjoni li tinsab fir-Reġistru tinżamm għal perjodu ta’ ħames snin

L-aħħar aġġornament: 01/05/2010

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Reġistri tal-insolvenza - L-Ingilterra u Wales

Din il-paġna tipprovdik b’informazzjoni dwar ir-reġistru tal-insolvenza individwali għall-Ingilterra u Wales.

X’joffri s-Servizz tal-Insolvenza (Is-Servizz) tal-Ingilterra u Wales?

Is-Servizz ta' Insolvenza tal-Ingilterra u Wales huwa obbligat mil-liġi li jżomm ir-reġistri tal-insolvenza individwali, ir-restrizzjonijiet tal-fallimenti u r-restrizzjonijiet tal-ħelsien mid-dejn. Ir-"Reġistru ta' Insolvenza Individwali" huwa amalgamazzjoni ta' dawn ir-reġistri u fih dettalji dwar:

  • il-fallimenti li għadhom għaddejjin u dawk li ntemmu fl-aħħar tliet xhur
  • l-ordnijiet ta' ħelsien mid-dejn li għadhom għaddejjin u dawk li ntemmu fl-aħħar tliet xhur
  • l-arranġamenti volontarji individwali li għadhom għaddejjin u l-arranġamenti volontarji rapidi, inklużi dawk li ntemmu fl-aħħar tliet xhur
  • ordnijiet jew impenji ta' restrizzjonijiet ta' falliment li għadhom għaddejjin u ordnijiet ta' restrizzjonijiet ta' falliment interim
  • ordnijiet ta' restrizzjonijiet ta' ħelsien mid-dejn li għadhom għaddejjin u ordnijiet ta' restrizzjonijiet ta' ħelsien mid-dejn interim.

L-aċċess għar-reġistru tal-Insolvenza Individwali tal-Ingilterra u Wales huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għar-reġistru huwa mingħajr ħlas.

Kif tfittex fir-Reġistru tal-Insolvenza Individwali għall-Ingilterra u Wales

Ir-reġistru jinsab fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit tas-Servizz tal-Insolvenza, u tista' ssibu taħt "Find someone". Billi tikklikkja l-ħolqa għar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru ta' Insolvenza Individwali, tista’ tfittex fir-reġistru b’isem l-individwu jew l-isem kummerċjali.

L-istorja tas-Servizz tal-Insolvenza tal-Ingilterra u Wales

Is-Servizz tal-Insolvenza huwa aġenzija eżekuttiva tad-Dipartiment għan-Negozju, l-Innovazzjoni u l-Ħiliet u permezz tar-riċevitur uffiċjali huwa:

  • jamministra u jinvestiga l-affarijiet tal-fallimenti, individwi suġġetti għal ordnijiet ta' ħelsien mid-dejn, u kumpaniji u soċjetajiet stralċati mill-qorti u jistabbilixxi għalfejn spiċċaw insolventi
  • jaġixxi bħala fiduċjarju/likwidatur meta ma jinħatarx prattikant fl-insolvenza mis-settur privat
  • jaġixxi bħala nominat u superviżur f'arranġamenti volontarji individwali rapidi.

Barra minn hekk is-Servizz:

  • jimxi fuq rapporti dwar imġiba ħażina minn falluti u individwi suġġetti għal ordnijiet ta' ħelsien mid-dejn, u diretturi
  • jittratta l-iskwalifika ta' diretturi mhux xierqa fil-fallimenti kollha tal-kumpaniji
  • jittratta l-ordnijiet u l-impenji tal-falliment, u ordnijiet u impenji ta' ħelsien mid-dejn
  • jawtorizza u jirregola l-professjoni tal-insolvenza
  • jevalwa u jħallas l-intitolamenti statutorju għall-ħlasijiet tas-sensji meta impjegatur ikun legalment insolventi
  • jipprovdi servizzi ta' investiment u ta' kontabbiltà tal-patrimonju għall-falliment u l-likwidazzjoni tal-fondi tal-patrimonju
  • imexxi investigazzjonijiet kunfidenzjali fil-kumpaniji biex jiskopri l-fatti meta dawn ikunu ta' interess pubbliku
  • jagħti pariri lill-Ministri u d-dipartimenti u aġenziiji governattivi dwar l-insolvenza, is-sensji u kwistjonijiet relatati oħrajn
  • jipprovdi informazzjoni lill-pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mal-insolvenza, is-sensji u l-investigazzjoni permezz tas-sit elettroniku u l-pubblikazzjonijiet tiegħu u l-Linja Telefonika għall-Mistoqsijiet dwar l-Insolvenza.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà tar-reġistru tal-insolvenza Individwali tal-Ingilterra u Wales

Id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà testwali fuq is-sit elettroniku tgħid:

“Filwaqt li sar kull sforz sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni provduta hija preċiża, xi kultant jistgħu jsiru żbalji. Jekk tidentifika informazzjoni li tidher inkorretta jew tidher li tħalliet barra, jekk jogħġbok għarrafna billi tuża l-ħoloq li jinsabu f’dan is-sit, biex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nikkoreġu l-bażi ta' dejta kif meħtieġ.

Is-Servizz tal-Insolvenza ma jistax jaċċetta responsabbiltà għal żbalji jew omissjonijiet b’riżultat ta’ negliġenza jew xi ħaġa oħra. Innota li s-Servizz tal-Insolvenza u r-riċevituri uffiċjali ma jistgħux jipprovdu pariri legali jew finanzjarji. Għandek tfittex dan mingħand l-Uffiċċju għall-Pariri għaċ-Ċittadini, avukat, kontabilista kwalifikat, prattikant awtorizzat tal-insolvenza, konsulent finanzjarju magħruf jew ċentru tal-pariri.

Ir-Reġistru tal-Insolvenza Individwali huwa reġistru disponibbli pubblikament u s-Servizz tal-Insolvenza ma jaċċettax, jew ma jagħmel ebda rappreżentazzjoni dwar, kwalunkwe użu li jsir mid-dejta fuq ir-reġistru minn partijiet terzi”.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz ta' Insolvenza

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru tal-Insolvenza Individwali

L-aħħar aġġornament: 04/12/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Reġistri tal-insolvenza - L-Irlanda ta’ fuq

Din it-taqsima tipprovdik b’informazzjoni dwar ir-reġistru ta’ insolvenza tal-Irlanda ta’ Fuq.

X'joffri r-reġistru tal-insolvenza tal-Irlanda ta' Fuq?

Fl-Irlanda ta' Fuq mhemmx reġistru tal-insolvenza partikolari. Is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq iżomm informazzjoni fuq persuni li ġew iddikjarati falluti f'dawn l-aħħar għaxar snin. Din l-informazzjoni tinsab fuq bażi tad-dejta onlajn, li tista' tintuża għat-tiftix mill-pubbliku bi ħlas ta' tariffa. Għal aktar informazzjoni dwar din il-faċilità ta' tiftix onlajn għall-fallimenti ara s-sit elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq.

Is-servizz ta' insolvenza tad- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDipartiment tal-Intrapriżi, il-Kummerċ u l-Investimenti (Online DETI) jittratta kwistjonijiet ta' insolvenza.

L- għan u l-irwol tas-Servizz tal-Insolvenza huwa li:

  • Jamministra u jinvestiga l-kwistjonijiet ta' fallimenti u kumpaniji bi stralċ obbligatorju
  • Jistabbilixxi r-raġunijiet għall-insolvenza
  • Jieħu ħsieb l-iskwalifika tad-diretturi fl-insolvenzi korporattivi kollha
  • Jaffaċċja l-attività qarrieqa fil-ġestjoni tan-negozji insolventi
  • Jirregola l-professjoni tal-insolvenza
  • Iħaddem il-kont tal-insolvenza
  • Jippromulga leġiżlazzjoni u politika dwar l-insolvenza speċifika għall-Irlanda ta' Fuq

Online DETI hija ta' u ġestita mid- Dipartiment tal-Intrapriżi, l-Kummerċ u l-Investiment.

L-aċċess għal Online DETI tal-Irlanda ta' Fuq huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas.

Kif tfittex fl-Online DETI tal-Irlanda ta' Fuq

Is-Servizz tal-Insolvenza attwalment iżomm aġġornati ir-reġistri li ġejjin: l-Arranġamenti Volontarji Individwali (IVAs) u l-Arranġamenti Volontarji Prijoritarji (FTVAs), Ordnijiet ta' Restrizzjonijiet fuq il-Fallimenti jew Ftehimiet(BROs / BRUs), Ordnijiet ta' Ħlas tad-Dejn (DRO's) u Ordnijiet ta' Restrizzjonijiet fuq Ħlas tad-Dejn jew Ftehimiet (DRROs / DRRUs).

Tista' tfittex għal individwu onlajn permezz tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistri IVA, DRO, DRRO u DRRU .

Għal aktar informazzjoni dwar ir-Reġistri tal-Insolvenza fittex Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOnline DETINI

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq

L-aħħar aġġornament: 14/08/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Reġistri tal-insolvenza - Skozja

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar ir-reġistru tal-insolvenza tal-Iskozja.

X'għandu x'joffri r-Reġistru tal-Insolvenzi tal-Iskozja?

Is-sit elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAccountant in Bankruptcy fih gwidamaterjal dwar l-insolvenza fl-Iskozja. Dan jipprovdi:

  • Aċċess għal-leġiżlazzjoni
  • Ħolqa għar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru dwar l-Insolvenzi, li fiha dettalji dwar:
    • Fallimenti
    • Restrizzjonijiet fuq il-fallimenti
    • Atti protetti dwar it-trusts
    • Likwidazzjonijiet u riċevituri ta' negozji fl-Iskozja (inkluż l-istralċ solventi).
    • Moratorji

Ir-Reġistru dwar l-Insolvenzi tal-Iskozja ma għandux dettalji tal-amministrazzjonijiet tal-kumpaniji.

Is-sit elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDAS Scotland jagħtik pariri dwar il-flus u d-dejn, materjal għal konsulenti finanzjarji approvati, informazzjoni dwar l-iskema ta' arranġament tad-dejn (skema statutorja dwar il-ġestjoni ta' pagamenti fuq perjodu raġonevoli, bi protezzjoni mill-azzjoni tal-kreditur).

Ir-Reġistru dwar l-Insolvenzi tal-Iskozja huwa l-proprjetà ta' u ġestit mill-Kontabilista fi proċedimenti ta’ falliment.

Ir-Reġistru DAS (Ir-Reġistru tal-Iskema ta' Arranġament tad-Dejn) tal-Iskozja

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru DAS Register tal-Iskozja jagħti informazzjoni dwar programmi ta' pagament ta' dejn approvati u pendenti. Huwa jipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-moratorji attwali. Ir-reġistru tad-DAS jappartjeni u huwa miżmum mill-Kontabilista fi proċedimenti ta’ falliment bħala parti mir-rwol tiegħu/tagħha bħala amministratur tad-DAS.

L-aċċess għar-Reġistru tal-Insolvenzi tal-Iskozja huwa mingħajr ħlas?

L-aċċess għar-reġistru tal-insolvenzi tal-Iskozja huwa mingħajr ħlas. Hija disponibbli wkoll data kummerċjali li tista' titniżżel kuljum. Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaroienquiries@aib.gsi.gov.uk

L-aċċess għar-reġistru DAS tal-Iskozja huwa mingħajr ħlas?

L-aċċess għar-reġistru DAS huwa mingħajr ħlas.

Kif tagħmel tiftixa fir-Reġistru tal-Insolvenzi tal-Iskozja

Ir-Reġistru tal-Insolvenzi tal-Iskozja jinsab online.

Kif tagħmel tiftix fir-reġistru DAS

Ir-reġistru DAS jinsab online.

L-istorja tar-reġistru tal-insolvenza tal-Iskozja

It-tiftix fir-Reġistru tal-Insolvenzi jagħtik id-dettalji ta' kull każ "attwali" ta' falliment, kif ukoll ta' dawk li ngħalqu fl-aħħar sentejn. Fil-każ tal-atti protetti tat-trusts, ir-reġistru jagħtik id-dettalji tal-każijiet "attwali", kif ukoll ta' dawk li ngħalqu fl-aħħar sena. Bl-istess mod, it-tiftix fuq riċevituri jew stralċ jagħtik dettalji dwar każijiet "attwali" kif ukoll dwar dawk li ngħalqu s-sena li għaddiet.

It-tiftix dwar moratorji se juri l-moratorji attwali kollha. Moratorju jitneħħa wara sitt ġimgħat jew wara l-għoti ta’ falliment, protezzjoni ta’ att ta’ trust, jew approvazzjoni ta’ DPP taħt DAS.

L-istorja tar-Reġistru DAS

Is-sit elettroniku tar-Reġistru DAS ikopri informazzjoni dwar il-programmi ta' pagament ta' dejn approvati u pendenti. Huwa jipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-moratorji attwali.

Ħoloq Relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKontabilista fi proċedimenti ta’ falliment

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru dwar l-Insolvenzi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru DAS

L-aħħar aġġornament: 15/07/2020