Jekk tkun involut f'tilwima legali jew tkun qed tfittex parir legali jista' jkun li jkollok bżonn avukat.
Jekk ikollok bżonn tiżgura sigurtà u effettività legali għal dokument privat jew tinfurza att jew tfittex arbitru dwar tilwima, jew anke sempliċiment, ikollok bżonn parir legali, jista' jkollok bżonn nutar.
Jekk int
- ikollok bżonn tifhem jew li jifhmuk waqt seduta li ssir fi Stat Membru ieħor,
- ikollok bżonn traduzzjoni legali ta' dokument jew ta' kuntratt,
- ikollok bżonn interpretazzjoni fil-qorti, f'għassa tal-pulizija jew quddiem awtoritajiet amministrattivi, tista' tkun tixtieq tuża traduttur jew interpretu legali.
jekk tiddeċiedi li tirrikorri għall-medjazzjoni trid issib medjatur li jista' jgħinek tiddiskuti l-affarijiet u tilħaq ftehim.
Jekk għandek bżonn teżamina oġġett jew sitwazzjoni li teħtieġ speċjalist fil-qasam tista' titlob għas-servizzi ta' espert forensiku.
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.