Izvorna jezična inačica ove stranice grčki nedavno je izmijenjena. Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Swipe to change

Tradutturi/Interpreti legali

Cipar

It-traduzzjonijiet isiru bl-għajnuna ta’ tradutturi esterni mniżżla f’elenku miżmum mill-Uffiċċju tal-Istampa u tal-Informazzjoni (Γραφείο Τύπου και Πληροφοριών) u jiġu ċċertifikati minn tradutturi bil-ġurament. L-Uffiċċju tal-Istampa u tal-Informazzjoni (UII) huwa dipartiment tal-Ministeru tal-Intern (Υπουργείο Εσωτερικών). L-iskop tal-UII huwa li jipprovdi informazzjoni kontinwa u oġġettiva lill-midja internazzjonali u liċ-ċittadini ta’ Ċipru dwar kwistjonijiet relatati ma’ Ċipru u mal-Kwistjoni ta’ Ċipru, permezz tal-forom ġodda kollha tat-teknoloġija tal-informazzjoni, sabiex jipprojjetta b’suċċess il-gvern u xogħlu u jipprovdi informazzjoni globali liċ-ċittadini dwar kwistjonijiet relatati mal-integrazzjoni ta’ Ċipru fl-Unjoni Ewropea. L-UII għandu wkoll ir-responsabbiltà li jipproduċi materjal informattiv bħal fuljetti, films u CDs. Uħud mid-dipartimenti tal-UII jittrattaw direttament ma’ u jaqdu lill-pubbliku. Wieħed minn dawn huwa d- Dipartiment tat-Traduzzjonijiet (Κλάδος Μεταφράσεων).

Sadržaj omogućio
Cipar
Službeni prijevod nije dostupan u jezičnoj verziji koju tražite.
Ovdje možete pristupiti strojnom prijevodu ovog sadržaja. Imajte na umu da je svrha tog prijevoda samo pružiti kontekst. Vlasnik ove stranice ne prihvaća nikakvu odgovornost ni obvezu u pogledu kvalitete strojno prevedenog teksta.

DIPARTIMENT TAT-TRADUZZJONIJIET

Id-Dipartiment tat-Traduzzjonijiet tal-UII ilu jipprovdi servizzi ta’ traduzzjoni sa mill-1990, meta ġie stabbilit b’deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali sabiex tkun sodisfatta d-domanda għal traduzzjonijiet kemm fis-setturi privati kif ukoll f’dawk pubbliċi.

Il-persunal fid-dipartiment dejjem jaġixxi skont il-liġijiet u r-regolament, mingħajr preġudizzju jew diskriminazzjoni, u jagħmel kull sforz possibbli biex jipprovdi servizz immedjat.

TRADUZZJONIJIET IĊĊERTIFIKATI

Id-Dipartiment tat-Traduzzjonijiet jittrattata t-traduzzjonijiet ta’ dokumenti/testi li ġeneralment jeħtieġu ċertifikazzjoni uffiċjali. Jiġu offerti traduzzjonijiet iċċertifikati fil-lingwi li ġejjin:

  • Il-Grieg
  • L-Ingliż
  • Il-Franċiż
  • Ir-Russu
  • Il-Ġermaniż
  • It-Taljan
  • L-Għarbi
  • Il-Pollakk
  • Ir-Rumen
  • Is-Serb
  • Il-Bulgaru
  • L-Ungeriż
  • L-Olandiż
  • L-Ispanjol
  • Iċ-Ċiniż
  • L-Iżvediż
  • Iċ-Ċek
  • L-Islovakk
  • It-Tork
  • Il-Portugiż
  • Il-Ġappuniż
  • L-Armen
  • L-Ukrajn
  • L-Albaniż
  • Il-Ġeorġjan, u
  • Il-Farsi

It-traduzzjonijiet isiru bl-għajnuna ta’ tradutturi esterni mniżżla f’elenku miżmum mill-Uffiċċju tal-Istampa u tal-Informazzjoni u jiġu ċċertifikati minn tradutturi bil-ġurament.

Id-dokumenti li jeħtieġ li jiġu tradotti jiġu maqsuma f’żewġ kategoriji, u jintalbu ħlasijiet differenti għal kull waħda. Id-dokumenti tal-Kategorija A huma dokumenti sempliċi (mhux speċjalizzati) filwaqt li dawk tal-Kategorija B huma dokumenti speċjalizzati.

Tista’ tikseb iktar informazzjoni dwar il-prezzijiet għal traduzzjonijiet iċċertifikati, iż-żmien ta’ aċċettazzjoni u ta’ konsenja, is-sigħat ta’ xogħol, eċċ. minn Informazzjoni dwar Traduzzjonijiet Iċċertifikati.

INFORMAZZJONI/KUMMENTI

Il-membri tal-pubbliku huma intitolati jitolbu informazzjoni u kjarifiki dwar is-servizzi pprovduti mid-Dipartiment tat-Traduzzjonijiet.

Huma intitolati wkoll iressqu kummenti jew ilmenti bil-miktub. Id-Dipartiment tat-Traduzzjonijiet jirrispondi għall-ittri kollha ffirmati fi żmien xahar.

KUNTATT

In-numri ta’ kuntatt għat-tradutturi:

  • +357 22801132,
  • +357 22801133,
  • +357 22801134,
  • +357 22801193.

In-numru ta’ kuntatt għall-Kap tad-Dipartiment: +357 22801131.

Uffiċċju tal-Istampa u tal-Informazzjoni (UII)

Triq Apelli

P.O. Box 1456, Nicosia, Ċipru

Τel.: +357 22801117, Faks: +357 22666123

e-mail: communications@pio.moi.gov.cy

L-aħħar aġġornament: 30/04/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.