- Kif issib traduttur jew interpretu legali fl-Awstrija
- Din il-lista tista’ tiġi aċċessata permezz tas-sit web JustizOnline, is-servizz ta’ informazzjoni diġitali tas-sistema ġudizzjarja Awstrijaka (justizonline.gv.at). Tista’ ssir tfittxija mmirata għall-interpreti abbażi ta’ kriterji stabbiliti. L-aċċess għal-lista ta’ interpreti tal-qrati huwa mingħajr ħlas?
- Kif tfittex traduttur tal-qrati fl-Awstrija
- L-aċċess għall-bażi tad-data tat-tradutturi huwa mingħajr ħlas?
- Ħoloq Relatati
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Kif issib traduttur jew interpretu legali fl-Awstrija
Il-Ministeru Federali Awstrijak għall-Ġustizzja iżomm lista (il-Gerichtsdolmetscherliste) ta’ interpreti tal-qorti li wrew li jissodisfaw ċerti rekwiżiti legali (bħall-pussess ta’ għarfien speċjalizzat adegwat) u li ħadu ġurament u ġew iċċertifikati mill-qrati.
Din il-lista tista’ tiġi aċċessata permezz tas-sit web JustizOnline, is-servizz ta’ informazzjoni diġitali tas-sistema ġudizzjarja Awstrijaka (justizonline.gv.at). Tista’ ssir tfittxija mmirata għall-interpreti abbażi ta’ kriterji stabbiliti. L-aċċess għal-lista ta’ interpreti tal-qrati huwa mingħajr ħlas?
Is-sit web JustizOnline huwa disponibbli għall-pubbliku u l-aċċess huwa mingħajr ħlas.
Kif tfittex traduttur tal-qrati fl-Awstrija
Minn JustizOnline t-tradutturi u l-interpreti jistgħu jinstabu bl-użu tal-kriterji ta’ tiftix li ġejjin:
- il-lingwa
- il-provinċja, u
- d-distrett tal-qorti.
Tfittxija ta’ test sħiħ tippermetti tfittxija aktar immirata tal-lista, pereż. abbażi tal-ispeċjalizzazzjonijiet indikati mill-interpreti tal-qrati.
L-aċċess għall-bażi tad-data tat-tradutturi huwa mingħajr ħlas?
Is-sit web huwa disponibbli għall-pubbliku u l-aċċess huwa mingħajr ħlas.
Ħoloq Relatati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.