Sib informazzjoni għal kull reġjun
Bħalissa, m’hemmx bażi tad-data elettronika tat-tradutturi tal-qorti.
Skont § 6(4) tad-Dispożizzjonijiet Finali tal-Att li jemenda l-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, l-Artikolu 403 tal-Att dwar is-Sistema Ġudizzjarja ġie emendat biex jinkludi paragrafu 2 ġdid li jagħti s-setgħa lill-Ministru tal-Ġustizzja, bil-qbil tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura, biex joħroġ regolament li jistabbilixxi: il-proċeduri u t-termini għall-proposti għall-inklużjoni u għall-bidliet fil-listi ta’ speċjalisti ċċertifikati bħala tradutturi; il-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati; u l-kundizzjonijiet u l-proċedura biex tiġi stabbilita r-remunerazzjoni tagħhom. Ir-Regolament Nru N-1 tas-16 ta’ Mejju 2014 dwar it-tradutturi tal-qorti (SG Nru 43 tat-23 ta’ Mejju 2014) inħareġ skont l-awtorizzazzjoni statutorja. Kull qorti provinċjali jew amministrattiva, u l-Qorti Kriminali Speċjalizzata, għandha reġistru li jelenka l-professjonisti ċċertifikati bħala tradutturi tal-qorti. Il-proposti għall-inklużjoni fil-listi ta’ tradutturi tal-qorti jistgħu jiġu sottomessi minn ministeri, minn aġenziji, minn istituzzjonijiet, minn muniċipalitajiet, minn organizzazzjonijiet professjonali u oħrajn u minn istituti akkademiċi, kif ukoll minn tradutturi tal-qorti prospettivi. Proposti għall-inklużjoni fil-listi jiġu sottomessi lill-President tal-qorti provinċjali jew amministrattiva rilevanti, jew lill-President tal-Qorti Kriminali Speċjalizzata.
Kwistjonijiet dwar ir-rikonoxximent u t-traduzzjoni legali ta’ dokumenti huma koperti mir-Regoli dwar ir-rikonoxximent, iċ-ċertifikazzjoni u t-traduzzjoni legali ta’ dokumenti u ta’ testi oħrajn, adottati permezz tad-Digriet Nru 184 tal-1958 tal-Kunsill tal-Ministri.
Ir-Regolament Nru 1 tas-16 ta’ Jannar 2008 dwar ir-reġistrazzjoni, il-kwalifiki u t-tariffi tal-periti tħassar mill-Qorti Amministrattiva Suprema. Tħejja regolament ġdid u ġie ppubblikat abbozz għall-konsultazzjoni pubblika fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja, f’konformità mal-Artikolu 26(2) tal-Att dwar l-Istrumenti Leġiżlattivi. L-abbozz intbagħat għall-approvazzjoni mill-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura u lill-Ministeru għall-Intern.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.