Sib informazzjoni għal kull reġjun
Attwalment, m'hemm stabbilita l-ebda bażi ta' data elettronika ta' interpreti ġudizzjarji. Madankollu, l-interpreti jistgħu jipparteċipaw fi proċedimenti tal-qorti bħala esperti. L-istatus tal-esperti huwa stabbilit fir-Regolament Nru 1 tas-16 ta' Jannar 2008 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Kwalifika u r-Rimunerazzjoni ta' Esperti (maħruġ ill-Kunsill Ġudizzjarju Suprem, Prom. SG 11/5 Frar 2008). F'kull qorti, hemm lista tal-persuni li jistgħu jipparteċipaw bħala esperti fil-proċedimenti tal-qorti (inklużi tradutturi u interpreti).
Il-proposti għall-inklużjoni ta' speċjalisti (inklużi tradutturi u interpreti) fuq il-listi tal-esperti jistgħu jsiru minn:
- Ministeri
- Dipartimenti
- Istituzzjonijiet
- Muniċipalitajiet
- Organizzazzjonijiet professjonali u oħrajn, u
- Istituzzjonijiet xjentifiċi.
Huma jistgħu jiġu indirizzati lill-president tal-qorti distrettwali jew amministrattiva rilevanti.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.