L-istatus ta’ interpreti permanenti tal-qorti (Stalni sudski tumači) huwa rregolat b’mod ġenerali mill-Att dwar il-Qrati (Zakon o sudovima) (Narodne novine (NN; Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nri 28/13, 33/15, 82/15, 82/16 u 67/18) u mir-Regoli dwar interpreti permanenti tal-qorti (Pravilnik o stalnim sudskim tumačima) (NN Nri 88/08 u 119/08), filwaqt li d-drittijiet u l-obbligi tagħhom fi proċeduri individwali huma rregolati minn liġijiet proċedurali speċjali (l-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o parničnom postupku), l-Att dwar il-Proċedura Kriminali (Zakon o kaznenom postupku)).
Sabiex ikun eliġibbli bħala interpretu permanenti tal-qorti, applikant jeħtieġlu jissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali għall-ammissjoni għas-servizz ċivili u, barra minn hekk, il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:
- Minbarra l-għarfien tal-lingwa Kroata, huwa jeħtieġlu li jkollu l-ħakma sħiħa ta’ lingwa barranija u, fejn, minbarra l-Kroat, il-lingwa ta’ komunità etnika jew nazzjonali jew ta’ minoranza tkun lingwa uffiċjali fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti, huwa jeħtieġlu jkollu wkoll il-ħakma sħiħa ta’ dik il-lingwa;
- Huwa jeħtieġlu li jkollu għarfien dwar l-organizzazzjoni tal-ġudikatura, l-amministrazzjoni tal-Istat u t-terminoloġija legali;
- Huwa jeħtieġlu li jkun kiseb grad universitarju.
Persuna ma tistax tiġi maħtura bħala interpretu permanenti tal-qorti jekk tkun prekluża milli tiġi ammessa fis-servizz ċivili skont l-Artikolu 49(a) tal-Att dwar l-Aġenti Ċivili (Zakon o državnim službenicima), u lanqas ma tista’ tiġi maħtura persuna li tkun ġiet kkundannata b’sentenza finali għal reat li jrendiha mhux denja li twettaq id-dmirijiet ta’ interpretu permanenti tal-qorti sakemm il-konsegwenzi legali tal-kundanna jippersistu, jew li hija pprojbita milli teżerċita l-professjoni fiż-żmien meta jkun qed ifittex il-ħatra bħala interpretu permanenti tal-qorti.
Ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE jew ċittadin barrani jista’ jinħatar ukoll bħala interpretu permanenti tal-qorti jekk ikollu għarfien tal-ġudikatura, tal-amministrazzjoni tal-Istat u tat-terminoloġija legali, u jkun kiseb grad universitarju, u jekk, minbarra l-għarfien tal-lingwa tal-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, ikollu ħakma sħiħa tal-Kroat jew tal-lingwa ta’ komunità jew ta’ minoranza etnika jew nazzjonali.
Interpreti permanenti tal-qorti
Udruga sudskih tumača i prevoditelja (Assoċjazzjoni tal-interpreti u t-tradutturi tal-qrati)
L-assoċjazzjoni ġiet stabbilita fl-2000 bil-għan li tippromwovi, tiżviluppa u tipproteġi n-negozju u l-professjoni tal-interpreti u t-tradutturi tal-qrati, u tikkontribwixxi b’mod attiv għall-funzjonament tal-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.
Udruga sudskih tumača i prevoditelja
Vrazova 15
42 000 Varaždin
Tel.: +385 95 5654350
Posta elettronika: info@ustip.hr
Assoċjazzjonijiet ta’ interpreti permanenti tal-qorti (Udruge stalnih sudskih tumača)
Fil-Kroazja, hemm sitt assoċjazzjonijiet ta’ interpreti permanenti tal-qorti li l-programmi ta’ taħriġ tagħhom għall-kandidati li jixtiequ jsiru interpreti permanenti tal-qorti ġew approvati mill-Ministeru tal-Ġustizzja.
Hrvatska strukovna udruga sudskih tumača (Assoċjazzjoni professjonali Kroata tal-interpreti tal-qrati, HSUST)
L-assoċjazzjoni ġiet stabbilita fl-2007 u hija waħda minn sitt assoċjazzjonijiet professjonali fil-Kroazja akkreditati għat-taħriġ ta’ interpreti permanenti futuri tal-qorti. Minbarra t-taħriġ ta’ interpreti futuri tal-qorti, l-assoċjazzjoni tgħin lill-interpreti tal-qorti fir-Repubblika tal-Kroazja u madwar l-Ewropa jikkollegaw ma’ xulxin.
Il-ħarrieġa huma interpreti tal-qorti maħtura li huma wkoll avukati u professuri fil-lingwa partikolari tal-kandidat.
Hrvatska strukovna udruga sudskih tumača
Draškovićeva 25
10 000 Zagreb
Tel.: +385 99 502 19 26
Posta elettronika: hrsust@gmail.com
Udruga stalnih sudskih tumača (Assoċjazzjoni ta’ interpreti permanenti tal-qorti, USST)
L-assoċjazzjoni ġiet stabbilita fid-19 ta’ Frar 2010 u hija bbażata f’Zagreb. Hija assoċjazzjoni professjonali mhux għall-profitt li taċċetta biss interpreti permanenti tal-qorti bħala membri ordinarji, fatt li jiddistingwiha minn assoċjazzjonijiet ekwivalenti u simili.
L-attivitajiet ewlenin tal-assoċjazzjoni jinkludu n-networking professjonali u l-iżvilupp professjonali tal-membri; l-organizzazzjoni ta’ konferenzi, lekċers, seminars, kungressi, laqgħat u laqgħat professjonali oħra dwar kwistjonijiet fil-qasam; il-kooperazzjoni ma’ assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet oħra ekwivalenti u simili barra mill-pajjiż, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet kollha li jappoġġaw il-ħidma tal-assoċjazzjoni.
Fit-8 ta’ Ġunju 2012, l-USST ġiet aċċettata bħala membru tal-EULITA (Assoċjazzjoni Ewropea tal-Interpreti Legali u t-Tradutturi), assoċjazzjoni internazzjonali u mhux għall-profitt tal-interpreti tal-qorti, u saret membru sħiħ b’deċiżjoni unanima tal-1 ta’ Awwissu 2013.
Udruga stalnih sudskih tumača (USST)
Alberta Fortisa 15A
10 090 Zagreb
Tel./faks: +385 1 386 40 43
Posta elettronika : info@usst.hr
http://www.usst.hr/
Društvo sudskih tumača i prevoditelja (Soċjetà għall-interpreti u t-tradutturi tal-qrati)
Is-soċjetà għall-interpreti u t-tradutturi tal-qrati hija organizzazzjoni professjonali stabbilita fl-1989, bi status ta’ persuna ġuridika u rreġistrata fir-Reġistru tal-assoċjazzjonijiet tar-Repubblika tal-Kroazja.
L-assoċjazzjoni tiffoka l-attivitajiet tagħha fuq il-promozzjoni u t-titjib tal-professjoni tat-traduzzjoni, l-organizzazzjoni ta’ konferenzi, lekċers, seminars, kungressi, laqgħat u laqgħat oħra dwar kwistjonijiet fil-qasam; in-networking u l-iżvilupp professjonali tal-membri; il-parteċipazzjoni attiva fl-abbozzar ta’ atti legali relatati mal-profil ta’ tradutturi/interpreti tal-qorti.
Društvo sudskih tumača i prevoditelja
Bijenička cesta 144
10 000 Zagreb
Tel.: + 385 98 454007
Tel./faks: +385 1 615 33 85
Posta elettronika: irena.gizdavcic@gmail.com, info@dstip.hr
https://www.dstip.hr/
Udruga sulskih tumača TEMPUS (Assoċjazzjoni TEMPUS tal-interpreti tal-qrati)
Din l-organizzazzjoni għandha status ta’ persuna ġuridika u hija rreġistrata fir-Reġistru tal-Assoċjazzjonijiet tar-Repubblika tal-Kroazja.
TEMPUS taħdem biex ittejjeb il-professjoni tat-traduzzjoni, torganizza konferenzi, lekċers, seminars, kungressi, kif ukoll taħriġ professjonali u networking għal tradutturi u interpreti legali permanenti.
Udruga sudskih tumača TEMPUS
Maksimirska 103
10 000 Zagreb
Tel.: +385 98 421 848, +385 91 5161 664
Posta elettronika : tumaci.tempus@gmail.com
https://www.tempus-obuka.hr/
Udruga sudski tumači i prevoditelji (Assoċjazzjoni tal-interpreti u t-tradutturi tal-qrati, STIP)
Rendićeva 7a
21 000 Split
Tel.: +385 98 473 470, +385 21 783 422
Posta elettronika : info@tumac-prevoditelj.com
http://www.tumac-prevoditelj.com/
Podružnica Rijeka
Prolaz Marije Krucifikse Kozulić 2
51 000 Rijeka
Tel.: +385 98 943 8974, +385 98 942 6580
Posta elettronika: info-ri@tumac-prevoditelj.com
Strukovna udruga stalnih sudskih tumača (Assoċjazzjoni professjonali ta’ interpreti permanenti tal-qorti)
Čučerska cesta 11
10 000 Zagreb
Tel.: +385 1 2983 147
Udruga sudskih tumača i prevoditelja (Assoċjazzjoni tal-interpreti u t-tradutturi tal-qrati)
L-assoċjazzjoni ġiet stabbilita fl-2000 bil-għan li tippromwovi, tiżviluppa u tipproteġi n-negozju u l-professjoni tal-interpreti u t-tradutturi tal-qrati, u tikkontribwixxi b’mod attiv għall-funzjonament tal-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.
Vrazova 15
42 000 Varaždin
Tel.: +385 95 5654350
Posta elettronika: info@ustip.hr
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.