DIPARTIMENT TAT-TRADUZZJONIJIET
Id-Dipartiment tat-Traduzzjonijiet tal-UII ilu jipprovdi servizzi ta’ traduzzjoni sa mill-1990, meta ġie stabbilit b’deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali sabiex tkun sodisfatta d-domanda għal traduzzjonijiet kemm fis-setturi privati kif ukoll f’dawk pubbliċi.
Il-persunal fid-dipartiment dejjem jaġixxi skont il-liġijiet u r-regolament, mingħajr preġudizzju jew diskriminazzjoni, u jagħmel kull sforz possibbli biex jipprovdi servizz immedjat.
TRADUZZJONIJIET IĊĊERTIFIKATI
Id-Dipartiment tat-Traduzzjonijiet jittrattata t-traduzzjonijiet ta’ dokumenti/testi li ġeneralment jeħtieġu ċertifikazzjoni uffiċjali. Jiġu offerti traduzzjonijiet iċċertifikati fil-lingwi li ġejjin:
- Il-Grieg
- L-Ingliż
- Il-Franċiż
- Ir-Russu
- Il-Ġermaniż
- It-Taljan
- L-Għarbi
- Il-Pollakk
- Ir-Rumen
- Is-Serb
- Il-Bulgaru
- L-Ungeriż
- L-Olandiż
- L-Ispanjol
- Iċ-Ċiniż
- L-Iżvediż
- Iċ-Ċek
- L-Islovakk
- It-Tork
- Il-Portugiż
- Il-Ġappuniż
- L-Armen
- L-Ukrajn
- L-Albaniż
- Il-Ġeorġjan, u
- Il-Farsi
It-traduzzjonijiet isiru bl-għajnuna ta’ tradutturi esterni mniżżla f’elenku miżmum mill-Uffiċċju tal-Istampa u tal-Informazzjoni u jiġu ċċertifikati minn tradutturi bil-ġurament.
Id-dokumenti li jeħtieġ li jiġu tradotti jiġu maqsuma f’żewġ kategoriji, u jintalbu ħlasijiet differenti għal kull waħda. Id-dokumenti tal-Kategorija A huma dokumenti sempliċi (mhux speċjalizzati) filwaqt li dawk tal-Kategorija B huma dokumenti speċjalizzati.
Tista’ tikseb iktar informazzjoni dwar il-prezzijiet għal traduzzjonijiet iċċertifikati, iż-żmien ta’ aċċettazzjoni u ta’ konsenja, is-sigħat ta’ xogħol, eċċ. minn Informazzjoni dwar Traduzzjonijiet Iċċertifikati.
INFORMAZZJONI/KUMMENTI
Il-membri tal-pubbliku huma intitolati jitolbu informazzjoni u kjarifiki dwar is-servizzi pprovduti mid-Dipartiment tat-Traduzzjonijiet.
Huma intitolati wkoll iressqu kummenti jew ilmenti bil-miktub. Id-Dipartiment tat-Traduzzjonijiet jirrispondi għall-ittri kollha ffirmati fi żmien xahar.
KUNTATT
In-numri ta’ kuntatt għat-tradutturi:
- +357 22801132,
- +357 22801133,
- +357 22801134,
- +357 22801193.
In-numru ta’ kuntatt għall-Kap tad-Dipartiment: +357 22801131.
Uffiċċju tal-Istampa u tal-Informazzjoni (UII)
Triq Apelli
P.O. Box 1456, Nicosia, Ċipru
Τel.: +357 22801117, Faks: +357 22666123
e-mail: communications@pio.moi.gov.cy
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.