Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-Bord Nazzjonali tal-Edukazzjoni jżomm reġistru tal-interpreti legali li fihom jiddaħħlu l-interpreti legali approvati mill-bord tar-Reġistru tal-Interpreti Legali. Ir-reġistru pubbliku fih biss informazzjoni dwar l-interpreti li aċċettaw li tiġi ppubblikata d-data tagħhom.
Il-Bord ta’ Eżaminazzjoni tat-tradutturi awtorizzati jżomm reġistru ta’ tradutturi awtorizzati.
Liema informazzjoni hija disponibbli mill-bażijiet tad-data tal-Finlandja għall-interpreti u t-tradutturi?
Ir-Reġistru tal-Interpreti Legali jipprovdi l-isem tal-interpretu, il-kombinazzjoni lingwistika tiegħu u ż-żona ġeografika fejn ikun attiv. Ir-reġistru pubbliku tal-interpreti legali fih biss informazzjoni dwar l-interpreti li aċċettaw li tiġi ppubblikata d-data tagħhom fuq l-internet.
Ir-Reġistru tat-Tradutturi Awtorizzati jipprovdi l-isem tat-traduttur, il-muniċipalità tar-residenza tiegħu u l-lingwi li jista’ jittraduċi minnhom jew fihom bħala traduttur awtorizzat.
L-aċċess għall-bażijiet tad-data Finlandiżi dwar l-interpreti u tradutturi huwa mingħajr ħlas?
Iva, l-aċċess kemm għar-reġistru tal-interpreti legali kif ukoll ir-reġistru tat-tradutturi awtorizzati huwa mingħajr ħlas.
Kif tfittex interpreti legali u tradutturi awtorizzati fil-Finlandja?
Tista’ tfittex interpreti u tradutturi fir-reġistri billi tuża l-kriterji ta’ tiftix li ġejjin:
- il-kombinazzjoni lingwistika
- l-isem tat-traduttur jew tal-interpretu
Tista’ tfittex ukoll skont il-provinċja fir-reġistru tal-interpreti legali.
Links
Reġistru ta’ interpreti legali: https://oikeustulkkirekisteri.opintopolku.fi
Reġistru ta’ tradutturi awtorizzati: https://akr.opintopolku.fi/akr/etusivu
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.