Tradutturi/Interpreti legali

Olanda

Din il-paġna tipprovdi informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta’ interpreti u ta’ tradutturi ġuramentati fin-Netherlands u l-estensjoni ta’ dik ir-reġistrazzjoni.

Il-kontenut ipprovdut minn
Olanda

L-Att dwar l-Interpreti u t-Tradutturi Ġuramentati (Wet beëdigde tolken en vertalers)

L-Att dwar l-Interpreti u t-Tradutturi Ġuramentati (Wbtv) japplika fin-Netherlands. Jirregola r-regoli u r-regolamenti għall-interpreti ġuramentati, li jipprovdu traduzzjoni bil-fomm tad-diskors li jsir b’lingwa oħra, u għat-tradutturi ġuramentati, li jipprovdu traduzzjoni bil-miktub ta’ test miktub b’lingwa oħra.

L-interpretazzjoni u t-traduzzjoni huma professjonijiet liberi, li jfisser li, fil-prinċipju, ikun xi jkun it-taħriġ jew l-isfond, kulħadd jista’ jsir interpretu jew traduttur indipendenti. M’għandekx bżonn tkun reġistrat(a) fir-Reġistru tal-Interpreti u tat-Tradutturi Ġuramentati (Rbtv) biex tagħmel dan. L-Rbtv hija bażi tad-data li fiha d-dettalji tal-interpreti u tat-tradutturi ġuramentati fin-Netherlands; ġestita mill-Uffiċċju tal-Interpreti u tat-Tradutturi Ġuramentati. Jeħtieġlek tkun reġistrat(a) fl-Rbtv biex tkun tista’ taħdem bħala interpretu ġuramentat jew bħala traduttur ġuramentat. Ir-reġistrazzjoni hija soġġetta għal ċerti rekwiżiti. Agħti titwila lis-sit web tal-Uffiċċju tal-Interpreti u tat-Tradutturi Ġuramentati għal aktar dettalji.

X’informazzjoni tinżamm fir-reġistru Netherlandiż?

F’konformità mal-Artikolu 2 tad-Wbtv, ir-Reġistru tal-Interpreti u tat-Tradutturi Ġuramentati fih id-dettalji li ġejjin għal kull interpretu jew traduttur reġistrat fih:

  1. id-dettalji ta’ kuntatt;
  2. jekk il-persuna hijiex interpretu jew traduttur;
  3. il-lingwa/i sors jew mira li biha jaħdem l-interpretu jew it-traduttur; u
  4. kwalunkwe ħila speċifika oħra li l-interpretu jew it-traduttur iqis utli li jkun irreġistrahom fir-reġistru.

Min hu responsabbli għar-reġistru?

Għalkemm ir-responsabbiltà aħħarija għar-reġistru hija f’idejn il-Ministru għall-Ġustizzja u s-Sigurtà, dan huwa ġestit mill-Uffiċċju tal-Interpreti u tat-Tradutturi Ġuramentati (l-Uffiċċju Wbtv).

L-aċċess għar-Reġistru Netherlandiż tal-Interpreti u tat-Tradutturi Ġuramentati huwa bla ħlas?

Le, ir-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Interpreti u tat-Tradutturi Ġuramentati hija soġġetta għall-ispejjeż. Agħti titwila lis-sit web tal-Uffiċċju tal-Interpreti u tat-Tradutturi Ġuramentati għal aktar dettalji.

Kif issib traduttur legali fin-Netherlands

Tfittxijiet fil-bażi tad-data jistgħu jitwettqu skont l-isem jew skont il-par(i) ta’ lingwi.

Links relatati

L-Uffiċċju tal-Interpreti u tat-Tradutturi Ġuramentati

Ir-Reġistru tal-Interpreti u tat-Tradutturi Ġuramentati

L-aħħar aġġornament: 24/07/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.