Sib informazzjoni għal kull reġjun
Bħalissa, l-Irlanda ta’ Fuq ma għandha l-ebda bażi tad-dejta ċentralizzata tal-interpreti jew tradutturi. Madankollu, tista’ tfittex għal dak li teħtieġ f’għadd ta’ reġistri u listi deċentralizzati, inklużi:
- Ir-Reġistru Nazzjonali tal-Interpreti tas-Servizz Pubbliku (NRPSI - National Register of Public Service Interpreters)
- L-Assoċjazzjoni tal-Interpreti tal-Pulizija u tal-Qorti (APCI - Association of Police and Court Interpreters)
- L-Istitut tat-Traduzzjoni u tal-Interpretazzjoni (ITI - Institute of Translation and Interpreting)
- Listi miżmuma minn aġenziji kummerċjali.
Links relatati
Reġistru Nazzjonali tal-Interpreti tas-Servizz Pubbliku
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.