Sib informazzjoni għal kull reġjun
X’toffri l-bażi tad-dejta tat-tradutturi Pollakki?
Il-Polonja għandha:
- Lista ta’ tradutturi u interpreti bil-ġurament(tłumaczy przysięgłych), li hija proprjetà tal-Ministeru tal-Ġustizzja Pollakk
- Bażi tad-dejta ta’ tradutturi u interpreti, ġestita mill-Għaqda Pollakka ta’ Interpreti (Stowarzyszenie Tłumaczy Polskich)
L-aċċess għall-bażi tad-dejta tat-tradutturi Pollakki huwa mingħajr ħlas?
Iva, l-aċċess għaż-żewġ bażijiet tad-dejta huwa mingħajr ħlas.
Kif tfittex għal traduttur legali fil-Polonja
Il-bażi tad-dejta ta’ tradutturi bil-ġurament
Il-bażi tad-dejta ta’ tradutturi bil-ġurament tippermettilek tagħmel tiftixa għal traduttur jew interpretu skont:
- Il-kunjom
- It-tip ta' traduzzjoni
- Il-Belt
- L-ilsien
Il-bażi tad-dejta ta’ tradutturi u interpreti
Tista’ tagħmel tiftixa fil-bażi tad-dejta ta’ tradutturi u interpreti skont:
- Il-kunjom
- Il-Belt
- L-ilsien
- L-ispeċjalità (interpretazzjoni, traduzzjoni ta’ letteratura, traduzzjoni legali).
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.