Sib informazzjoni għal kull reġjun
X'toffri l-bażi tad-dejta Slovakka tat-tradutturi?
Il-bażi tad-dejta Slovakka tat-tradutturi tipprovdi informazzjoni dwar madwar 824 tradutturi tal-qorti u 901 interpreti tal-qorti; l-informazzjoni hija disponibbli biss bl-Islovakk. Il-bażi tad-dejta tat-tradutturi hija l-propjetà tal- Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka.
L-aċċess għall-bażi tad-dejta tat-tradutturi tas-Slovakkja huwa mingħajr ħlas?
Il-bażi tad-dejta tipprovdi aċċess għall-informazzjoni mingħajr ħlas u rkupru ta’ informazzjoni dwar tradutturi u interpreti tal-qorti.
Kif issib traduttur tal-qorti fl-Islovakkja?
L-informazzjoni dwar it-tradutturi tal-qorti tinstab fis-sezzjoni Reġistri tas-sit elettroniku tal- Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka.
Ħoloq relatati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.