Sib informazzjoni għal kull reġjun
X’inhu r-reġistru Żvediż tal-interpreti u t-tradutturi?
Il-bażi ta' data Żvediza tal-interpreti u t-tradutturi awtorizzati hija proprjetà tal-Aġenzija Żvediza tas-Servizzi Legali, Finanzjarji u Amministrattivi (Kammarkollegiet) u amministrata minnha.
Fiha lista ta’ interpreti u tradutturi ċċertifikati li huma awtorizzati biss jinterpretaw jew jittraduċu mill-Iżvediż jew għall-Iżvediż. Individwu jista’ jkun awtorizzat għal għadd ta’ lingwi differenti. Interpretu awtorizzat jista’ jkun awtorizzat ukoll biex jaħdem f’qasam espert partikolari bħala interpretu tal-qorti u/jew interpretu mediku.
L-aċċess għar-reġistru Żvediż tal-interpreti u tat-tradutturi huwa bla ħlas?
Iva, l-aċċess għall-bażi ta’ data Żvediża tal-interpreti u tat-tradutturi awtorizzati huwa bla ħlas.
Kif tfittex interpretu jew traduttur awtorizzat fl-Iżvezja?
Jekk qed tfittex interpretu tista’ tfittex skont il-lingwa, skont il-qasam speċjali ta’ għarfien, skont il-kontea (län) jew skont il-kunjom. Jekk qed tfittex traduttur, tista’ tfittex skont il-lingwa, skont il-kontea (län), skont il-kunjom jew skont in-numru tat-traduttur.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.