Sib informazzjoni għal kull reġjun
Kif issib medjatur fl-Awstrija
Il-Ministeru Federali Awstrijak għall-Ġustizzja għandu lista ta’ medjaturi reġistrati li jissodisfaw ir-rekwiziti statutorji.
Inħolqot paġna web apposta li tista’ tiġi aċċessata wkoll mis-sit web tal-Ministeru għall-Ġustizzja.
Fuq il-paġna web, tista’ ssib informazzjoni ġenerali kif ukoll:
- lista ta’ medjaturi
- lista ta’ organizzazzjonijiet li jħarrġu medjaturi
- lista ta’ korsijiet ta’ taħriġ.
L-aċċess għall-bażi tad-data tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?
Il-paġna web hija disponibbli għall-pubbliku u l-aċċess huwa mingħajr ħlas.
Kif tfittex traduttur tal-qrati fl-Awstrija
Fuq il-paġna web, tista’ tiffilterja l-lista ta’ medjaturi permezz ta’:
- isem
- kodiċi postali
- il-provinċja.
Tista’ tfittex għall-medjaturi billi tuża l-kriterji li ġejjin:
- isem u kunjom
- kodiċi postali
- il-provinċja.
- il-pajjiż
- qasam ta’ għarfien espert
- lingwi ta’ ħidma.
Tista’ tikkombina wkoll kwalunkwe wieħed minn dawn il-kriterji ta’ tiftix.
Ħoloq Relatati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.