Sib informazzjoni għal kull reġjun
Kif issib medjatur fl-Awstrija
Il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja Awstrijak iżomm aġġornata lista ta’ medjaturi rreġistrati, li huma konformi mar-rekwiżiti legali u formali.
Ġie stabbilit sit elettroniku apposta, li jista’ jkollok aċċess għalih anki mis-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja.
Mis-sit elettroniku tista’ ssib dawn li ġejjin:
- Lista ta’ medjaturi
- Lista ta’ organizzazzjonijiet li jagħtu taħriġ lill-medjaturi, u
- Lista’ ta’ korsijiet ta’ taħriġ.
L-aċċess għall-bażi tad-dejta tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?
Is-sit elettroniku huwa pubblikament disponibbli u l-aċċess huwa mingħajr ħlas.
Kif tfittex medjatur fl-Awstrija
Mis-sit elettroniku, tista’ tagħmel l-għażla tiegħek mil-listi tal-medjaturi fuq il-bażi ta’:
- L-isem,
- Il-kodiċi postali, u
- Il-provinċja.
Tista’ ssib medjaturi permezz tal-kriterji ta’ tiftix li ġejjin :
- L-isem u l-kunjom,
- Il-kodiċi postali,
- Il-provinċja,
- Il-pajjiż, u
- Il-qasam ta’ għarfien espert.
Il-kriterji tat-tiftix jistgħu jiġu anki kkombinati.
Links relatati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.