Sib informazzjoni għal kull reġjun
Kif issib medjatur fil-Belġju?
Biex issib medjatur fil-Belġju, tista’ żżur is-sit elettroniku tal-internet li ġej:
- Sit tas-Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja iddedikat għall-medjazzjoni – alternattiva għat-tribunal.
Hemmhekk tista’ ssib it-tagħrif elenkat hawn taħt:
- Preżentazzjoni tal-medjazzjoni
- Il-medjatur
- Il-proċedura tal-medjazzjoni
- Wara l-medjazzjoni
- L-ispejjeż ta’ medjazzjoni
- Link għal fuljett dwar il-medjazzjoni (PDF)
- Indirizzi u links utli.
Is-sit fih ukoll Rokna tal-professjonisti li fiha informazzjoni rigward:
- Il-Kriterji għall-akkreditazzjoni tal-medjaturi
- Id-Direttivi dwar il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni sabiex wieħed jikseb liċenzja bħala medjatur fuq il-bażi tal-Att tal-21 ta’ Frar 2005
- Lista ta' verifika sabiex wieħed jitlob għal rikonoxximent bħala medjatur
- It-taħriġ bażiku u t-taħriġ kontinwu
- Il-Kodiċi ta’ Mġiba Tajba tal-medjatur akkreditat
- Il-ġestjoni tal-ilmenti.
L-aċċess għall-bażi tad-dejta jinvolvi xi ħlas?
Le, l-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa bla ħlas.
Tiftix għal medjatur fil-Belġju
Tista’ tfittex medjatur fil-Belġju fil-Lista tal-medjaturi u skont il-kriterji li ġejjin:
- Id-distrett,
- il-professjoni,
- il-qasam ta’ intervent,
- il-lingwa mitkellma,
- l-isem.
Links relatati
Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja
Il-medjazzjoni, alternattiva għat-tribunal
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.