Sib informazzjoni għal kull reġjun
Skont l-Att dwar il-Medjazzjoni (Narodne novine (NN; il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nru 18/11) u r-Regoli dwar ir-reġistru tal-medjaturi u l-istandards għall-akkreditazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-medjazzjoni u l-medjaturi (NN Nru 59/11), il-Ministeru għall-Ġustizzja jżomm reġistru tal-medjaturi.
Il-proċeduri ta’ medjazzjoni barra mill-qorti twettqu b’suċċess kbir għal ħafna snin miċ-Ċentri tal-Medjazzjoni tal-Kamra Kroata tal-Kummerċ, il-Kamra Kroata tas-Snajja’ u l-Artiġjanat u l-Assoċjazzjoni Kroata tal-Impjegaturi, kif ukoll mill-Assoċjazzjoni Kroata tal-Medjazzjoni, il-Kamra tal-Avukati Kroata, il-Bord tal-Assigurazzjoni Kroat u l-Uffiċċju tas-Sħubija Soċjali tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja. Madankollu, il-medjazzjoni ma’ medjatur magħżul tista’ ssir ukoll barra miċ-ċentri msemmija hawn fuq.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.