Sib informazzjoni għal kull reġjun
Kif issib medjatur fl-Ingilterra u Wales
Direttorju nazzjonali tal-medjazzjoni
Tista' ssib medjatur ċivili permezz tad-direttorju onlajn tal-Medjazzjoni Ċivili - Sib Medjatur Ċivili, li jipprovdi tagħrif dwar:
- Medjazzjoni
- Servizzi
- Prezzijiet
Id-Direttorju Onlajn tal-Medjazzjoni Ċivili huwa proprjetà tal-Ministeru tal-Ġustizzja li jieħu ħsieb il-manutenzjoni tiegħu. Il-medjaturi inklużi fid-direttorju huma akkreditati mill-Kunsill tal-Medjazzjoni Ċivili.
Direttorju tal-medjazzjoni familjari
L-għan tad-Direttorju Onlajn tal-Medjazzjoni Familjari huwa li jgħin lill-partijiet jikkuntattjaw lil medjaturi fil-lokalità tagħhom. Partijiet eliġibbli għall-għajnuna legali (finanzjament pubbliku) jistgħu jikkuntattjaw ukoll il-helpline tas-Servizz tal-Pariri Legali tal-Komunità għal aktar tagħrif dwar kif isibu medjatur lokali bit-Telefown: 0845 345 4345 Minicom: 0845 609 6677, SMS: "legalaid" u ismek lil 80010. Wieħed jista' jieħu parir ukoll permezz tas-servizz ta' konsulent onlajn tas-Servizz tal-Pariri Legali tal-Komunità.
L-aċċess għall-bażi tad-dejta tal-medjaturi huwa bla ħlas?
Iva, l-aċċess għad-Direttorju Onlajn tal-Medjazzjoni Ċivili, id-Direttorju Onlajn tal-Medjatur tal-Familja u s-sit elettroniku tas-Servizz tal-Pariri Legali tal-Komunità huma bla ħlas.
Ħoloq Relatati
Id-Direttorju Onlajn tal-Medjazzjoni Ċivili, Id-Direttorju Onlajn tal-Medjaturi Familjari, Ara tikkwalifikax għall-għajnuna legali, Is-Servizz tal-Pariri Legali tal-Komunità,
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.