Sib informazzjoni għal kull reġjun
Kif issib medjatur fil-Litwanja
Fil-Litwanja hija possibbli l-medjazzjonil-qorti u l-medjazzjoni barra l-qorti . Is-servizzi ta' medjazzjoni barra l-qorti normalment jiġu offruti mill-avukati.
Il-medjazzjoni l-qorti hija proċedura ta' soluzzjoni ta' tilwima li għandha l-għan tgħin lill-partijiet f'kawżi ċivili jsolvu t-tilwima tagħhom b'mod paċifiku bl-għajnuna ta' wieħed jew aktar medjaturi (intermedjarji).
Il-medjazzjoni l-qorti ssir minn medjaturi. Dawn huma ġudikanti, assistenti ġudizzjarji jew persuni kwalifikati oħra b'taħrġi speċjalizzat li isimhom huma mniżżel fil- Lista ta' medjaturi tal-qorti. Fil-laqgħa li għamel fit-28 ta' Jannar 2011, il-Kunsill Ġudizzjarju qabel li l-medjazzjoni bil-qorti f'kawżi ċivili tista' tintuża fil-qrati kollha tal-Litwanja u li dan is-servizz għandu jkun disponibbli irrispettivament mir-reġjun.
Il-medjazzjoni bil-qorti hija servizz offrut mingħajr ħlas. Barra minn hekk, l-għażla tal-medjazzjoni bil-qorti biex tiġi solvuta tilwima ċivili tiffranka ammont konsiderevoli ta' ħin u impenn li kieku jintilef f'kawża l-qorti. Jiġu ffrankati wkoll il-flus, għaliex 75 % tad-drittijiet tal-qorti jiġu rifużi meta l-medjazzjoni bil-qorti ssarraf fi ftehim bonarju.
Il-proposta sabiex kawża ċivili tmur għall-medjazzjoni tista' ssir mill-imħallef presjedenti. Talba għal din ix-xewqa tista' ssir ukoll mill-partijiet fil-kawża. Meta l-kawża tinbagħat għall-medjazzjoni bil-qorti, l-imħallef jispjega l-kunċett tal-proċess tal-medjazzjoni bil-qorti lill-partijiet. Il-ħatra jew sostituzzjoni ta' medjatur ssir mill-President tal-Qorti, il-Kap tad-Dipartiment tal-Kawżi Ċivili tal-Qorti, jew minn imħallef maħtur minnhom. Jekk meħtieġ, jistgħu jinħatru żewġ medjaturi. Meta ssir il-ħatra ta' medjatur, għandha titqies l-opinjoni tal-partijiet meta ssir it-talba jew jingħata l-kunsens sabiex il-kawża tmur għall-medjazzjoni bil-qorti.
Fil-medjazzjoni bil-qorti jistgħu jipparteċipaw biss il-partijiet fil-kawża, terzi persuni u r-rappreżentanti tagħhom. Fejn il-parteċipazzjoni ta' persuni oħra tista' tkun utli sabiex tissolva t-tilwima, isimhom jista' jintgħadd mat-talba jew mal-kunsens tal-partijiet. Il-proċedimenti tal-medjazzjoni bil-qorti ma jiġux reġistrati.
Il-proċedimenti tal-medjazzjoni bil-qorti jistgħu jitwaqqfu jekk il-partijiet jaslu għal ftehim fuq il-kwistjoni konċernata u jiffirmaw ftehim bil-qorti, li mbagħad jiġi approvat mill-imħallef presjedenti.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.