Medjaturi

Jekk tiddeċiedi li tagħmel użu mill-medjazzjoni, inti tiltaqa' ma' medjatur – parti terza li tkun indipendenti u newtrali – li jista' jgħinek tiddiskuti s-sitwazzjoni u tilħaq ftehim.

Il-medjaturi huma mħarrġa biex jgħinu lin-nies isolvu t-tilwimiet tagħhom. Medjatur jiltaqa’ maż-żewġ naħat, jidentifika kwistjonijiet li ma jistax jintlaħaq qbil dwarhom u jgħin biex jintlaħaq ftehim. Il-medjaturi huma newtrali u fi kwalunkwe tilwima ma jżommu ma' ħadd. Il-medjaturi mhumiex konsulenti u ma jagħtux pariri dwar pożizjonijiet individwali u normalment jirrakkomandaw li tfittex parir legali fl-istess ħin li jkun għaddej il-proċess ta' medjazzjoni.

Il-medjazzjoni tista’ tkun partikolarment ta’ għajnuna f'tilwimiet familjari transfruntieri u f'każijiet ta' ħtif ta’ tfal mill-ġenituri. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, il-ġenituri huma mħeġġa jieħdu r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet dwar il-familja tagħhom u jsolvu l-kunflitti indipendentement mis-sistema ġudizzjarja. Il-medjazzjoni tista’ għalhekk toħloq atmosfera kostruttiva għad-diskussjonijiet u tiżgura negozjar ġust bejn il-ġenituri li jqis ukoll l-aħjar interess tat-tfal.

Biex tikseb informazzjoni dettaljata dwar kif issib medjatur (pereżempju kif tikseb l-aċċess għas-servizzi ta' medjazzjoni, xi ħlas jintalab u gwida dwar il-medjaturi) jekk jogħġbok agħżel waħda mill-bnadar elenkati fin-naħa tal-lemin.

Biex issib medjatur speċjalizzat fil-medjazzjoni familjari transfruntiera segwi l-link: http://www.crossbordermediator.eu/

Biex taqra aktar dwar il-medjazzjoni jekk jogħġbok żur it-taqsima rilevanti.

Biex taqra aktar dwar il-medjazzjoni transkonfinali tal-familja jekk jogħġbok żur it-taqsima rilevanti.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.