Ġurisprudenza tal-UE

Filwaqt li l-liġi tal-Unjoni Ewropea (UE) għandha tiġi applikata minn kull qorti tal-Istati Membri (kemm jekk tkun qorti nazzjonali, kemm jekk reġjonali u kemm jekk lokali), il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea tiżgura li l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE jiġu osservati u interpretati bl-istess mod fl-Istati Membri kollha. Għalhekk, il-ġurisprudenza tal-UE tiġi prinċipalment żviluppata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea tikkonsisti minn żewġ qrati: Il-Qorti tal-Ġustizzjal-Qorti Ġenerali (maħluqa fl-1988).

Il-Qorti tikkostitwixxi l-awtorità ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea u, f’kooperazzjoni mal-qrati u mat-tribunali tal-Istati Membri, tiżgura l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni Ewropea. Hija istituzzjoni multilingwi, peress li l-lingwa ta’ kawża tista’ tkun kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Qorti hija obbligata tiżgura li l-ġurisprudenza tagħha tinxtered mal-Istati Membri kollha.

Sa mit-twaqqif tagħhom, ingħataw madwar 38 000 sentenza miż-żewġ qrati tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea.

Mill-1997 il-ġurisprudenza hija aċċessibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE permezz tas-sit web tal-qorti. Il-bażi tad-data tagħha tinkludi t-test sħiħ tas-sentenzi, l-opinjonijiet tal-Qorti, l-opinjonijiet tal-Avukat Ġenerali u d-digrieti tal-qrati tal-UE. Tista’ tfittex fil-bażi tad-data bin-numru tal-kawża, id-data, l-isem tal-partijiet, il-kliem ta’ referenza fit-test, eċċ. Barra minn hekk, il-bażi tad-data fiha taqsiriet tad-deċiżjonijiet, informazzjoni dwar deċiżjonijiet li ma ġewx ippubblikati fir-rapporti tal-qorti u avviżi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Bażijiet tad-data rilevanti oħrajn tal-ġurisprudenza huma:

  • EUR-Lex, il-bażi tad-data ġuridika tal-Unjoni Ewropea: Il-ġurisprudenza tal-UE fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, inkluża l-ġurisprudenza mill-perjodu ta’ qabel is-17/06/1997.
  • JURIFAST mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u l-Ġuriżdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-Unjoni Ewropea (ACA Europe), li fiha deċiżjonijiet preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, u l-mistoqsijiet preliminari rilevanti mill-qrati tal-Istati Membri (din il-bażi tad-data taħdem bl-Ingliż u bil-Franċiż).
  • JURE, bażi tad-data maħluqa mill-Kummissjoni Ewropea, fiha l-ġurisprudenza dwar il-ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali u dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi Stat ieħor għajr dak fejn ingħatat is-sentenza. Din tinkludi l-ġurisprudenza dwar il-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti (jiġifieri l-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968, il-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-1988) kif ukoll il-ġurisprudenza tal-UE u tal-Istati Membri).
L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.