Netwerks u strutturi tat-taħriġ tal-UE

Bl-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni Ewropea u aktar mobbiltà għal ċittadini Ewropej, ħarġet ħtieġa ċara fl-aħħar deċennju għal taħriġ kontinwu għal ġuristi fil-livell Ewropew. Diversi strutturi Ewropej, stabbiliti bis-sostenn tal-Istati Membri, kif ukoll xi organizzazzjonijiet professjonali jipprovdu dan it- taħriġ, ta' spiss b'sostenn ta' ffinanzjar Ewropew.

Netwerks u strutturi ta' taħriġ fuq livell Ewropew

Organizzazzjonijiet professjonali li jorganizzaw l-attivitajiet ta' taħriġ f'livell Ewropew

Netwerks ġudizzjarji fil-livell tal-UE li jikkooperaw mal-EJTN dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew

Netwerks u strutturi ta' taħriġ fuq livell Ewropew

Skont il-ħtiġijiet professjonali u partikolari tagħhom, ġuristi jistgħu japplikaw għal struttura waħda jew strutturi oħrajn li huma ppreżentati fil-qosor hawn. Ukoll, ħafna korsijiet huma offruti minn universitajiet u fornituri ta' taħriġ privat.

Għall-imħallfin u l-prosekuturi

In-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN)

L-EJTN, li ġie stabbilit fis-sena 2000, jiżviluppa standards u kurrikuli ta' taħriġ, jikkoordina skambji u programmi ta' taħriġ ġudizzjarju u jħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-istrutturi nazzjonali ta' taħriġ tal-UE għall-imħallfin u l-prosekuturi. Is-segretarju ġenerali tal-EJTN hu bbażat f'Brussell (il-Belġju). Tista' ssib sommarju tal-attivitajiet tal-EJTN hawnhekk.

Għall-ġuristikollha

L-Akkademja tad-Dritt Ewropew (ERA)

L-ERA toffri konferenzi, seminars, korsijiet professjonali ta' taħriġ u dibattiti dwar politiki f'oqsma differenti tad-dritt tal-UE, imfasslin għall-ġuristi kollha. L-ERA tinsab fi Trier (il-Ġermanja). Tista' ssib sommarju tal-attivitajiet tagħha hawnhekk.

L-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika - Iċ-Ċentru Ewropew għall-Imħallfin u l-Prosekuturi (EIPA)

It-taħriġ fil-liġi tal-Unjoni Ewropea hi waħda mill-oqsma ta' attività tal-EIPA. It-taħriġ hu mfassal għal imħallfin, ġuristi, ċittadini u uffiċjali tal-UE u avukati tas-settur privat. L-EIPA għandu ċentri f'Maastricht (in-Netherlands), il-Lussemburgu, Barċellona (Spanja) u Varsavja (il-Polonja). Tista' ssib sommarju tal-attivitajiet tagħha hawnhekk.

Organizzazzjonijiet professjonali li jorganizzaw l-attivitajiet ta' taħriġ f'livell Ewropew

Dawn l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-ġuristi f'livell Ewropew jorganizzaw xi attivitajiet ta' taħriġ fuq bażi ad hoc.

Avukati, barristers, solicitors

Il-Kunsill tal-Kmamar u tal-Assoċjazzjonijiet tal-Avukati tal-Ewropa - CCBE

Nutara

Il-Kunsill tal-Kmamar tan-Nutura tal-Unjoni Ewropea - CNUE

Uffiċjali Ġudizzjarji

L-Unjoni Internazzjonali tal-Uffiċjali Ġudizzjarji - UIHJ

Netwerks ġudizzjarji fil-livell tal-UE li jikkooperaw mal-EJTN dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew

L-EJTN jiġbor il-korpi nazzjonali tat-taħriġ ġudizzjarju tal-Istati Membri tal-UE u bħala tali hu fl-aħjar pożizzjoni biex jikkoordina u jiżviluppa aktar it-taħriġ ġudizzjarju. Hu jikkoopera ma’ netwerks ġudizzjarji oħra fuq livell tal-UE, liema objettivi u interessi relatati mat-taħriġ rispettivi huma ppreżentati fil-folji informattivi li ġejjin:

Ir-rapport tal-proġett 2013-2014 li jippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-EJTN (in-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju) u n-netwerks msemmija hawn fuq hu disponibbli hawn PDF (148 Kb) en.

L-aħħar aġġornament: 12/02/2020

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.