Każistika nazzjonali

Malta

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar il-ġurisprudenza Maltija.

Sadržaj omogućio
Malta

Ġurisprudenza

Struttura tad-deċiżjonijiet/Titoli

Għalkemm il-kelmiet prinċipali ma ssibhomx bħala titolu fil-ġurisprudenza, hemm funzjoni fl-applikazzjoni tas-sentenzi nazzjonali – parti mis-sistema ta’ Ġestjoni tal-Kawżi Legali (LECAM - Legal Case Management) li tintuża fil-Qrati tal-Ġustizzja – fejn ċerti sentenzi li jiġu kkunsidrati interessanti jiġu indiċjati. Pereżempju, sett ta’ kelmiet prinċipali flimkien ma’ sommarju tas-sentenza jkollhom link għal mar-rekord.

Għad-deċiżjonijiet kollha tal-qrati jintuża mudell speċifiku wieħed, li jinkludi l-istemma araldika nazzjonali, il-qorti, l-isem tal-ġudikant, id-data tas-seduta, in-numru ta’ referenza tal-kawża, il-partijiet involuti fil-kawża (A vs B) segwiti mit-test effettiv tas-sentenza tal-qorti. It-tipa, il-header u l-footer huma inklużi wkoll fil-mudell.

Formati

Il-ġurisprudenza hija disponibbli f’format PDF.

Proċedimenti ulterjuri

 

Qrati Superjuri

Qrati oħrajn

Hija disponibbli informazzjoni dwar:

  • appelli?

Iva

Iva

  • jekk kawża għadhiex pendenti?

Iva

Iva

  • ir-riżultati tal-appelli?

Iva

Iva

  • l-irrevokabbiltà tad-deċiżjoni?

Iva

Iva

  • proċedimenti ulterjuri quddiem

 

- qorti interna oħra (il-Qorti Kostituzzjonali…)?

- il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja?

- il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem?

 


Iva

Le

Le

  


Iva

Le

Le

 

Regoli tal-pubblikazzjoni

 

fuq il-livell nazzjonali?

fuq il-livell tal-qrati

Hemm regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza?

Iva

Iva

Skont ir-regoli attwali, is-sentenza trid issir pubblika imma m’hemmx indikazzjoni b’liema mezz għandu jsir dan.

F’Malta tiġi ppubblikata l-ġurisprudenza sħiħa.

Fis-sentenzi tal-Qorti tal-Familja mhumiex inklużi ismijiet personali. Barra minn hekk, jekk l-imħallef jew il-maġistrat li jkun qed jippresedi xi qorti jordna li l-isem ta’ xi waħda mill-partijiet involuti jew akkużati ma jiġix ippubblikat, is-sentenza f’din il-kawża lanqas ma tinkludi ismijiet personali.

L-aħħar aġġornament: 04/05/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.