Każistika nazzjonali

Awstrija

Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali dwar il-każistika Awstrijaka u l-bażijiet tad-data tal-każistika rilevanti.

Il-kontenut ipprovdut minn
Awstrija

Bażi tad-data online tal-każistika

Is-sentenzi mogħtija mill-qrati Awstrijaċi jiġu ppubblikati fis-Sistema ta’ Informazzjoni Legali tar-Repubblika tal-Awstrija u jinstabu fuq http://www.ris.bka.gv.at/. Is-sentenzi tal-qrati superjuri u tal-qrati amministrattivi jiġu ppubblikati b’mod komprensiv, filwaqt li tal-qrati l-oħra jiġu ppubblikati biss f’każijiet individwali.

Is-Sistema ta’ Informazzjoni Legali (RIS) tar-Repubblika tal-Awstrija hija bażi tad-data elettronika kkoordinata u mħaddma mill-Kanċellerija Federali Awstrijaka. Hija tħabbar b'mod partikolari l-leġiżlazzjoni ppubblikata fil-Bundesgesetzblatt (Gazzetta tal-Liġi Federali Awstrijaka) u tipprovdi informazzjoni dwar il-liġi fir-Repubblika Federali tal-Awstrija.

Ir-RIS toffri aċċess għall-web mingħajr ostakoli (WAI-A f'konformità ma’ WCAG 2.0).

Preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet / tal-intestaturi


Qrati Supremi

Qrati Oħra

Ġurisprudenza ppreżentata bl-intestaturi

Iva

Parzjali

Eżempji ta' intestaturi

Numru tas-serje RS0127077

Numru ta’ referenza 11 Os 87/11w

Data tas-sentenza 25.8.2011

Test tal-intestatura

Intestatura hija ġeneralment magħmula mill-elementi li ġejjin: Numru tad-diviżjoni: "11", referenza tat-tip ta’ proċedura: "Os", numru kurrenti: "87", u s-sena: "11". Imbagħad tiżdied id-data tas-sentenza: "25.8.2011".

Identifikatur Ewropew tal-Każistika (European Case Law identifier, ECLI)

L-Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI) jinstab taħt din l-intestatura. Huwa identifikatur uniku għas-sentenzi tal-Qorti fl-Istati Membri tal-UE.

Formati

Is-sentenzi huma disponibbli fil-formati li ġejjin: XML, RTF, PDF u HTML.

Qrati u istituzzjonijiet oħrajn ikkonċernati

Qrati Supremi (Oberste Gerichtshöfe)

  • Qorti Suprema (Oberster Gerichtshof)
  • Qorti Kostituzzjonali (Verfassungsgerichtshof)
  • Qorti Amministrattiva (Verwaltungsgerichtshof)

Qrati u istituzzjonijiet oħrajn

  • Qrati reġjunali għoljin (Oberlandesgerichte) u qrati oħrajn (kawżi ċivili u kriminali)
  • Qorti Amministrattiva Federali (Bundesverwaltungsgericht (BVwG))
  • Qorti Amministrattiva Reġjonali (Landesverwaltungsgericht (LVwG))
  • Qorti Federali tal-Finanzi (BFG, esterna)
  • Awtorità għall-Protezzjoni tad-Data (Datenschutzbehörde)(qabel l-2014: Kummissjoni tal-Protezzjoni tad-Data (Datenschutzkommission)
  • Kummissjonijiet Dixxiplinarji (Disziplinarkommissionen), Kummissjoni Dixxiplinarja Suprema (Disziplinaroberkommission), Tribunal tal-Appell (Berufungskommission)
  • Awtorità Suprema għar-Rappreżentazzjoni tal-Impjegati (Personalvertretungsaufsichtsbehörde) (qabel l-2014: Kummissjoni Superviżorja għar-Rappreżentazzjoni tal-Impjegati (Personalvertretungs-Aufsichtskommission)
  • Kummissjonijiet għat-Trattament Indaqs (Gleichbehandlungskommissionen) mill-2014
  • Kummissjonijiet għat-Trattament Indaqs (Gleichbehandlungskommissionen) mill-2008 (estern)
  • Tibunali Amministrattivi Indipendenti (deċiżjonijiet magħżula mill-1991 sal-2013, imbagħad il-Qrati Amministrattivi reġjonali)
  • Dokumentazzjoni finanzjarja, it-Tribunal Indipendenti tal-Finanzi (Unabhängiger Finanzsenat) (estern; Deċiżjonijiet sal-2013, imbagħad il-Qorti Federali tal-Finanzi)
  • Tribunal għall-Ażil Federali Indipendenti (Unabhängiger Bundesasylsenat) (deċiżjonijiet magħżula mill-1998 sal-2008)
  • Tribunal tal-Ażil (Asylgerichtshof) (deċiżjonijiet minn Lulju 2008 sal-2013, imbagħad il-Qorti Amministrattiva Federali)
  • Tribunal tal-Ambjent (Umweltsenat) (deċiżjonijiet magħżula mill-1994 sal-2013, imbagħad il-Qorti Amministrattiva Federali)
  • Il-Bord tal-Komunikazzjonijiet Federali (Bundeskommunikationssenat) (deċiżjonijiet magħżula mill-2001 sal-2013, imbagħad il-Qorti Amministrattiva Federali)
  • Awtoritajiet għar-reviżjoni tal-Akkwist Pubbliku (Vergabekontrollbehörden) (deċiżjonijiet magħżula sal-2013, imbagħad il-Qorti Amministrattiva Federali)

Nota: Mhux ir-risposti kollha ta’ hawn isfel japplikaw għall-qrati u t-tribunali ta’ hawn fuq.

Proċedimenti sussegwenti


Qrati Supremi

Qrati Oħra

Teżisti informazzjoni dwar:

  • appelli?

Le

Le

  • jekk kawża għadhiex pendenti?

Le

Le

  • l-eżitu tal-appelli?

Le

iva, dment li d-deċiżjonijiet tal-qrati superjuri jiġu ppubblikati

  • l-irrevokabbiltà tas-sentenza?

Sentenzi irrevokabbli biss jiġu ppubblikati.

Sentenzi irrevokabbli biss jiġu ppubblikati.

  • Proċedimenti ulterjuri quddiem:
  • Qorti nazzjonali oħra (Qorti Kostituzzjonali, eċċ.)?
  • Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja?
  • il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem?
  • Sommarji speċjali tas-sentenzi tal-Qorti Suprema jindikaw li hemm proċedimenti pendenti quddiem Qorti suprema nazzjonali jew internazzjonali oħra.

Iva

Iva

Iva

Le

Le

Le

Regoli tal-Pubblikazzjoni


Fuq livell nazzjonali?

Fuq livell tal-qrati?

Jeżistu regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tas-sentenzi?

Iva

Iva

§§L-Artikoli 15 u 15a tal-Att dwar il-Qorti Suprema (l-Att OGH), l-Artikolu 48a tal-Att dwar l-Organizzazzjoni Ġudizzjarja (GOG), § L-Artikolu 23 tal-Att dwar il-Qorti Federali tal-Finanzi (BFGG), § l-Artikolu 20 l-Att dwar il-Qorti Amministrattiva Federali (BVwGG)


Qrati Supremi (Oberste Gerichtshöfe)

Qrati Oħra

Is-sentenzi kollha jiġu ppubblikati jew biss selezzjoni minnhom?

Bi ftit eċċezzjonijiet

Għażla żgħira biss fil-qasam tal-qrati ordinarji, għażla estensiva fil-qasam tal-qrati amministrattivi

Jekk issir selezzjoni, xi kriterji jiġu applikati?

Is-sentenzi jiġu ppubblikati sħaħ flimkien ma’ sommarju.

Sentenzi tal-Qorti Suprema li jiċħdu appell mingħajr motivazzjoni sostantiva ma jiġux ippubblikati.

Is-sentenzi jiġu ppubblikati sħaħ flimkien ma’ sommarju.

Is-sentenzi ta’ qrati oħrajn jiġu ppubblikati jekk is-sinifikat tagħhom jmur lil hinn minn dak tal-kawża individwali.

L-aħħar aġġornament: 08/09/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.