Sib informazzjoni għal kull reġjun
Bażi tad-data online tal-każistika
Is-sentenzi mogħtija mill-qrati Awstrijaċi jiġu ppubblikati fis-Sistema ta’ Informazzjoni Legali tar-Repubblika tal-Awstrija u jinstabu fuq http://www.ris.bka.gv.at/. Is-sentenzi tal-qrati superjuri u tal-qrati amministrattivi jiġu ppubblikati b’mod komprensiv, filwaqt li tal-qrati l-oħra jiġu ppubblikati biss f’każijiet individwali.
Is-Sistema ta’ Informazzjoni Legali (RIS) tar-Repubblika tal-Awstrija hija bażi tad-data elettronika kkoordinata u mħaddma mill-Kanċellerija Federali Awstrijaka. Hija tħabbar b'mod partikolari l-leġiżlazzjoni ppubblikata fil-Bundesgesetzblatt (Gazzetta tal-Liġi Federali Awstrijaka) u tipprovdi informazzjoni dwar il-liġi fir-Repubblika Federali tal-Awstrija.
Ir-RIS toffri aċċess għall-web mingħajr ostakoli (WAI-A f'konformità ma’ WCAG 2.0).
Preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet / tal-intestaturi
Qrati Supremi |
Qrati Oħra |
|
Ġurisprudenza ppreżentata bl-intestaturi |
Iva |
Parzjali |
Eżempji ta' intestaturi
Numru tas-serje RS0127077
Numru ta’ referenza 11 Os 87/11w
Data tas-sentenza 25.8.2011
Test tal-intestatura
Intestatura hija ġeneralment magħmula mill-elementi li ġejjin: Numru tad-diviżjoni: "11", referenza tat-tip ta’ proċedura: "Os", numru kurrenti: "87", u s-sena: "11". Imbagħad tiżdied id-data tas-sentenza: "25.8.2011".
Identifikatur Ewropew tal-Każistika (European Case Law identifier, ECLI)
L-Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI) jinstab taħt din l-intestatura. Huwa identifikatur uniku għas-sentenzi tal-Qorti fl-Istati Membri tal-UE.
Formati
Is-sentenzi huma disponibbli fil-formati li ġejjin: XML, RTF, PDF u HTML.
Qrati u istituzzjonijiet oħrajn ikkonċernati
Qrati Supremi (Oberste Gerichtshöfe)
- Qorti Suprema (Oberster Gerichtshof)
- Qorti Kostituzzjonali (Verfassungsgerichtshof)
- Qorti Amministrattiva (Verwaltungsgerichtshof)
Qrati u istituzzjonijiet oħrajn
- Qrati reġjunali għoljin (Oberlandesgerichte) u qrati oħrajn (kawżi ċivili u kriminali)
- Qorti Amministrattiva Federali (Bundesverwaltungsgericht (BVwG))
- Qorti Amministrattiva Reġjonali (Landesverwaltungsgericht (LVwG))
- Qorti Federali tal-Finanzi (BFG, esterna)
- Awtorità għall-Protezzjoni tad-Data (Datenschutzbehörde)(qabel l-2014: Kummissjoni tal-Protezzjoni tad-Data (Datenschutzkommission)
- Kummissjonijiet Dixxiplinarji (Disziplinarkommissionen), Kummissjoni Dixxiplinarja Suprema (Disziplinaroberkommission), Tribunal tal-Appell (Berufungskommission)
- Awtorità Suprema għar-Rappreżentazzjoni tal-Impjegati (Personalvertretungsaufsichtsbehörde) (qabel l-2014: Kummissjoni Superviżorja għar-Rappreżentazzjoni tal-Impjegati (Personalvertretungs-Aufsichtskommission)
- Kummissjonijiet għat-Trattament Indaqs (Gleichbehandlungskommissionen) mill-2014
- Kummissjonijiet għat-Trattament Indaqs (Gleichbehandlungskommissionen) mill-2008 (estern)
- Tibunali Amministrattivi Indipendenti (deċiżjonijiet magħżula mill-1991 sal-2013, imbagħad il-Qrati Amministrattivi reġjonali)
- Dokumentazzjoni finanzjarja, it-Tribunal Indipendenti tal-Finanzi (Unabhängiger Finanzsenat) (estern; Deċiżjonijiet sal-2013, imbagħad il-Qorti Federali tal-Finanzi)
- Tribunal għall-Ażil Federali Indipendenti (Unabhängiger Bundesasylsenat) (deċiżjonijiet magħżula mill-1998 sal-2008)
- Tribunal tal-Ażil (Asylgerichtshof) (deċiżjonijiet minn Lulju 2008 sal-2013, imbagħad il-Qorti Amministrattiva Federali)
- Tribunal tal-Ambjent (Umweltsenat) (deċiżjonijiet magħżula mill-1994 sal-2013, imbagħad il-Qorti Amministrattiva Federali)
- Il-Bord tal-Komunikazzjonijiet Federali (Bundeskommunikationssenat) (deċiżjonijiet magħżula mill-2001 sal-2013, imbagħad il-Qorti Amministrattiva Federali)
- Awtoritajiet għar-reviżjoni tal-Akkwist Pubbliku (Vergabekontrollbehörden) (deċiżjonijiet magħżula sal-2013, imbagħad il-Qorti Amministrattiva Federali)
Nota: Mhux ir-risposti kollha ta’ hawn isfel japplikaw għall-qrati u t-tribunali ta’ hawn fuq.
Proċedimenti sussegwenti
Qrati Supremi |
Qrati Oħra |
|
Teżisti informazzjoni dwar:
|
Le |
Le |
|
Le |
Le |
|
Le |
iva, dment li d-deċiżjonijiet tal-qrati superjuri jiġu ppubblikati |
|
Sentenzi irrevokabbli biss jiġu ppubblikati. |
Sentenzi irrevokabbli biss jiġu ppubblikati. |
|
Iva Iva Iva |
Le Le Le |
Regoli tal-Pubblikazzjoni
Fuq livell nazzjonali? |
Fuq livell tal-qrati? |
|
Jeżistu regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tas-sentenzi? |
Iva |
Iva |
§§L-Artikoli 15 u 15a tal-Att dwar il-Qorti Suprema (l-Att OGH), l-Artikolu 48a tal-Att dwar l-Organizzazzjoni Ġudizzjarja (GOG), § L-Artikolu 23 tal-Att dwar il-Qorti Federali tal-Finanzi (BFGG), § l-Artikolu 20 l-Att dwar il-Qorti Amministrattiva Federali (BVwGG)
Qrati Supremi (Oberste Gerichtshöfe) |
Qrati Oħra |
|
Is-sentenzi kollha jiġu ppubblikati jew biss selezzjoni minnhom? |
Bi ftit eċċezzjonijiet |
Għażla żgħira biss fil-qasam tal-qrati ordinarji, għażla estensiva fil-qasam tal-qrati amministrattivi |
Jekk issir selezzjoni, xi kriterji jiġu applikati? |
Is-sentenzi jiġu ppubblikati sħaħ flimkien ma’ sommarju. Sentenzi tal-Qorti Suprema li jiċħdu appell mingħajr motivazzjoni sostantiva ma jiġux ippubblikati. |
Is-sentenzi jiġu ppubblikati sħaħ flimkien ma’ sommarju. Is-sentenzi ta’ qrati oħrajn jiġu ppubblikati jekk is-sinifikat tagħhom jmur lil hinn minn dak tal-kawża individwali. |
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.