Sib informazzjoni għal kull reġjun
Siti web disponibbli
Il-bażi tad-data pubblika JUPORTAL tal-ġurisprudenza Belġjana ilha teżisti minn tmiem l-2017.
Il-ġurisprudenza fis-sistema JUPORTAL hija disponibbli bl-użu tal-magna tat-tiftix JUPORTAL, li ħadet post dik li qabel kienet il-magna tat-tiftix Jure-Juridat minn Novembru 2020.
Parti mill-bażi tad-data JUPORTAL tista’ tiġi kkonsultata wkoll permezz tal-magna tat-tiftix Ewropea ECLI, jiġifieri l-ġurisprudenza tal-qrati li ġejjin:
- il-Qorti Kostituzzjonali (Cour constitutionnelle / Grondwettelijk Hof)
- il-Qorti ta’ Kassazzjoni (Cour de cassation / Hof van Cassatie)
- il-qrati tal-appell (cour d’appel / hof van beroep)
- il-qrati tal-appell dwar l-impjieg (cour du travail / arbeidshof)
- il-qrati tal-ewwel istanza (tribunal de première instance / rechtbank van eerste aanleg)
- il-qrati kummerċjali (tribunal de l'entreprise / ondernemingsrechtbank)
- il-qrati dwar l-impjieg (tribunal du travail / arbeidsrechtbank)
Monitoraġġ ta’ proċedimenti li għadhom għaddejja
Il-Qorti Suprema |
Qrati oħra |
|
Hija prevista informazzjoni dwar: L-eżistenza ta’ kawża / appell? |
Iva |
Iva |
Il-fatt li l-kawża għadha pendenti? |
Iva |
Le |
L-eżitu ta’ kawża / appell? |
Iva |
Le |
In-natura irrevokabbli u finali ta’ deċiżjoni? |
Le |
Le |
Il-fatt li proċedimenti ulterjuri jistgħu jitressqu quddiem - qorti oħra (eż. il-Qorti Kostituzzjonali) - il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea? - il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem? |
Iva Iva Iva/Le |
Iva/Le Iva/Le Iva/Le |
Regoli dwar il-pubblikazzjoni
F’livell nazzjonali? |
Għal deċiżjonijiet ta’ xi qrati? |
|
Jeżistu regoli mandatorji dwar il-pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet tal-qrati? |
Le |
Le |
Jeżistu regoli ta’ kondotta mhux vinkolanti.
Il-Qorti Suprema |
Qrati oħra |
|
Huwa t-test sħiħ li jiġi ppubblikat jew partijiet magħżula? |
Partijiet magħżula |
Partijiet magħżula |
Jekk jiġu ppubblikati partijiet magħżula, x’inhuma l-kriterji? |
Interess soċjetali u legali |
Interess soċjetali u legali |
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.