Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-bażi tad-dejta tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja
"SuPra" fiha d-deċiżjonijiet kollha tal-Qorti Suprema sa mill-1 ta' Jannar 1990. Minbarra dawn id-deċiżjonijiet, fiha l-aktar deċiżjonijiet sinifikanti ta' qrati oħra fir-Repubblika tal-Kroazja.
Bażi tad-dejta aktar reċenti tal-ġurisprudenza, intitolata "SupraNova", fiha d-deċiżjonijiet tal-qrati muniċipali, tal-qrati tal-kontei, tal-qrati tal-kummerċ, tal-Qorti Superjuri tal-Kummerċ, tal-Qorti Superjuri tal-Kontravvenzjonijiet u tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja.
L-informazzjoni li ġejja hija aċċessibbli għal kull deċiżjoni: isem il-qorti li adottat id-deċiżjoni, isem id-dipartiment, it-tip ta' kawża, id-data tad-deċiżjoni u d-data tal-pubblikazzjoni, kif ukoll it-test kollu f'format doc, pdf u html. Id-deċiżjonijiet kollha li ġew adottati sa mill-1 ta' Jannar 2004 għandhom l-informazzjoni rilevanti indiċizzata, kif ukoll it-test kollu.
Għal deċiżjonijiet ta' importanza u ta' interess partikolari jiġu ppubblikati l-pożizzjonijiet legali.
It-test kollu li huwa ppubblikat għall-pubbliku inġenerali huwa differenti mit-test oriġinali sabiex tiġi protetta l-privatezza tal-partijiet fil-proċeduri. Biex dan iseħħ l-informazzjoni kollha dwar l-identità tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi titħassar skontir-Regoli sabiex tiġi żgurata l-anonimità fid-deċiżjonijiet tal-qorti u l-Istruzzjonijiet dwar kif tiġi żgurata l-anonimità tad-deċiżjonijiet tal-qorti tal-President tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja.
Ir-regoli adottati dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżojnijiet tal-qorti jistipulaw li:
- il-qrati stess iridu jagħżlu l-aktar deċiżjonjiet sinifikanti li biħsiebhom jagħmlu pubbliċi, u
- d-deċiżjonijiet tal-qrati inferjuri li jkun hemm referenza għalihom mill-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 396a tal-Att tal-Proċedura Ċivili
It-Tribunal Superjuri Amministrattiv tar-Repubblika tal-Kroazja attwalment għandu żewġ dipartimenti (id-Dipartiment tal-Pensjonijiet, tal-Invalidità u tas-Saħħa u d-Dipartiment tal-Liġi dwar il-Proprjetà) u l-Kunsill għall-Valutazzjoni tal-Legalità tal-Atti Ġenerali.
Is-Servizz għall-Monitoraġġ u l-Eżaminar tal-Ġurisprudenza ta' kull wieħed minn dawn id-dipartimenti jagħżel, flimkien mal-Kap tad-Dipartiment ikkonċernat, id-deċiżjonijiet rilevanti li jirriżultaw minn fost il-ħidma ta' dawn id-dipartimenti għal dak ix-xahar. Fl-aħħar tas-sena il-Kapijiet tad-Dipartiment u s-Servizz għall-Monitoraġġ u l-Eżaminar tal-Ġurisprudenza jiltaqgħu sabiex jagħżlu l-aktar deċiżjonijiet importanti li jkunu ġew adottati minn fost ħidmet il-Qorti, u jiġu ppreparati għall-bullettin li t-Tribunal Superjuri Amministrattiv tar-Repubblika tal-Kroazja joħroġ ta' kull sena
Il-pożizzjonijiet legali tad-deċiżjonijiet fil-bullettin jiġu ppublikati wkoll fuq is-sit web tat-Tribunal Superjuri Amministrattiv tar-Repubblika tal-Kroazja taħt l-intestatura rilevanti.
Id-deċiżjonijiet kollha tal-Kunsill għall-Valutazzjoni tal-Legalità tal-Atti Ġenerali jiġu ppubblikati fuq is-sit web tat-Tribunal Superjuri Amministrattiv tar-Repubblika tal-Kroazja.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.