Każistika disponibbli fuq l-internet
Il-każistika hija aċċessibbli għall-pubbliku fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Ġustizzja https://www.justice.cz/, (referenza "Judikatura" (każistika)).
Kull waħda mill-qrati li ġejjin għandha bażi tad-dejta tal-każistika tagħha stess:
- il-Qorti Kostituzzjonali (Ústavní soud)
- il-Qorti Suprema (Nejvyšší soud)
- Il-Qorti Amministrattiva Suprema (QAS) (Nejvyšší správní soud).
Taqsiriet tad-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-QAS huma ppubblikati, f’forma anonimizzata, fis-sit elettroniku tal-QAS. Uħud mid-deċiżjonijiet tal-QAS, kif ukoll xi wħud meħuda minn qrati amministrattivi inferjuri u magħżula mill-plenum tal-imħallfin kollha tal-QAS skont l-importanza tad-deċiżjonijiet, huma ttrattati f’aktar dettall.
Preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet / titoli
Is-sentenzi huma disponibbli fis-siti elettroniċi tal-qrati supremi rilevanti.
Formati
Il-każistika hija disponibbli f’format html.
Il-qrati konċernati
Il-qrati li ġejjin huma konċernati:
- il-Qorti Kostituzzjonali (Bażi tad-dejta tal-QK)
- il-Qorti Suprema (Bażi tad-dejta tal-QS)
- il-Qorti Suprema Amministrattiva (Bażi tad-dejta tal-QSA)
Proċedimenti ulterjuri
Qorti Suprema |
Qrati oħra |
|
Hija disponibbli informazzjoni dwar: l-appelli? |
Le |
Iva (https://www.justice.cz/, referenza InfoSoud) |
jekk każ għadux għaddej? |
Le |
Iva (InfoSoud) |
ir-riżultat tal-appelli? |
Le |
Iva (InfoSoud) |
l-irrevokabilità tad-deċiżjoni? |
Le |
Le |
dwar proċedimenti ulterjuri quddiem: qorti domestika oħra (eż. il-Qorti Kostituzzjonali)? il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea? il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem? |
Le Le Le |
Le Le Le |
Regoli tal-pubblikazzjoni
fil-livell nazzjonali? |
fil-livell ta' qorti? |
|
Hemm regoli li jorbtu għall-pubblikazzjoni tal-każistika |
Iva |
Iva |
Qorti Suprema |
Qrati oħra |
|
Il-każistika kollha tiġi ppubblikata jew selezzjoni biss? |
Anonimizzata bis-sħiħ |
Anonimizzata bis-sħiħ |
Jekk issir selezzjoni, xi kriterji jiġu applikati? |
Protezzjoni tad-dejta personali |
Il-bażijiet ta’ dejta legali
L-isem u l-URL tal-bażi tad-dejta
Il-Portal tal-amministrazzjoni pubblika
L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas?
Iva, l-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.
Deskrizzjoni fil-qosor tal-kontenut
Il-bażi tad-dejta fiha l-leġiżlazzjoni tar-Repubblika Ċeka biċ-Ċek.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.