Sib informazzjoni għal kull reġjun
Ġurisprudenza disponibbli fuq sit elettroniku
Preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet/Titoli
Għall-Qrati Supremi u għall-parti l-kbira tal-qrati l-oħra, il-kelmiet prinċipali u t-titolu jintwerew flimkien mad-dati u man-numru ta’ reġistrazzjoni.
Eżempju ta’ titolu/i
Il-Qorti Suprema Finlandiża
kelma prinċipali |
Kuntratt ta’ impjieg – Trasferiment ta’ impriża – Liġi tal-UE – Impatt tal-intepretazzjoni tad-direttiva Numru ta’ reġistrazzjoni: S2006/340 Data tal-preżentata: 29.1.2009 Data tas-sentenza: 23.4.2009 Proċess: 835 |
sommarju fil-qosor |
Il-kawża tikkonċerna d-dritt ta’ impjegat li rriżenja waqt it-trasferiment ta’ intrapriża sabiex jirċievi kumpens mingħand l-akkwirent tal-intrapriża, fuq il-bażi tas-Sezzjoni 6 tal-Kapitolu 7 tal-Att dwar il-Kuntratti tal-Impjieg, fejn jiġi kkunsidrat l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE. |
leġiżlazzjoni |
Att 55/2001 dwar il-Kuntratti tal-Impjieg, Kapitolu 7, Sezzjoni 6 Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet [tal]-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet [tal]-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, Artikolu 4(2) |
It-tabella t’hawn fuq turi l-informazzjoni disponibbli dwar is-sentenzi tal-Qorti Suprema. Is-sezzjoni tal-kelmiet prinċipali tinkludi l-kelmiet prinċipali u d-data tas-sentenza; is-sommarju fil-qosor jiddeskrivi l-kontenut prinċipali tas-sentenza, u r-referenzi għal-leġiżlazzjoni jinkludu informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE rilevanti.
Formati
Il-ġurisprudenza fil-Finlandja hija disponibbli f’format HTML.
Proċedimenti ulterjuri
Hija disponibbli informazzjoni dwar proċedimenti ulterjuri fil-qrati li ġejjin:
- Informazzjoni ġenerali dwar l-appelli hija disponibbli mill-Qorti Suprema u minn qrati oħrajn
- Informazzjoni dwar kawżi pendenti hija disponibbli kemm mill-Qorti Suprema kif ukoll minn qrati oħrajn
- Ir-riżultati tal-appelli huma disponibbli mill-Qorti Suprema u minn qrati oħrajn
- Informazzjoni dwar l-irrevokabbiltà ta’ deċiżjoni hija disponibbli mill-Qorti Suprema u minn qrati oħrajn
- Informazzjoni quddiem qorti oħra (bħall-Qorti Kostituzzjonali) mhix disponibbli mill-Qorti Suprema jew minn qrati oħrajn
- Informazzjoni dwar proċedimenti ulterjuri quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja hija disponibbli mill-Qorti Suprema imma mhux minn qrati oħrajn.
Regoli tal-pubblikazzjoni
Hemm regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza fuq il-livell nazzjonali u fuq il-livell tal-qrati.
Il-Qorti Suprema u qrati speċjali jippubblikaw ġurisprudenza sħiħa, filwaqt li fi qrati oħrajn, tiġi ppubblikata biss għażla mill-ġurisprudenza, jiddependi mill-importanza tal-kawża, mill-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida jew ta’ emendi għal-leġiżlazzjoni eżistenti, u mill-ħtieġa li jkun hemm armonizzazzjoni fl-implimentazzjoni.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.