Sib informazzjoni għal kull reġjun
Siti elettroniċi disponibbli
1. Portal globali uffiċjali: Legifrance
2. Siti elettroniċi għall‑Qrati:
3. Sit elettroniku għall‑Ministeru tal-Ġustizzja
Preżentazzjoni tad‑Deċiżjonijiet / Sommarji
B’mod ġenerali, id‑deċiżjonijiet jibdew b’lista ta’ kliem ewlieni jew b’"astratt" segwit minn sommarju (resumé) tal‑iktar punti importanti tal‑liġi u referenzi għall‑istatuti jew għal deċiżjonijiet preċedenti.
Eżempju
Għall‑Qorti tal‑Kassazzjoni, minbarra referenzi ta’ identifikazzjoni, id‑dokumenti jinkludu elementi ta’ analiżi. Is‑sommarju, abbozzat minn maġistrat tal‑qorti li ta d‑deċiżjoni, huwa resumé tal‑kwistjoni legali indirizzata. It‑titlu, maħluq mis‑sommarju tad‑deċiżjoni, huwa suċċessjoni ta’ kliem ewlieni ppreżentat f’ordni ta’ importanza. Il‑kliem ewlieni użat huwa meħud min‑nomenklatura tal‑Qorti tal‑Kassazzjoni, kif ipprovduta fit‑tabelli tal‑Bullettin tal‑Qorti ppubblikati annwalment, disponibbli taħt it‑titlu "Titrage". Huma jistgħu jiġu aċċessati billi tiklikkja titrage fil‑forma ta’ tfittxija avvanzata tal‑każistika ġudizzjali.
Per eżempju: Qorti tal‑Kassazzjoni, Sala Ċivili 2, Sessjoni Pubblika tal‑Ħamis 18 ta’ Diċembru 2008, Appell Nru. 07-20238, Appell mid‑deċiżjoni ta’: Qorti tal‑Appell ta’ Basse-Terre tat‑23 ta’ April 2007
Titli u resumés: PROĊEDURA ĊIVILI – Konklużjonijiet – Trattazzjonijiet finali – Qasam tal‑applikazzjoni
Il‑Qorti tal‑Appell kisret l-Artikolu 954, paragrafu 2, tal‑Kodiċi tal‑Proċedura Ċivili billi ddeċidiet li talbiet u raġunijiet mhux ripetuti fit‑trattazzjonijiet finali kienu abbandunati, billi ma kinux jiddeterminaw in‑natura tas‑suġġett tal‑proċeduri u ma kinux iqajmu punt ta’ liġi li kapaċi li jġib il‑proċeduri fi tmiem.
PROĊEDURA ĊIVILI – Konklużjonijiet – Konklużjonijiet tal‑Appell - Trattazzjonijiet Finali - Qbil mad‑dispożizzjonijiet tal-Artikolu 954, il-paragrafu 2, tal‑Kodiċi l‑ġdid tal‑Proċedura Ċivili – Nuqqas – Skop
PROĊEDURA ĊIVILI - Konklużjonijiet – Konklużjonijiet tal‑Appell – Trattazzjonijiet Finali – Tifsira ‑ Esklużjoni - Każ – Konklużjonijiet li jitolbu proċeduri ta’ inkjesta
DEĊIŻJONIIET U ĠUDIZZJI – Konklużjonijiet – Konklużjonijiet tal‑Appell – Trattazzjonijiet Finali – Qasam tal‑applikazzjoni
Preċedenti ta’ Każistika: Fuq il‑kunċett tat‑trattazzjonijiet finali fil‑kuntest tal-Artikolu 954, il-paragrafu 2, tal‑Kodiċi tal‑Proċedura Ċivili, ara Ċivili 2, 3 ta’ Mejju 2001, Nru. 99-16.293, Bull. 2001, II, Nru. 87 (miċħuda), u l‑opinjoni kkwotata; Ċivili 2, 20 ta’ Jannar 2005, Nru. 03-12.834, Bull. 2005, II, Nru. 20 (nulla), u d‑deċiżjonijiet ikkwotati
Liġi applikata: L-Artikolu 954, paragrafu 2, tal‑Kodiċi tal‑Proċedura Ċivili
Format
Il‑Każistika hija disponibbli f’dawn il‑formati: (e.g. PDF, html u XML)? XML għal deċiżjonijiet tal‑qrati supremi, inkella html.
Qrati li l‑każistika tagħhom kienet koperta
Qorti Suprema
Il‑Qorti tal‑Kassazzjoni, il‑Kunsill tal‑Istat u l‑Kunsill Kostituzzjonali
Qrati Ordinarji
Qrati tal‑Appell ġudizzjali u amministrattivi
Qrati speċjalizzati
Uffiċċju tal‑awditjar
Intraċċar tal-proċeduri li jkunu għaddejjin
Qorti Suprema |
Qrati Oħrajn |
|
Hemm informazzjoni dwar: L‑eżistenza tal‑appell? |
Iva għall‑Kunsill Kostituzzjonali Qed jiġu implimentati għall‑Qorti tal‑Kassazzjoni Riservat għall‑partijiet għall‑Kunsill tal‑Istat |
Le |
Il‑fatt li l‑każ għadu pendenti |
Le |
Le |
Ir‑riżultat tal‑appell |
Iva |
Le |
Jekk deċiżjoni hijiex irrevokabbli u definittiva |
Iva |
Iva |
Il‑fatt li l‑proċeduri jistgħu jiġu segwiti f’ Qorti oħra (Qorti Kostituzzjonali)? Il‑Qorti Ewropea għall‑Ġustizzja? Il‑Qorti Ewropea għad‑Drittijiet tal‑Bniedem? |
Le Iva Iva |
Iva Iva Iva |
Regoli tal‑Pubblikazzjoni
Fuq livell nazzjonali? |
Għal deċiżjonijiet ta’ ċerti qrati? |
|
Hemm xi regoli obbligatorji dwar il‑pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet tal‑qorti? |
Iva |
Le |
Qorti tal‑Kassazzjoni
Skont l-Artikolu R433-3 tal‑Kodiċi Franċiża tal‑Organizzazzjoni Ġudizzjali, is‑servizz tad‑dokumentazzjoni u analiżi għandu database li jinkludi, taħt l‑istess nomenklatura:
- l‑ewwelnett, id‑deċiżjonijiet u l‑opinjonijiet tal‑Qorti tal‑Kassazzjoni u tal‑qrati jew il‑kummissjonijiet tal‑qorti marbuta miegħu, ippubblikati jew le fil‑bullettini ta’ darba fix‑xahar li hemm referenza għalihom fl-Artikolu R. 433-4,
- u t‑tieninett, id‑deċiżjonijiet ta’ interess partikolari mogħtija minn qrati ġudizzjali oħrajn.
Għal dak l‑għan, deċiżjonijiet ġudizzjali ta’ interess partikolari jintbagħtu lis‑servizz, taħt il‑kundizzjonijiet fissi b’ordni tal‑Ministru Franċiż għall‑Ġustizzja, mill‑prim imħallfin tal‑qorti tal‑appell jew direttament mill‑imħallfin li jippresiedu jew l‑imħallfin li jippresiedu fuq il‑qrati tal‑ewwel livell.
Id‑database hija aċċessibbli għall‑pubbliku taħt il‑kundizzjonijiet applikabbli għas‑servizz pubbliku għall‑pubblikazzjoni legali fuq l‑internet.
Is‑servizz ta’ dokumentazzjoni u analiżi għandu database seperata li tinkludi d‑deċiżjonijiet kollha ppronunzjati mill‑qorti tal‑appell u d‑deċiżjonjiet ġudizzjali magħmula mill‑prim imħallfin ta’ dawn il‑qrati jew mid‑delegati tagħhom. Il‑kundizzjonijiet li taħthom dawn l‑ordnijiet u d‑deċiżjonijiet jintbagħtu lis‑servizz u jintużaw mis‑servizz huma ffissati minn ministru tal‑ordni tal‑ġustizzja.
Skont l-Artikolu R433-4, is‑servizz tad‑dokumentazzjoni u analiżi jipproduċi 2 bullettini darba fix‑xahar, wieħed għall‑awli ċivili, l‑ieħor għall‑awla kriminali, li jirreferu għad‑deċiżjonijiet u l‑opinjonijiet li għandhom ikunu ppubblikati b’deċiżjoni tal‑imħallef li jkun qed jippresiedi tal‑qorti li ppronunzjathom. Is‑servizz jipprovdi skedi.
Kunsill tal‑Istat
Skont Artikolu L10 tal‑Kodiċi tal-Ġustizzja Amministrattiva, il‑ġudizzji huma pubbliċi. Huma jinkludu l‑isem tal‑imħallfin li jippronunzjawhom.
Qorti suprema |
Qrati oħrajn |
|
Huwa ppubblikat test sħiħ jew parti magħżula minnu? |
Test sħiħ tad‑deċiżjonijiet kollha fid‑databases on line. Għażla ta’ deċiżjonijiet sħiħa fuq il‑karta (Qorti tal‑Kassazzjoni u Kunsill tal‑Istat) u resumés għal għażla oħra ta’ deċiżjonijiet. |
Pubblikazzjoni tal‑argumenti għal għażla ta’ deċiżjonijiet tal‑Qorti tal‑Appell |
Jekk tkun ippubblikata għażla, x’inhuma l‑kriterji? |
Għażla tal‑Qorti |
Għażla tal‑Qorti |
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.