Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Każistika nazzjonali

Latvja

Din it-taqsima tipprovdik b’informazzjoni dwar il-ġurisprudenza tal-Latvja.

Il-kontenut ipprovdut minn
Latvja
Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

Ġurisprudenza disponibbli onlajn

Il-bażi tad-dejta tal-ġurisprudenza hija parti essenzjali tal-Portal tal-Qrati Nazzjonali (Latvijas Tiesu portāls). Hija fiha s-sentenzi tal-Qorti Suprema kklassifikati skont is-suġġett tal-ġurisprudenza.

Mill-1 ta' Jannar 2007, is-sentenzi kollha tal- qrati amministrattivi Latvjani jiġu ppubblikati onlajn fuq il-Portal tal-Qrati Nazzjonali.

Tiġi ppubblikata wkoll għażla ta' sentenzi mill-qrati kollha fil-kawżi ċivili u kriminali (partikolarment jekk ikunu potenzjalment ta' interess pubbliku). Is-sit ta' pubblikazzjoni huwa l-Portal tal-Qrati Nazzjonali. Is-sentenzi tal-Qorti Suprema huma disponibbli wkoll fis-sit elettroniku tal-Qorti Suprema .

Preżentazzjoni tas-sentenzi/titoli

Bażi tad-dejta tal-ġurisprudenza

Numru tal-kawża (Lietas numurs)

Tip ta' kawża (Lietas veids)

Data (Datums)

Rekord ta' aċċess (Atvērt kartīti)

CXXXXXXXX

Kawżi ċivili (Civillietas)

XXXX-XX-XX

Titolu tal-astratt (Tēzes virsraksts):

2. (L-argument prinċipali) (Galvenā tēze)

3. (Informazzjoni legali addizzjonali) (Papildu tiesiskā informācija)

Agħfas "Atvērt kartīti" biex taċċessa r-rekord tal-kawża tal-qorti, li huwa magħmul minn żewġ partijiet: informazzjoni bażika u informazzjoni addizzjonali. Fost l-informazzjoni addizzjonali ssib:

  1. it-titolu tal-astratt tas-sentenza:
  2. l-argument prinċipali tas-sentenza (normalment 2-3 argumenti);
  3. informazzjoni dwar l-atti legali, il-prinċipji legali, il-ġurisprudenza u d-duttrina legali użati fit-tfassil tas-sentenza;
  4. taqsira tas-sentenza.

Formati

Is-sentenzi fil-bażi tad-dejta tal-ġurisprudenza tal-Portal tal-Qrati Nazzjonali huma disponibbli fil-format HTML.

Is-sentenzi ppubblikati fil-Portal tal-Qrati Nazzjonali huma disponibbli f'format PDF jew DOC.

Qrati rilevanti

Il-Qorti Suprema

Is-sentenzi tal-Qorti Suprema huma disponibbli fil- bażi tad-dejta tal-ġurisprudenza u fis-sit elettroniku tal- Qorti Suprema .

Qrati ordinarji

Is-sentenzi tal-qrati ordinarji huma disponibbli fil-Portal tal-Qrati Nazzjonali .

Proċeduri ta' segwitu

Informazzjoni dwar il-proċeduri ta' segwitu huma disponibbli fil-Portal tal-Qrati Nazzjonali bl-użu tal-funzjoni "Progress tal-proċedimenti" (Tiesvedības gaita) fit-taqsima tas-"Servizzi elettroniċi" (E-pakalpojumi).

Permezz tan-numru tal-kawża, tista' tinkiseb informazzjoni dwar il-qorti rilevanti, l-imħallef li ġie assenjat il-kawża, l-iskeda tas-seduti, l-appelli li tressqu, l-eżitu tal-appelli u t-tħassir tas-sentenzi.

Ir-regoli tal-pubblikazzjoni

Jekk każ jinstema' f'qorti bil-miftuħ, is-sentenza jew deċiżjoni tal-qorti (li tkun tikkonsisti f'introduzzjoni, parti deskrittiva, ir-raġunijiet u l-parti operattiva) issir informazzjoni ġeneralment aċċessibbli mid-data li fiha tkun ingħatat.

Jekk il-qorti ma tagħti l-ebda sentenza jew deċiżjoni (jekk il-kawża ssir biss bil-proċedura miktuba, pereżempju), id-deċiżjoni tiġi meqjusa ġeneralment aċċessibbli mid-data li fiha tingħata.

Jekk il-kawża tinstema' bil-bibien magħluqa, u jekk il-partijiet operattivi u ta' introduzzjoni tas-sentenza jew deċiżjoni tal-qorti jinqraw f'seduta bil-miftuħ, dawk il-partijiet tas-sentenza jew deċiżjoni rispettiva jitqiesu bħala informazzjoni ġeneralement aċċessibbli u jistgħu jiġu ppubblikati.

Ir-Regolament tal-Kabinett Nru 123(adottat fl-10 ta' Frar 2009 u daħal fis-seħħ fit-18 ta' Frar 2009) jgħid illi qabel ma tiġi ppubblikata sentenza jew deċiżjoni tal-qorti, trid titħassar xi dejta dwar persuni fiżiċi u tiġi sostitwita minn indikatur xieraq:

  1. l-isem u l-kunjom tal-persuna jiġu sostitwiti bl-inizjali tagħha;
  2. in-numru ta' identifikazzjoni personali ta' persuna jiġi sostitwit bil-kliem "numru personali ta' identifikazzjoni";
  3. l-indirizz tad-dar jiġi sostitwit mill-kliem "post ta' residenza";
  4. l-indirizz tal-propjetà immobbli jiġi sostitwit bil-kliem "indirizz";
  5. in-numru ta' referenza ta' kull propjetà immobbli fir-reġistru tal-propjetà jiġi sostitwit mill-kliem "numru ta' referenza tar-reġistru";
  6. u n-numru ta' reġistrazzjoni tal-vettura jiġi sostitwit mill-kliem "numru ta' reġistrazzjoni".

Id-dettalji mogħtija f'deċiżjonijiet u sentenzi tal-qorti tal-imħallfin, prosekuturi, avukati bil-warrant, nutara ċertifikati u bailiffs iridu jiġu ppubblikati.

Is-sentenzi u d-deċiżjonijiet li jridu jiġu ppubblikati (fiċ-ċirkostanzi rilevanti) jiġu magħżula mid-Dipartiment tal-Ġurisprudenza tal-Qorti Suprema, li jagħżel l-aktar sentenzi importanti u rilevanti.

L-aħħar aġġornament: 30/03/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.